Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nagħmel referenza għall-prassi li kienet użata f’legiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li informazzjoni ta’ natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.

Enemalta — Annual Report u Financial Statements

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 14537, 15021 u 15200 fejn fi Frar li għadda l-Ministru qal li l-financial statements tal-Enemalta Corporation 2012 u 2013 se jiġu ppublikati u ppreżentati f’din il-Kamra, jista’ l-Ministru jgħid meta se jippubblikahom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsa Powerstation – ħaddiema allokati f’xogħlijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn ġie allokat kull ħaddiem li kien jaħdem fil-powerstation tal-Marsa? X’inhi l-job description tax-xogħol il-ġdid ta’ kull ħaddiem, x’kien ix-xogħol li kellu l-powerstation u f’liema skala qiegħed?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull impjegat baqa’ jaħdem bil-kundizzjonijiet tal-collective agreement.

Marsa Powerstation – ex-impjegati – xogħol volontarju

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk uħud mill-ex impjegati tal-powerstation tal-Marsa li ġew assenjati ma’ xi entità pubblika humiex qed jiġu mġegħla jaħdmu ukoll xogħol volontarju u għaldaqstant ma jitħallsux?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol volontarju għandu ismu miegħu. Huwa volontarju u tagħmlu jekk trid.

San Ġwann – partijiet bla dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fl-20 ta’ Lulju, parti sostanzjali minn San Ġwann kienet mingħajr dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-20 ta’ Lulju, parti minn San Ġwann kienet mingħajr dawl minħabba ħsara naturali fuq cable tas-sistema tal-high tension.

Dipartiment tas-Saħħa — magazine

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-magazine li ppubblika d-Dipartiment tas-Saħħa din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika l-isem tal-magazine

Dipartiment tal-Enerġija — magazine

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-magazine li ppubblika d-Dipartiment tal-Enerġija din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema magazine qed jirreferi.

Ċentri tas-Saħħa — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ nies li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa fl-2013, l-2014 u bejn Jannar u Settembru 2015, b’mod separat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi marru 4,166,647 pazjent fiċ-Ċentri tas-Saħħa.

Bereġ — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’użu għad għandhom il-Bereġ li hawn madwar Malta u Għawdex u kemm hawn bereġ fil-pajjiż?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li madwar Malta u Għawdex insibu 55 berġa. Minn kull berga jinghata servizz ta’ tabib tal-familja u nfermiera. Jinghata ukoll is-servizz ta’ Speech Language Pathologist mil-bereg ta: Attard, B’Bugia, Dingli, Għargħur, Ħamrun, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Mtarfa, Naxxar, Qrendi, Safi, St. Paul’s Bay, Sta Venera, Tarxien, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. Bl-inizjattiva ta’ devoluzzjoni tal-bereġ lill-Kunsilli Lokali, il-gvern se jkun qiegħed isaħħaħ dawn il-bereġ u jintroduċi aktar servizzi fosthom il-lifestyle clinics. S’issa diġa ġew devoluti lill-kunsilli lokali il-bereġ tal-Għarb u Kerċem ġewwa Għawdex u l-Kalkara, is-Siġgiewiei, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, l-Imsida u Ħal Għaxaq f’Malta. Il-proċess jinstab miexi ġmielu wkoll biex jiġu devoluti l-bereġ ta’, Ta’ Xbiex, Tas-Sliema u Santa Luċija.

Lifestyle Clinics

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb wara l-ftuħ tal-lifestyle clinics?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Lifestyle Clinics huma kunċett ġdid fejn il-klijent jersaq lejn is-Servizz tas-Saħħa anke mingħajr ma jkollu l-ebda b¿onn mediku u jersaq biex jieħu pariri dwar dieta bilanċjata, eżerċizzju fiżiku u kura ta’ saħħitna li huma bażi importanti li j¿ommuna bogħod minn ċertu kundizzjonijiet. Il-Lifestyle clinics qed joperaw minn numru ta’ Bereġ li huma dawk fiż-Żurrieq, San Ġwann, Ħal Tarxien, il-Kalkara, l-Imsida, Gżira u l-Gudja.

Tnaqqis fil-waiting lists għall-operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm naqsu l-waiting lists biex isiru operazzjonijiet minn Marzu 2013 sal-lum ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinghata f’xi seduta ohra

