Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33613 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33563, jista' jgħid jekk humiex qed isiru jew jekk ġiex konkluż xi ftehim ma' kumpanija privata tas-sigurta' biex tibda' tagħmel xogħol għall-kumpanija Maltacom plc?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba hija fin-Negattiv.
Leg 9 PQ #33614 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33564, jista' jgħid jekk il-bini propjeta' tal-Maltacom plc (St. Georges Exchange Building) li qed jiffunzjona bħalissa u li jinsab fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan inbiegħx jew jekk hux qed isiru negozjati f'dan is-sens? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ma' min sar jew qed isir dan il-bejgħ u kemm jammonta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s'issa ma hemm ebda ħsieb li jsir xi tip ta' negozju rigward il-post imsemmi.
Leg 9 PQ #33630 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi street lightning fi Triq l-Immakulata Marsascala, peress li hija imdalma ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #33637 Sitting 743 2002-05-23 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet tal-awdituri tal-Airmalta fir-rapport tagħhom dwar l-impatt li r-riżultati tal-Azzuraair jista' jkollhom fuq l-linja Nazzjonali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #33521 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp fl-aħħar ftit snin għamlet xi studju dwar kemm pajjiżna huwa kompettittiv biex jiġbed investiment ġdid lejh - meta mqabbla ma' pajjiżi oħra? X'jirriżulta minn dan l-istudju, jekk sar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp, permezz tad-Diviżjoni tal-Marketing u d-Dipartiment tar-Riċerka, tirrevedi b'mod regolari l-pjanijiet u l-operat tagħha fid-dawl ta' l-informazzjoni miġbura mill-uffiċċjali tagħha, inklużi dawk li jinsabu barra minn Malta. L-analiżi tal-klima tas-suq u tal-pożizzjoni kompettitiva tagħna fil-konfront ta' kompetituri ewlenin tifforma parti integrali minn dawn l-eżerċizzi. Suġġetti bħal inċentivi għall-investiment u għajnuna statali offruti mill-kompetituri tagħna, il-prezz tal-proprjeta' industrijali f'pajjiżi oħra, il-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol u "tax regimes" huma segwiti b'mod regolari. Rapporti "ad hoc" jiġu kompilati skond il-ħtieġa. Setturi partikulari, kumpaniji li għandhom jiġu avviċinati kif ukoll pjanijiet ta' marketing speċifiċi jintgħażlu u jitħejjew a bażi ta' din ir-riċerka. Dan kollu jsir fil-parametri kontemplati f'dokument intern li tfassal fil-ħarifa tas-sena 2000.
Leg 9 PQ #31652 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bank — Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu nfurmata l-awtoritajiet kompetenti sabiex jew jirrimedjaw jew jinvestigaw l-każ li qed jintbagħat separatament fejn il-persuna qed tallega li l-Lm500 ma ġewx mogħtija lilha mill-Bank konċernat?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant ma indikax għal liema bank qed jirreferi. Madanakollu nissuġġerixxi lil-individwu konċernat jirreferi l-ilment lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni.
Leg 9 PQ #33560 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Proġetti Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew approvati proġetti ġodda u estensjonijiet kull sena mill-1999 'l hawn mill-MDC? Liema kienu? Kemm kien l-investimenti u l-ammont ta' impjiegi li mistenni joħloq?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #33571 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex f'dawn l-aħħar sentejn il-familja rċeviet kontijiet tal-ilma id-doppju ta' dak li kienet tirċievi qabel?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #33327 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'nfiq kapitali għandha ippjanat l-MIA għas-sena finanzjarja li tinsab fiha, u fuq x'hiex huwa maħsub li jsir dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-M.I.A. qed tippjana li tonfoq madwar Lm1,073,000 f'infieq kapitali matul is-sena finanzjarja April 2002 - Marzu 2003. Il-parti l-kbira ta' dan l-infieq, jiġifieri Lm400,000 huwa ħlas biex jitlestew l-uffiċini l-ġodda fiċ-Check-in u fl-Arrivals Halls. Il-kumplament ta' l-infieq ivarja bejn sistema ġdida ta' Airfield Lighting, stallazzjoni ta' high voltage Circuit Breakers ġodda, u heavy maintenance fuq Park numru 8 u Park numru 9.

