Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #15560 Sitting 321 2005-11-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Military tattoo

Question

Jista' il-Ministru jgħid lil min ingħata l-kuntratt għal servizzi ta' ushering u/jew ticketing fil-military tattoo li saret fil-Belt Valletta bejn il-15 u s-16 ta' Ottubru 2005? Jista' jgħid ukoll jekk il-kuntratt ngħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order u kemm kien il-valur tal-kuntratt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-servizz ta’ ticketing u ushering fil-Valletta Military Tattoo li sar fil-15-16 ta’ Ottubru 2005 ngħata b’direct order lis-Sur Alfred Tabone. Is-Sur Tabone tħallas is-somma ta’ Lm 650 ta’ dan is-servizz.
Leg 10 PQ #15535 Sitting 320 2005-11-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Self catering accommodation f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod, skond it-tip u l-kategorija tar-reġistrazzjoni tagħhom rispettivament f'self-catering accommodation f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 sa l-2004 u fl-aħħar ta' Settembru 2005? X'kienet ir-rata ta' l-użu ta' dawn is-sodod, kategorija kategorija u xahar xahar f'kull waħda mis-snin/dati msemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill Onor Interpellant. Ninsab infurmat li am tinzammx statistika ta' dawn il-postijiet
Leg 10 PQ #15537 Sitting 320 2005-11-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Akkomodazzjonijiet turistiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm turisti Maltin u barranin separatament u skond in-nazzjonalita' tagħhom, għaddew lejl jew aktar f'akkomodazzjoni turistika f'Għawdex, skond it-tip u l-klassifikazzjoni ta' l-akkomomodazzjoni, inkluża self-catering accommodations,kull sena mill-1999 sa l-2004 u matul din is-sena sa l-aħħar ta' Settembru? Kemm iljieli għaddew f'kull tip u kategorija ta' akkomodazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra
Leg 10 PQ #15525 Sitting 319 2005-11-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Orkestra nazzjonali

Question

Jaf il-Ministru jgħid x'attivitajiet wettqet l-orkestra nazzjonali f'Għawdex kull sena mill-1999 'il hawn? Kemm kienet l-ispiża kull sena għal dawn l-attivitajiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill Onor Interpellant.
Leg 10 PQ #13944 Sitting 317 2005-11-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

EU — Fondi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.
Leg 10 PQ #15331 Sitting 315 2005-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija tat-turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' Maltija tat-turiżmu hix qed toffri l-early retirement scheme lill-impjegati tagħha? Lil kemmimpjegati? F'kull każ kemm kien fadlilhom l-impjegati biex itemmu l-impjieg tagħhom? F'kull każ kemm ġie offrut ħlas lil kull impjegat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-ristrutturar ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta sar sabiex l-MTA tiġi f’pożizzjoni aħjar biex taqdi l-missjoni tagħha. Kif tħabbar fid-diskors tal-Budget, l-Awtorità ser tnaqqas l-ispiża amministrattiva b’Lm 600,000 li issa ser jintefqu fil-Marketing. Biex dan iseħħ, l-Awtorità biddlet l-istruttura tagħha b’riżultat li ċertu xogħol li kienet tagħmel l-Awtorità mhux se jibqa’ jsir. Ġie offrut xogħol alternattiv lil dawk il-ħdax-il impjegat effettwati b’din id-deċiżjoni. Il-politika tal-Gvern hi favur ix-xogħol u mhux skemi ta’ rtirar kmieni. Madankollu, fuq xewqa espressa minn numru ta’ impjegati u wara negozjati ma’ l-Unions, ġie deċiż li dawn il-ħdax-il impjegat jiġu offruti somma ekwivalenti għal sentejn paga jekk jagħżlu li jirriżenjaw. Fil-laqgħat ma’ l-impjegati, l-Awtorità dejjem għamlitha ċara li l-preferenza tal-Gvern hi li l-impjegat jagħżel li jieħu xogħol alternattiv. Iż-żmien li kien fadlilhom biex itemmu l-impjieg tagħhom (l-età tal-pensjoni) u s-somma li ġiet offruta lil kull impjegat hu kif ġej: Żmien Somma Snin Xhur Lm 1 8 11 22,358 2 3 1 17,474 3 3 6 16,259 4 9 2 14,222 5 17 9 14,222 6 18 4 14,222 7 1 6 12,495 8 1 10 9,942 9 12 7 9,082 10 11 2 9,082 11 - 3 6,247
Leg 10 PQ #15332 Sitting 315 2005-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija tat-turiżmu — Power boats

