AFM –korsijiet militarji u ċivili li attenda l-Brigadier
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23216, jista’ l-Ministru jagħti s-sena ta’ kull course li attenda l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta tul il-karriera tiegħu fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – kariga ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jaħdimx bħala Correctional Officer ta’ CCF? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-individwu hux għaddejin proċeduri kontrih fil-Qorti għax aggredixxa Spettur tal-Pulizija? Jista’ jgħid jekk hux minnu li dan l-individwu jiffirma fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar? Jista’ jinforma jekk ġiex sospiż pendenti l-proċeduri kriminali li għaddejin kontrih fil-Qorti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament jaħdem bħala Correctional Officer fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Ninsab infurmat li għaddejjin proċeduri kontrih fil-Qorti u jiffirma fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar. Peress li huwa ufficjal pubbliku il-każ kien riferut lill-Kummisjjoni Dwar is-Servizz Pubbliku f’Jannar tas-sena 2014 u l-Kummissjoni taqbel li l-uffiċjal imsemmi m’għandux ikun sospiż temporanjament mill-eżerċizzju tal-poteri u l-funzjoni ta’ dmirijietu. Il-każ għadu pendenti.
AFM –korsijiet militari u ċivili li attenda l-Brigadier
Question
B'referenza għar-risposta parlamentari 23216, jista' l-Ministru jagħti s-sena ta' kull kors militari u ċivili li attenda l-Brigadier tal-Forzi Armati ta' Malta tul il-karriera tiegħu fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta?
Billi f’San Pawl il-Baħar u fl-inħawi tal-madwar qed ikun hemm każi ta’ abbuż fuq residenti u negozji, liema każi qed iġibu rabja kbira fost in-nies, jista’ l-Ministru jassigura li l-pulizija fl-għasses tal-lokalità jiżdiedu, u dan biex jonqsu l-istess abbużi, u jiġu identifikati dawk li jistgħu jkunu qed jabbużaw?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi barra milli jkun hemm ronda mil-Pulizija tad-Distrett biex jitwaqqaf kull abbuż jew biex jiġu identifikati dawk il-persuni li għal xi raġuni jistgħu jkunu jabbużaw, ikun hemm ukoll ir-ronda mill-uffiċjali u vetturi tar-Rapid Intervention Unit biex tagħmel l-istess xogħol. Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-pulizija tagħmel minn kollox biex twaqqaf kull tip ta’ każi ta’ abbuż u biex jiġu evitati dawn ir-reati f’postijiet pubbliċi.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Korp tal-Pijunieri – rapporti dwar storbju
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija fl-għassa tal-Qawra, jew fid-depot, irċevewx rapporti dwar storbju li qed ikun hemm b’mod regolari fi Triq il-Korp tal-Pijunieri San Pawl il-Baħar, u jekk iva, x’passi ttieħdu biex dan l-istorbju jitwaqqaf? Billi fuq il-media soċjali, ripetutament qed ikun hemm allegazzjonijiet li f'dawn l-inħawi qed jingħata fastidju, u b’mod partikulari qrib il-post fejn it-triq hekk magħrufa bħala tas-cinema tingħaqad ma' Triq il-Pijunieri, qrib it-telephone box, jista' jassigura li kemm l-istorbju kif ukoll il-fastidju jinqatgħu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi l-Pulizija irċevew numru ta' rapporti dwar storbju li qed ikun hemm b’mod regolari fi Triq il-Korp tal-Pijunieri San Pawl il-Baħar, u speċjalment ħdejn ċertu post tan-negozju. Fil-fatt diġa ttieħdu diversi passi fil-Qorti biex dan l-inkonvenjent u inkonvenjenti oħra relatati ma l-istess post jitwaqqfu. Il-pulizija qed tkompli ix-xogħol tagħha f'dan ir-rigward u għal dan l-iskop qegħda wkoll tindaga ma dipartimenti oħra, responsabbli mill-ħruġ ta' permessi li jeżistu, biex din il-problema tiġi ndirizzata malajr kemm jista jkun.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – awditur ġenerali — dokumentazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ministeru kellux xi diffikultajiet biex jipprovdi dokumentazzjoni meħtieġa lill-Awditur Ġenerali biex dan ikun jista’ jagħmel it-testing neċessarju skont il-liġi? Jekk iva, x’kienu dawn id-diffikultajiet, u jekk le x’kienet ir-raġuni li għaliha jidher li l-istess dokumentazzjoni ma ġietx provduta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ministeru ma kellu l-ebda diffikulta kif qed jingħad fl-ewwel parti tal-mistoqsija.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – segretarju permanenti — bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-bordijiet differenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tas-Segretarju Permanenti fil-ministeru tiegħu? F’kull każ min hu ċ-chairman, u min huma l-membri ta’ dawn il-bordijiet? X’tip ta’ ħlas għandhom iċ-chairmen u l-membri differenti? Kemm kien il-ħlas li sar għal dawn il-bordijiet, matul l-2014 u l-2015 rispettivament?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta dwar chairpersons u membri f’bordijiet qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. L-informazzjoni l-oħra għadha qed tinġabar.