Baċir nru. 1 — Crane

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm flejjes intefqu fuq it-tieni crane li kien hemm ġewwa l-Baċir nru. 1 li tniżżel u ġie żarmat? Jista' wkoll jindika kemm dan dam isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ispiża involuta biex jinħatt it-tieni krejn fil-baċir numru 1 kienet tammonta għal Lm2,972. Ix-xogħol, li ma sarx b'mod kontinwu, ħa tlitt xhur u tlesta għal kollox fit-3 ta' dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #33344 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi — Kontijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament, irċiviet il-kont tal-ilma u l-elettriku tal-Water Services fl-ammont ta’ Lm 226.59 cents meta dan jirrigwarda semplici flat tal-gvern fejn joqgħodu erba’ minn nies meta s-soltu preċedentament il-kont ikun biss circa Lm 80 kull tlett xhur? Jista’ l-Minsitru jara li dan l-każ jigi investigat u jingħata r-rimedju meħtieġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika relattiva u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi rimedjali.
Leg 9 PQ #33376 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Generation Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jsiru hearing acuity tests għall-ħaddiema u testijiet fuq l-ammont ta' ħsejjes li hemm fil-generation section tal-Enemalta? X'kienu l-aħħar riżultati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ħaddiema u l-uffiċċjali kollha li jaħdmu fl-impjant jew li jkinu meħtieġa li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni jew jgħaddu mill-Generation Area, ġew ipprovduti bl-apparat meħtieġ għal kontra l-ħsejjes. Fil-postijiet fejn hu meħtieġ li jintlibes apparat protettiv jeżistu wkoll tabelli kif tesiġi l-liġi. Dawk li jonqsu li jagħmlu dan jiġu mwissija u anke jeħlu multi skond kif stipulat fil-Ftehim Kollettiv. Sabiex l-operaturi ma jkunux esposti għal ħsejjes bla bżonn, jeżistu sound proof cubicles mal-control panels u f'inħawi oħra. Dawn il-kabini huma komdi u bl-arja kkundizzjonata. Qed isiru diskussjonijiet sabiex isiru Hearing Acuity Tests bil-ħsieb li jsiru programmi bħal dawk eżistenti, jiġifieri Visual Display Unit Eye Tests, Blood Lead Tests, Lung Function Tests, Liver Function Tests, ECG u oħrajn.
Leg 9 PQ #33378 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Triq l-Isqof Pietru Pace - Paola

Question

Jista' l-Ministru jara li jitweħħlu xi lampi fit-Triq l-Isqof Pietru Pace Abela Paola li tinsab mingħajr bozza waħda tul it-triq kollha għad-detriment tar-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #33395 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-gvern li lil dawk l-impjegati li kienu ma' Posta Ltd u wara ma Maltapost u issa għażlu li jibdew jagħmlu parti miċ-ċivil li jingħatawlhom il-promozzjonijiet li kienu ħadu fi żmien Posta Ltd?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema li għażlu li jmorru lura mal-Gvern ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' tal-kumpanija Maltapost jew tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #33421 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ajruport — Trolleys

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 33255, jista' l-Ministru jinnota li minkejja l-informazzjoni li ngħatat xorta jibqa' l-fatt li hemm numru mhux żgħir ta' trolleys li huma fi sstat ħażin u dan iwaqqa' l-livell ta' l-ajruport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-trolleys ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ssirilhom manutenzjoni regolari. Huwa minnu li hemm numru żgħir ta' trolleys li mhumiex ta' livell li jixraq lil Ajroport, fil-fatt il-kumpanija għandha programm ta' xiri ta' trolleys ġodda biex jissostitwixxu lil dawn it-trolleys.
Leg 9 PQ #33431 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Passiġġieri

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 33254, jista' l-Ministru jinvestiga l-informazzjoni li ngħatat għaliex il-passiġġieri li jkunu għadhom kif waslu Malta ta' spiss u b'mod regolari qed jiġu ppressati fil-coaches u mhux kif kien informat il-Ministru "li dan isir biss meta jkun fadal għadd żgħir ta' passiġġieri"? Jista' l-Ministru jwieġeb kemm suppost jittellgħu passiġġieri ġo kull coach?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Air Malta għandha coaches li jesgħu ammonti differenti ta' passiġġieri. Id-daqsijiet ivarjaw bejn l-iżgħar li tesa' 62 passiġġier u l-akbar li tesa' 131 passiġġier. Jiena nfurmat li l-ammont ta' passiġġieri li jitilgħu fuq kull coach ivarja skond id-daqs tal-vettura. Għal kull titjira li tasal Malta jintbagħat numru ta' coaches skond id-daqs ta' l-ajruplan li jkun. L-ispazju fuq kull coach jiddependi mill-mod kif jiskjeraw ruħhom il-passiġġieri bil-wieqfa, li huma l-maġġoranza, għall-vjaġġ qasir sat-terminal.
Leg 9 PQ #33444 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Ilment

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ilment li hemm bejn l-Enemalta u l-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament jiġi milqugħ minħabba l-periklu u l-urġenza tal-każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #33449 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — A11 Store

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus u fuq xiex matul din il-leġislatura fuq l-A11 store fl-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-istore li qed issir riferenza għalih jaqdi lill-Amministrazzjoni u l-Power Station tal-Marsa, kemm bħala manutenzjoni kif ukoll proġetti kapitali ġodda. Għaldaqstant ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #33479 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MFSC — HSBC - Overcharging

Question

Billi issa għadda żmien biżżejjed minn mindu l-MFSC irrifera l-każ ta' l-overcharging ta' l-HSBC lill-uffiċċju għall-kompetizzjoni ħielsa, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet ta' dan l-uffiċċju u meta mistenni jsir pubbliku r-riżultat ta' l-istħarriġ tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta iltaqa' mal-partijiet u s-setturi involuti u qiegħed fi stadju avvanzat fl-investigazzjoni tiegħu. Id-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju tiġi pubblikata malli tkun konkluża l-investigazzjoni.
Leg 9 PQ #33486 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Zabbar - Triq is-Santwarju

Question

Jista' l-Ministru permezz ta' l-Enemalta jispjega għaliex Triq is-Santwarju, Zabbar għadha ma tistax tinxtegħel kollha minħabba xogħol pendenti li jrid isir mill-Enemalta? Billi din it-triq għadha s'issa ma tistax tinxtegħel kollha, possibbli dan ix-xogħol isir fi żmien qasir?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.