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk matul is-sena li għaddiet l-awtorita' Maltija tat-turiżmu ħallsitx il-flus kollha li kienu ntalbu għall-attivita' tal-power boats f'pajjiżna u li kienet qajmet kontroversja sħiħa fis-snin li għaddew?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sena li għaddiet l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu kkontribwit is-somma ta Lm5,000 għal din l-attivita'.
Leg 10 PQ #15333 Sitting 315 2005-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Awtorita' Maltija tat-Turiżmu

Question

Issa li għalqu ħafna mill-uffiċċji barranin ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu, liema kienet il-kumpannija/aġenti li nħatru biex jirriklemaw/jimmarkitjaw lil pajjiżna f'pajjiżi oħra? Kif inħatru dawn ir-rappreżentanti? Għal kemm żmien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħala parti mir-ristutturar ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, numru ta’ uffiċini li kellha l-Awtorità barra minn Malta għalqu jew se jagħlqu. L-Awtorità se żżomm l-uffiċini ta’ Londra u ta’ Frankfurt filwaqt li se tagħlaq l-uffiċini tagħha fi Franza, Russja, Belġju u Skandinavja. L-uffiċini ta’ l-Italja u l-Olanda diġà ġew magħluqa. L-Awtorità, konxja mill-importanza li żżomm preżenza f’ċertu swieq, ħadet il-passi sabiex tagħmel arranġamenti alternattivi. Fl-Italja, ir-rappreżentanza ġiet fdata f’idejn il-kumpanija Adam & Partner, li huma diġà r-rappreżentanti ta’ l-MTA għall-PR fl-istess pajjiż. Dan il-kuntratt huwa stop gap għal sena. L-Awtorità talbet numru ta’ kumpaniji li joffru dawn is-servizzi sabiex jikkwotaw prezz għal rappreżentanza fi Franza, Skandinavja u l-Benelux. Bħalissa qed issir evalwazzjoni ta’ l-offerti. Hu maħsub li din l-evalwazzjoni tintemm fil-jiem li ġejjin. Il-kumpaniji li jintgħażlu se jkollhom kuntratt għal sena.
Leg 10 PQ #15311 Sitting 314 2005-11-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Postijiet ta' akkomodazzjoni f'Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15065 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid f'kull lokalita' ta' Għawdex kemm hemm postijiet liċenzjati biex iservu ta' akkomodazzjoni self-catering u jagħti breakdown ta': 1) farm houses; 2) appartamenti; 3) oħrajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-postijiet liċenzjati għall-akkomodazzjoni self catering f'Għawdex huma 215 il-farmhouse, 179 appartamenti u 11 il-villa bl-iswimming pool. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onor. interpellant.
Leg 10 PQ #15149 Sitting 313 2005-11-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Buġibba — Timeshare

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex uħud minn dawk li jbigħu t-timeshare ma jibqgħux jagħtu fastidju lil turisti fl-inħawi ta' Buġibba peress li qed jibqgħu jasluli lmenti ta' turisti mdejqin minn uħud tat-timeshare?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Direttorat ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu qiegħed regolarment jagħmel spezzjonijiet fl-inħawi frekwentati minn dawk li jbiegħu t-timeshare biex jara li r-regolamenti kif stipulati fl-Avviż Legali 299 ta' 2004 qegħdin jiġu osservati. F'numru minn dawn l-ispezzjonijiet, l-ispetturi tad-Direttorat kienu akkumpanjati minn uffiċjali tat-taqsima tal-ALE tal-Korp tal-Pulizija. Matul din is-sena ġew iċċekjati 727 OPC, 40 ġew ammoniti filwaqt li qegħdin jittieħdu passi legali kontra 7. Matul dan is-sajf ġie ristrett in-numru ta' OPCs li jirrapreżentaw ir-resorts. Minbarra dan inżammu diversi laqgħat mat-Timeshare Association biex ikun ikkontrollat aħjar l-aġir tal-OPCs.
Leg 10 PQ #15324 Sitting 313 2005-11-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Raba' ħdejn il-Ġgantija