AFM — Special Operations Unit – allowances lill-membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-allowance li l-membri tal-iSpecial Operations Unit fil-Forzi Armati ta’ Malta qegħdin jieħdu? Jista’ jgħid jekk din l-allowance hijiex se tkun qed tissostittwixxi dik ta’ C (Special Duties) u tal-voluntiera biex iservu barra l-pajjiż?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa l-membri tal-iSpecial Operations Unit ma humiex qed jieħdu allowances addizjonali sakemm ilestu t-taħriġ inizjali kollu.
Rigward l-allowance tac-C (Special Duties) u tal-voluntiera sabiex iservu barra l-pajjiz intenni li dawn huma marbutin ma' kuntratti individwali li għadhom qed jiġu onorati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-eżerċizzju ta’ promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta’ Malta għal din is-sena 2016 huwiex ikun ibbażat fuq is-Soldiers Carrier Handbook tal-2009? Jekk le, jista’ jgħid fuq xiex qed jiġi bbażat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet mis-sena 2016 ‘il quddiem ser ikunu bba¿ati fuq is-Soldier’s Career Handbook tal-2015, kif ikkomunikat uffiċjalment internament. Dan skont il-liġi militari u ġie anke spjegat fid-dettall lill-membri kollha tal-FAM. Dan il-proċess il-ġdid sar sabiex jelimina is-suġġettivita’ li kien hemm fil-proċess l-antik u sabiex anke jindirizza ċertu kriterji li bi provi ħolqu inġustizzji fis-snin ta’ qabel. Tali proċess ser jaċċerta trasparenza u proċess ġust għal dawk kollha involuti.
AFM – promozzjonijiet lil Uffiċjali ta’ rank għoli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir eżerċizzju ieħor ta’ promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta’ Malta biex jilħqu uffiċjali ta’ rank għoli (senior ranks)?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema rank għoli qed jirreferi.
Korp tal-Pulizija – ħlas għal sigħat twal li għamlu fis-Summit Afrikan Ewropew u fiċ-CHOGM
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk saritx talba uffiċjali lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali kif ukoll lill-Korp tal-Pulizija sabiex uffiċjali minn rank ta’ spettur ‘il fuq, li kienu ddettaljati jaħdmu ammont ta’ sigħat twal kemm fis-Summit Afrikan Ewropew u fiċ-CHOGM jitħallsu tas-sigħat żejda li għamlu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk din it-talba għall-ħlas intlaqgħetx? Jekk ir-risposta hi li t-talba ma ntlaqgħetx, jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-talba ma ntlaqgħetx aktar u aktar meta qabel l-imsemmija Summits kien imwiegħed li se jitħallsu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’dan il-kaz intuzat l-istess proċedura li kienet saret fl-2005.
