B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11986, fejn jidher li fattur ewlieni li wassal għall-għoti ta’ żewġ casinos huwa li jkun hemm casino ieħor ġewwa San Ġiljan u jinfetaħ casino ieħor ġewwa Buġibba, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-istrateġija kenitx ibbażata fuq studju ekonomiku u market analysis dwar il-ħtieġa għal aktar casinos f’dawn il-lokalitajiet imsemmija? Jista’ jgħid jekk sarux xi tip ta’ concentration studies qabel ma ttieħdet din id-deċiżjoni? U jekk fl-affermattiv, meta saru dawn l-istudji?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 12246.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11986, fejn jidher li l-objettivi primarji għall-għoti ta’ żewġ concessions kienet il-lokalità rispettiva taż-żewġ proponenti shortlisted marbuta mal-ġenerazzjoni tad-dħul għal Gvern, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex biss ftit tal-jiem wara jwessa’ l-politika tiegħu u jħabbar in-no capping policy? Xi studji saru biex wassal li l-Gvern jagħżel din l-istrateġija? Jista’ jippreżenta l-indikaturi li għandu li b’din l-istrateġija tissalvagwardja s-sostennibiltà tas-settur tal-casinos u r-reputazzjoni li għandna anke f’termini ta’ regolamentazzjoni u infurzar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 12246.
Mata Enterprise — programmi ta' promozzjoni tal-investiment dirett barranin
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-programmi ta' promozzjoni tal-investiment dirett barrani f'Għawdex li ġew implementati mill-Malta Enterprise maltul s-sena 2014, liema programmi hemm ukoll konferma li saru fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12079?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2014 Malta Enterprise ħadmet biex Għawdex jiġi żviluppat f’ċentru internazzjonali fir-reġjun tal-mediterran u l-Ewropa t’isfel għal servizzi mediċi u ta’ edukazzjoni u taħriġ mediku tal-ogħla kwalita’. Il-Gozo Medical and Healthcare Hub ser ifisser li Għawdex ser igawdi mill-benefiċċji tat-turiżmu mediku, mill-infiq ta’ studenti, professuri, klijenti barranin u l-qraba tagħhom. Jibbenefika wkoll mill-investiment dirett barrani li dan il-proġett jinvolvi. In-negozjati ma’ operaturi barranin qegħdin f’fażi avvanzat ħafna. Il-Hub se jikkonsisti fi cluster li jikkomprendi wkoll investiment barrani fl-oqsma tar-reabilitazzjoni u trattament mediku speċjalizzat.
Malta Enterprise/Malta Industrial Parks – xogħlijiet ta’ asfaltar f’żoni industrijali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema żoni industrijali l-Malta Enterprise jew Malta Industrial Parks għamlu xogħol ta’ asfaltar minn Marzu 2013 sal-lum? Kemm kien il-valur tax-xogħlijiet u liema proċedura ntużat biex saru tali xogħlijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – mobile phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jelenka l-iskemi kollha li nħarġu sena b’sena mill-2012 sa Ottubru 2014 biex jiġi megħjun is-settur tad-digital games? Għal kull skema, jista’ jgħid x’tip ta’ għajnuna kienet qed tingħata lil din l-industrija u kemm kien hemm jew hemm fondi allokati għal kull skema?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2012, il-Malta Enterprise nehdiet l-iskema ta' Tax Credits for Digital Applications Development. Din l-iskema kienet immirata li tħajjar kumpaniji iħaddnu teknoloġija aktar avvanzata. li kienu se jinvestu f'teknoloġija “apps” u digital games biex jipromwovu il-prodott u servizzi tagħhom online, setgħu jirċievu tax credit sa massimu ta' €15,000. Dan l-inċentiv għalaq fil-31 ta' Dicembru 2013 u bħalissa qiegħed jiġi revedut. Il-fondi allokati għal din l-iskema kienu €28,900 li ġġeneraw xogħol għal-industrija tad-digital games.