Question

B'riferenza għal porzjon raba' li tinsab ħdejn il-Ġgantija, u li xi żmien ilu kienet intiża biex issir parkeġġ għall-coaches tat-turisti, u peress li din l-istess art tħammlet mill-kunsill lokali tax-Xagħra u anke ġiet ċirkondata b'ħajt tas-sejjieħ, jista' il-Ministru jgħid din l-art għalxiex ser tintuża u meta se tibda tintuża?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #15377 Sitting 313 2005-11-07 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Furjana — Monument ta' Dun Karm

Question

Jista' il-Ministru jara jistax jinxtegħel il-monument ta' Dun Karm fil-Furjana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ngħarraf l-Onorevoli interpellant li xogħol ta’ landscaping fil-Belt u l-Furjana jaqa' taħt il-kompetenza tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #15073 Sitting 312 2005-11-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Servizz ta' akkomodazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm turisti qagħdu f'akkomodazzjoni ġewwa Għawdex: 1) bejn Jannar u Settembru 2003, 2) bejn Jannar u Settembru 2004 u 3) bejn Jannar u Settembru 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ turisti li wżaw akkomodazzjoni f’Għawdex skond l-istatistika pubblikata mill-NSO bejn Jannar – Settembru 2004 kien ta’ 36,560. Iċ-ċifra ta’ turisti li wżaw akkomodazzjoni f’Għawdex għall-istess perjodu fl-2005 telgħet għal 47,620. Din it-tip ta’ statistika bdiet tinġabar mill-NSO minn Mejju 2004 u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw ċifri għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Settembru 2003.
Leg 10 PQ #15098 Sitting 312 2005-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kif ġew magħżula dawk li ħadu sehem fil-Festival Malta 2005 - Summer Arts Festival - July/August 2005 li kien imtella' mill-kunsill Malti għall-kultura u l-arti? Jista’ jgħid kif intgħażlu x-xogħlijiet u kemm tħallsu separatament? Jista’ jgħid ukoll min tella’ dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-attivitajiet li ġew imtella’ mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti (l-MCCA) f’Lulju/Awissu 2005 ġew magħżula wara negozjar bejn id-diretturi ta’ l-attivitajiet u l-bord ta’ tmexxija ta’ Festival Malta 2005. Kriterji li ġew applikati kienu l-valur kulturali, l-gwadann għall-kultura, l-arti u t-teatru, u d-distinzjoni ta’ l-event proposta mill-events l-oħra li kienu qed jiġu kkunsidrati. Fil-għażla ta’ l-events, ittieħed ukoll in konsiderazzjoni n-nefqa meħtieġa sabiex tiġi mtella’ l-attività flimkien mad-dħul previst mill-istess attività. Fil-każ tal-festival tad-drama, l-hekk imsejjaħ Dramafest 2005, l-gruppi li ħadu sehem intgħażlu wara li applikaw. Oriġinarjament kien ippjanat li, minn fost il-gruppi kollha li japplikaw, jiġu magħżula għaxra. Iżda peress li applikaw biss ħdax-il grupp u kollha pproponew drama ta’ livell aċċettabbli, ġie deċiż li jiġu aċċettati kollha. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-nefqa li saret min-naħa ta’ l-MCCA għal kull attività.
Leg 10 PQ #13878 Sitting 311 2005-11-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Cruise liners

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' cruise liners li daħlu Malta fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' cruise liners li daħlu Malta fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 kien kif ġej: Sena 2001 2002 2003 2004 2005 (Jannar - Awissu) Numru ta’ cruise liners 358 408 416 327 185
Leg 10 PQ #15067 Sitting 311 2005-11-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu s'issa mill-awtorita' Maltija tat-turiżmu biex Għawdex jiġi miżmum aħjar bħala zona turistika? Għaliex dan ix-xogħol qed jikkonsidrah persuna waħda biss għall-gżira kollha flok għal zoni speċifiċi bħal Marsalforn u x-Xlendi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'Għawdex inħatar Tourism Zone Co-Ordinator li hu mgħejjun mill-uffiċċju ta' l-MTA f'Għawdex. Hu ħsieb ta' l-Awtorita' illi jkollna persuna b'mod permanenti biex tieħu ħsieb il-gżira Għawdxija. Tajjeb li wieħed isemmi illi l-MTA torganizza b'mod regolari laqgħat f'Għawdex mall-Ministru għal Għawdex flimkien ma' rapreżentanti tal-MHRA u l-GTA fuq programmi ta' azzjoni.
Leg 10 PQ #15171 Sitting 311 2005-11-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bust tal-Gran Mastru Cottoner