Korp tal-Pulizija –ħlas għal sigħat żejda maħduma minn fizzjali fl-Elezzjonijiet tal-2015
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-fizzjali fil-Korp tal-Pulizija, mir-rank ta’ Spettur ‘il fuq, kenux tħallsu tas-sigħat żejda li għamlu fl-Elezzjonijiet tas-sena 2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi għas-sigħat zejda maħduma waqt l-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u r-Referendum tal-Kaċċa, il-fizzjali kollha mir-rank ta’ Spettur ‘il fuq, tħallsu extra duty mill-Kummissjoni Elettorali.
Għawdex — Għassa tal-Pulizija fiż-Żebbuġ – ħinijiet tal-ftuħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2015, kemm-il siegħa kienet miftuħa l-għassa taż-Żebbuġ, Għawdex? Jista’ jispjega għaliex din l-għassa hija kważi dejjem magħluqa meta hija waħda mill-għases li ġiet rinovata fl-aħħar snin? Ma jaħsibx li fiż-Żebbuġ hemm bżonn il-preżenza tal-pulizija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi matul is-sena 2015 l-għassa taz-Zebbuġ, Għawdex ġiet miftuħa total ta’ elfejn, tnejn u disgħin (2092) siegħa. Din l-għassa ma tinfetaħx kuljum il-għaliex tinfetaħ skond il-bzonn u l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni wara l-impjieg ta’ persuna pajżana bħala Mess Manager tal-mess tal-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-raġuni tal-impjieg tal-Mess Manager tal-mess tal-uffiċjali tal-FAM kienet minħabba li nħoloq il-bzonn għall-istess impjieg u anke meta ġie kkunsidrat l-esperjenza vasta fl-istess qasam li għandu l-persuna li ġiet impjegata, li bla dubju servew ta’ benefiċċju għall-istess mess.
Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni għad-deċiżjoni li tiġi promossa fir-rank ta’ Logutenent Kurunell l-avukat tal-Armata u għaliex din il-promozzjoni ma ġietx mogħtija wkoll lil membri oħra fl-Armata li għandhom dottorat?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ma teżisti l-ebda klawsola fl-Armata li jekk ikollok dottorat trid tiġi promos għar-rank ta’ Logutenent Kurunell. L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li l-istess promozzjoni għall-avukat tal-Armata saret skont kif tippermetti l-liġi militari u minħabba l-esiġenzi tas-servizz.
AFM – rank ta’ uffiċjali sekondati fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni f’Ħal Far u Ħal Safi
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex fil-preżent, l-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta sekondati mas-Servizzi ta’ Detenzjoni biex imexxu ċ-Ċentri ta’ Detenzjoni f’Ħal Far u Ħal Safi ma jġorrux ir-rank ta’ Kurunell?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li secondment ta' membri tal-FAM, inkluz ir-rank tagħhom, mas-Servizzi ta' Detenzjoni, isir skont l-esiġenzi tas-servizz, u s-sitwazzjoni tal-mument fil-post indikat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ingħataw promozzjonijiet aċċellerati fl-aħħar tliet eżerċizzji ta’ promozzjonijiet (2013, 2014, 2015) fil-Forzi Armati ta’ Malta? Min kienu l-persuni u x’kienu r-raġunijiet wara kull każ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul l-eżerċizzji ta' promozzjonijiet tal-2013, 2014 u l-2015 ingħataw 13 promozzjonijiet aċċellerati. Dawn saru skont paragrafu 59 tal-AFM Soldier's Career Handbook u ċirkolari tal-1999 maħruġa mill-OPM.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali u suldati li bħalissa qegħdin iservu mas-C Company tal-1 Regiment tal-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-prezent hemm 89 Other Rank u 4 Uffiċjali li qed jservu mas C (Special Duties) Company tal-1 Regiment tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm suldati u uffiċjali li għandhom jieħdu l-allowance tas-C Company (Special Duties) fil-Forzi Armati ta’ Malta? Jista’ jgħid jekk dawn l-uffiċjali u suldati humiex se jibqgħu jgawdu minn din l-allowance?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-preżent hemm 99 membru tal-FAM li qed jibbenifikaw mill-allowance ta’ dik li kienet tissejjaħ ic-C (Special Duties) Company. Din l-allowance qed tingħata għaliex hemm kuntratt mal-istess individwi, liema kuntratti se jiġu kollha onorati.