Riċentament il-Malta Enterprise reġgħet nehdiet l-Investment Aid Tax Credit għal perjodu 2014 - 2020 u din daħlet fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2014. Kumpaniji fil-qasam tal-iżvilupp ta’ materjal awdjoviżiv diġitali u fl-iżvilupp ta' digital games huma eliġibbli li jibbenifikaw għal din l-iskema skond it-termini u kundizzjonijiet imniżżla fil-linji gwida tal-iskema. Il-fondi allokati għal din l-iskema bejn is-sena 2008 u 2014 kien ta' €205,356,771.
Barra minn hekk, kumpaniji f'dan is-settur jistgħu jibbenifikaw minn skemi oħra amministrati mill-Korporazzjoni li jinkludu il-Microinvest, il-Business Advisory Services u il-Micro Guarantee skond it-termini u kundizzjonijiet imniżżla fil-linji gwida ta' kull skema.
Il-Malta Enterprise għamlet l-għalmu tagħha biex l-impjegati ta’ kumpanija partikolari fil-qasam tad-digital games li ġiet approvata matul l-2012 ma jbatux il-konsegwenzi tal-problemi kbar li ffaċċjat din il-kumpanija.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11985 fejn skont il-Ministru, il-preferred bidder intgħażel peress li l-valur finanzjarju tal-proposta tiegħu kienet l-aħjar, jista’ l-Ministru jikkonferma dan billi jagħti l-punteġġi miksuba mitaż-żewġ kumpaniji short listed skont it-13-il kriterja stabbiliti fir-Request for Proposal? Jista’ jgħid x’kienu l-konklużjonijiet tal-quantitative analysis li saru fuq il-ħames bids li ġew sottometti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li peress illi din il-kwistjoni tal-casinos qegħdha quddiem il-Qorti, u b’rispett lejn is-sistema ġudizzjarja tal-Qrati Maltin, mhuwiex propizju li tiġi kkunsidrata li nagħtu din l-informazzjoni sakemm il-Qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11985 fejn il-Ministru qal li l-metodoloġija finanzjarja għall-evalwazzjoni kienet waħda li hija addottata internazzjonalment, jista’ l-Ministru jgħid għal liema tip ta’ metodoloġija qed jirreferi? Jikkonferma li ma kienx hemm pre established weightings index għal kull kriterja u jekk kienx hemm scoring framework stabbilit qabel ma nfetħu l-bids?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 12246.
Liċenzji ta’ Casino – preferred bidder – Rapport tas-Sotto Kumitat Tekniku
Question
B’referenza għal mistoqsija parlamentari 11985, fejn il-Ministru qal li skont l-Evaluation Committee, il-proposta tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet l-aqwa waħda, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sotto Kumitat Tekniku ikkonkludiex ukoll b’dan il-mod? Jekk fl-affermattiv, jista’ jippreżenta r-rapport ta’ dan is-sotto kumitat?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 12246.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11985, fejn il-Ministru qal li skont l-opinjoni tal-Evaluation Committee, il-proposta tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet il-favorita u li l-analiżi tal-Evaluation Committee kienet ibbażata fuq l-analiżi profonda tiegħu stess u fuq il-findings tas-Sotto Kumitat Tekniku u dak Finanzjarju, jista’ l-Ministru allura jgħid għal liema rapport ippreperat u minn liema kumitat kien qed jirreferi għalih meta fuq mezzi tax-xandir qal li r-rapport ma kienx konklussiv?