Lista ta’ mediċini out of stock — tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir differenti mill-amministrazzjoni preċedent sabiex il-lista ta’ medicini out of stock qed tibqa baxxa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li lejn nofs is-sena 2014 is-sistema tal-POYC bdiet tibbenefika minn introduzzjoni ta’ mekkanizmu ta’ xiri ta’ medicini ahjar fi hdan is-CPSU. Giet introdotta s-sistema ta’ Just in Time – delivery of just received items. Permezz ta’ din is-sistema, l-ispizeriji ma baqghux jistennew gimgha shiha minn ordni ghall-ohra, izda jekk meta saret l-ordni fil-gurnata stippulata kien hemm xi medicini bi stock baxx u dan waslu ezatt wara, dawn jitqassmu immedjatament u mhux wara gimgha shiha. Inbidel ukoll il-process li bih jigi ordnati u mixtrija l-medicini. Is-CPSU identifikat lill-POYC u l-Isptar Mater Dei bhala klijenti ewlenin taghha, flimkien ma’ entitajiet ohra. Dawn gew mitluba jaghmlu l-previzjoni tal-konsum annwali taghhom u li dawn jigu riveduti kull erba’ xhur. B’hekk is-CPSU beda jixtri dak li ghandu bzonn il-klijent bl-ammonti li ghandu bzonnhom. Giet introdotta wkoll sistema online fejn il-POYC, l-MDH u entitajiet ohra jirregistraw kuljum dawk il-medicini li l-istock taghhom jinzel ghal taht it-30 jum. Wahda mill-affarijiet li ghamilna kienet wkoll li naqasna drastikament il-proceduri burokratici li kienu qeghdin itellfulna hafna hin. Fost ohrajn giet mahlua Urgent Procurment Unit, li tiehu hsieb ordnijiet urgent minghajr ma jigi mfixkel l-andament normal ital-procedura.

Sptar Mater Dei – spiża kull xahar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ kemm hija l-ispiża tal-Gvern kull xahar fuq l-Isptar Mater Dei u jagħti break down dettaljata ta’ din l-ispiża?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Marsa Power Station — bini ġdid mill-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jekk il-power station tal-Marsa ser tiżżarma, maġenbha għaddej xogħol ta’ bini ġdid mill-Enemalta? Jista’ jgħid għaliex se jintuża?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Marsa Power Station ma tinkludix biss l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, iżda hija wkoll ħolqa ewlenija fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-pajjiż. L-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku intfew aktar kmieni din is-sena. Fi Triq Belt il-Ħażna, fuq in-naħa ta’ wara tal-Marsa Power Station, Enemalta plc qed tibni l-Marsa North Distribution Centre, li fih ser jitpoġġa l-apparat tad-distribuzzjoni meħtieġ biex jieħu post dak antik li hemm fil-power station innifisha. Iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni l-ġdid fil-Marsa huwa parti minn proġett ta’ Enemalta plc, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin, biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti.

Kont tad-dawl — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fil-kont tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – bini ta’ swali ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-bini ta’ swali ġodda fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid meta mistenni jkun lest dan il-proġett?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li sal-aħħar ta’ din is-sena se tkun lesta l-ewwel fażi tal-Medical Admission Unit (MAU). Binja li nbniet bisiwt l-Emerġenza. Bit-tlestija ta’ din l-ewwel fażi din il-binja se tkun tista’ takkomoda 68 sodda. Il-proġett se jkompli biex fis-snin li ġej din il-binja tkun tista tesa 299 sodda. Infakkar lill-Onorevoli Interpellanti li l-binja ta’ din il-blokka ġdida bdiet hekk kif sar magħruf li minħabba li l-isptar huwa mibni b’konkrit dgħajjef ma setgħux jitilgħu aktar sulari fuqu. Iffaċċat b’dawn il-problemi, dan il-gvern kien proattiv u sab soluzzjoni f’waqta u b’hekk irnexxielu wkoll isalva fondi Ewropej li kieku kienu jintilfu.

Sptar Mater Dei — Admissions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-awtoritajiet tal-Isptar qed jilqgħu għal meta fix-xitwa jkun hemm iktar admissions l-isptar u allura jkun hemm problema ta’ sodod?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ghax-xitwa 2015-2016 hemm ippjanati 68 sodda gdida fil-binja ta’ biswit l-Emergenza. Dawn ippjanati biex jibdew jintuzaw lejn l-ahhar ta’ din is-sena. Addizjonalment l-management tal-isptar Mater Dei b’kollaborazzjoni mal-professjonisti involuti kontinwament jahdmu biex itejbu l-efficjenza kemm mill-aspett kwalitativ u kemm mill-aspett kwantitativ tal-isptar.

Sptar Boffa — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern għall-bini fejn illum hemm l-Isptar Boffa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif issa s-servizzi kollha relatai mal-Onkoloġija qegħdin jingħataw miċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, fl-Isptar Boffa baqa’ id-Dipartiment tad-Dermatoloġija. Qed jsir ukoll refurbishment f’uħud mis-swali ta’ Boffa biex ikunu jistgħu jakkomodaw pazjenti li qegħdin jingħataw kura fit-tul (long term patients) ġewwa Mater Dei. Dan sakemm ikunu lesti il-proġett tal-Isptar il-ġdid tar-Rijabilitazzjoni fl-Isptar San Luqa li se jinkludi wkoll id-Dipartiment tad-Dermatoloġija u l-Isptar Ġerjatriku Karen Grech.