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnu l-bust tal-bronze tal-Gran Mastru Cottoner li kien f'Notre Dame Gate? Jista' jgħid x'inhu l-ħsieb ta' x'ser isir minnu u fejn se jitpoġġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-bust tal-bronz ta' Cottoner li jinsab fuq il-faċċata ta' Bieb is-Sultan ilu għal dawn l-aħħar xhur jiġi restawrat fiċ-Ċentru Malti għar-Restawr ġewwa Bighi. Huwa il-ħsieb tal-Fondazzjoni Wirt Artna, li taħt il-kustodja tagħha jinsab Bieb is-Sultan fil-Birgu, li darba x-xogħol fuqu jkun lest dan jerġa' jitqiegħed fejn kien.
Leg 10 PQ #15205 Sitting 311 2005-11-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Agrituriżmu

Question

Jista' il-Ministru jara li jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-linja gwida għall-iżvilupp ta' l-Agrituriżmu f'Malta u Għawdex? Jista' jara li jinvolvi l-istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-universita' f'dan il-proċess ta' żvilupp?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif tħabbar fid-diskors tal-Budget ta' din is-sena, matul l-2006 ser tinħadem strateġija għall-iżvilupp ta' l-agro-turiżmu permezz ta' working group bil-parteċipazzjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Malta Enterprise, l-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u l-Mepa
Leg 10 PQ #14790 Sitting 309 2005-10-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

IKONOS — Makkinarju awdjoviżiv

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kif inxtara l-makkinarju awdjoviżiv ta’ l-IKONOS? Ta’ min huwa proprjeta`, ta’ dak li kien l-MCR jew ta’ fejn kien qed jintuża, jiġifieri l-istituti barranin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-makkinarju awdjoviżiv ta’ l-IKONOS inxtara bi proċess ta’ tender. Il-makkinarju huwa propjeta’ tal-pajjiż fejn hu nstallat l-equipment. Wara l-konklużjoni tal-proġett hemm kondizzjonijiet li huma marbutin mat-trasferiment tal-propjeta' li iridu jigu diskussi mal-Kummissjoni Ewropea.
Leg 10 PQ #14791 Sitting 309 2005-10-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

IKONOS

Question

Jista’ il-Ministru jghid kemm kien hemm kumpanniji li ħarrku lill-MCR fuq flus li għandhom jieħdu minħabba l-IKONOS u min huma? Kemm jammontaw dawn it-talbiet? Jikkonferma li l-Unjoni Ewropeja ma ħallsitx wieħed mill-pagamenti ta’ l-IKONOS u sakemm ġie mġedded il-kuntratt, dejjem jekk dan ġie mġedded? Min hu nkarigat fil-każ li dan ġie mġedded mill-IKONOS?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-kumpanija lokali Forestals kienet bdiet proċeduri kontra dak li kien qabel l-MCR. Dan il-proċess ġie mwaqqaf għaliex ntlaħħaq ftehim bejn il-partijiet fuq l-ammonti li kellhom jiehdu minhabba I-IKONOS. L-ammont li fuqu ntlaħħaq ftehim bejn il-partijiet kien ta’ LM94,000. Il-kuntratt ta’ l-IKONOS ġie mġedded b’xahrejn sas- 7 ta’ Frar 2005 b’ittra formali ta’ extension mill-EU. Din hija notata b'addendum to contract. Din l-extension hija l-unika konferma uffiċjali ghall-IKONOS. Waqt dan iż-żmien, il-proġett kien fl-inkarigu ta’ Dr J. Cannataci fir-rwol tiegħu ta’ Project Leader tal-IKONOS. Mill-erba pagamenti li kellhom isiru għall-IKONOS ma sarx il-first intermediate annual payment u sa issa l-anqas il-forecast final payment.