Għawdex – Yacht Marina u Cruiseliner berth/terminal
Question
Jista' l-Ministru wieġeb mistoqisja parlamentari 11886 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema hi dik il-kumpanija jew konsorzju li ssottometta l-interess biex jagħmel yacht marina u cruise liner berth/terminal f'Għawdex? Liema postijiet ġew indikati minn din il-kumpanija jew konsorzju biex fihom isiru dawn il-proġetti? In vista tal-fatt li skont esponenti tal-Gvern stess kien hemm bidder wieħed biss, minkejja li qabel kien intqal li hemm interess kbir, il-Gvern se jkompli miexi ma dan il-bidder jew se jerġa' jiftaħ is-sejħa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li s-sottomissjoni li daħlet, KALA MARINE DEVELOPMENT CONSORTIUM, qegħdha tiġi evalwata mill-Evaluation Committee fi ħdan il-Privatisation Unit.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — direct orders
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11546, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tad-direct orders li ngħataw u ċjoè lil min ingħataw dawn id-direct orders, x’kien is-servizz jew prodott mitlub u kemm kien l-ammont li tħallas mill-Gvern f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda full-time u part-time separatament fid-dekasteru tiegħu kull sena mill-2008 sal-2013, u fl-2014 sal-aħħar ta’ Ottubru? Jista’ jgħid ukoll separatament fejn ġew ingaġġati dawn l-impjegati ġodda?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda full-time u part-time fid-dekasteru tiegħu separatament skont l-iskali stabbiliti tal-Gvern, u f'każ fejn l-iskali ma japplikawx jagħti ekwivalent ta' skala (inkluż ekwivalent ta' aktar minn skala 1) għall-2013, u fl-2014 sal-aħħar ta’ Ottubru?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar – permessi għall-bejgħ minn vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu liċenzji/permessi matul l-aħħar sentejn f’San Pawl il-Baħar biex ikun jista’ jsir bejgħ ta’ prodotti mhux tal-ikel minn vetturi jew bħala hawkers jew bħala fixed hawkers? Fil-każ tal-fixed hawkers, fejn ingħataw permess/liċenzja, dawk li ġew mogħtija tali permess?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta s-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerċ toħroġ liċenzja għall-bejjiegħ fit-toroq, il-liċenzjat ikun jistà jiġġestixxi l-attività kummerċjali tiegħu minn kullimkien f’kull triq billi jipparkja l-vettura tiegħu skont ir-regolamenti tat-traffiku f’kull triq fejn huwa jieqaf biex ibiegħ sakemm iservi lill-konsumaturi tiegħu u wara li jservihom imur għall-post ieħor. Dan dejjem soġġett għall-kundizzjonijiet oħra li joħorġu mill-L.S. 441.07 Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ. Bejjiegħ fit-toroq jista’ jiġġestixxi wkoll l-attività kummerċjali tiegħu billi jipparkja l-vettura tiegħu sabiex ibiegħ lill-konsumaturi tiegħu taħt numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom li l-post fejn jipparkja l-vettura tiegħu ma jkunx matul distanza ta’ mixi ta’ inqas minn 50 metru mill-eqreb suq fil-beraħ jew matul distanza ta’ mixi ta’ inqas minn 50 metru mill-entratura ta’ kull post kummerċjali.
Fl-aħħar sentejn is-Sezzjoni Liċenzi tal-Kummerċ ħarġet dawn il-liċenzji bħala bejjiegħ fit-toroq "ta’ oġġetti li m’humiex ikel u li m’humiex xarbiet":
2012 - 40
2013 - 32
2014 (sat-12 ta’ Novembru 2014) - 40
Ma jinħarġux liċenzji għal fixed hawkers għax il-liġi ma tipprovdix għal dan.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-Bord tal-Koperattivi tneħħietlu l-website madwar sena ilu, u s’issa baqgħet ma ttellgħetx oħra u b’hekk il-pubbliku huwa mċaħħad mill-għarfien dwar il-koperattivi, inkluż l-indirizz elettroniku tal-Bord?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-website li kellu l-Bord tal-Koperattivi kellha diversi problemi tekniċi minkejja li din kienet mantenuta minn kuntrattur privat. Għaldaqstant il-Bord ħass li kellu jitwaqqaf dan il-kuntratt u tiġi żviluppata website oħra permezz tas-servizz tal-MITA. Bħalissa l-Bord qed jaħdem fuq kontenut aktar aġġornat għall-website li mistennjia tkun qed topera mill-ġdid fi żmien qasir.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji li jaħdmu fis-settur tad-digital games fl-2013 u sa Ottubru 2014, u mingħajr il-ħtieġa li jissemmew l-ismijiet tal-kumpanija jgħid kemm qed iħaddem impjegati separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise mhux awtorizzata li tagħti informazzjoni dwar impjiegi fuq bażi settorjali irrispettivament ta’ liema settur. Dan għaliex din l-informazzjoni hi miġbura u tinżamm mill-ETC jew NSO.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tispeċifika sa liema data qed titlob l-informazzjoni. U dan għaliex ix-xiri ta' servizzi u prodotti jvarja minn ġurnata għal oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjiegi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11531, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.