Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20754 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Miżbliet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-gvern sabiex jiġu mmexxija l-miżbliet f'Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża biex jitmexxew il-miżbliet f'Malta matul is-sena 1999 laħqet is-somma ta' Lm237,777. Rigward l-ispiża dwar Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #20755 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sant Antnin — Kompost

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża sabiex tiġi prodotta tunnellata kompost mill-impjant ta' Sant Antnin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża sabiex giet prodotta tunellata kompost matul is-sena 1999 kienet ta' Lm130.26. Ta' min jinnota li l-piż tal-kompost mibjugħ jista jvarja ħafna bil-kontenut ta' l-umdita ta' dan il-materjal.
Leg 9 PQ #19895 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot tal-Estimi Ġenerali 2000 bejn 1 ta' Jannar 2000 sal-6 ta' Ottubru 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi l-ispiża f'hospitality kienet ta' 67.45% tal-vot allokat għal hospitality.
Leg 9 PQ #20746 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Cruise Liner Passenger Terminal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-negozjati waslu fi stadju avvanzat.
Leg 9 PQ #20747 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Connections

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett Connections?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Bord tar-Rikomandazzjoni qiegħed fi stadju finali tal-valutazzjoni tas-sottomisjonijiet tal-consortia li gew 'short listed', partikularment in vista tad-'development brief' kif ippublikat mill-Awtorita tal-Ippjanar. Dan il-Bord mistenni jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #20748 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħolijiet — Auberge d'Italie

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jitlesta' x-xogħol f'Auberge D'Italie li issa ilu għaddej aktar minn tliet snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proġett ta' restawr ta' l-Auberge D'Italie jinvolvi diversi xogħlijiet li għandhom jiġu konklużi din is-sena. Minħabba illi daħħlet liġi ġdida li tirriggwardja l-aċċessibilita' ta' postijiet pubbliċi jrid isir lift illi jilħaq is-sulari prinċipali tal-bini. Il-permessi meħtieġa għal dan il-lift għad iridu joħorġu mill-Awtorita ta' l-Ippjanar. Xogħol ta' restawr fuq tnejn mill-faċċati ta' barra u wahda mill-faċċati tal-bitħa iridu jsiru s-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #20751 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Miżbla tal-Magħtab

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi s-somma ta' flus dovuta lill-gvern minn dawk li jidħlu jitfgħu l-iskart fil-miżbla tal-Magħtab?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-somma ta' flus dovuta lill-Gvern minn dawk li jidħlu jitgħfu l-iskart fil-miżbla tal-Magħtab hija ta' Lm782,072.47.
Leg 9 PQ #20753 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Maniġġar ta' l-Iskart — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża tal-gvern sabiex jiġi mmaniġġat l-iskart kollu li nipproduċu f'Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża biex jiġi maniġġjat l-iskart kollu ta' Malta matul is-sena 1999 kienet għal madwar Lm1,550,000. Rigward l-ispiża dwar l-immaniġġjar ta' l-iskart f'Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #20393 Sitting 413 2000-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — L-Għalqa ta' Kola

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19949 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe: jinfurmana dwar x'inhi l-pożizzjoni dwar l-għalqa Ta' Kola, fir-Rabat? Peress li r-residenti tal-lokal kif ukoll il-pubbliku u t-turisti issa huma imxebbgħa jħabbtu wiċċhom mat-trabijiet u d-dehra kerha u żdingata f'dawn l-inħawi tant frekwentati, jista' l-Ministru jara li jsir xi forma ta' ftehim sabiex dan is-sit jiġi mogħti xi forma ta' cold tarmac, li barra li jtaffi l-inkonvenjent għar-residenti jilqa' aħjar l-ilma tax-xita ħalli ma jippenetrax fil-fdalijiet li għadhom ma ġewx skavati u li għadhom jinsabu taħt l-art?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922, seduta 392.
Leg 9 PQ #20349 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mellieħa — Tqaċċiet ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ppubblikati mill-kunsill tal-Mellieħa dwar siġar li qed jitqaċċtu fl-inħawi ta' l-Aħrax tal-Mellieħa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-investigazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #20560 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Bajjiet — San Ġorġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet il-kawża tat-tniġġis fil-baħar fil-bajja ta' San Ġorg f'San Ġiljan f'dawn l-aħħar jiem? Ittieħdu xi passi kontra min kien responsabbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent ma rċieva l-ebda rapport ta' tniġġiż fil-bajja ta' San Ġorg, f'San Ġiljan fix-xahar ta'Ottubru. Barra min hekk, il-programm ta' monitoraġġ imħaddem jointly bejn id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u l-Ministeru tas-Saħħa juri li l-kwalita ta' l-Ilma matul dan ix-xahar kienet tajba.
Leg 9 PQ #20586 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għal Ambjent — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkunu l-kontijiet pendenti u spejjeż konnessi li mhux se jilħqu jkunu mħallsa sa tmien din is-sena? Fis-supplementary estimates kemm huwa stmat li se jkun l-ammont meħtieġ biex ikopri ammonti mhux koperti fl-estimi għas-sena 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal ma normalment isir, il-Ministeru qed jagħmel kull sforz biex ma jitħallewx kontijiet pendenti għas-sena d-dieħla. Jien infurmat li bħalissa qed isir l-ikkuntjar neċessarju biex wieħed jasal għal figuri totali li fuqhom jiġi eventwalment deċiż jekk jew kemm ikun hemm bżonn fondi supplementari fil-voti tal-Ministeru. Jien infurmat ukoll iżda li stimi tat-tip mitluba mill-Onor. Interpellant jistgħu ivarjaw sostanzjalment bejn issa u l-għeluq tas-sena finanzjarja u għalhekk ma narax l-utilita' li jingħataw.
Leg 9 PQ #20668 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq

Question

B'riferenza għall-ittra miktuba fl-14 t'April, 2000 mid-Direttur tad-Dipartiment ta' Manutenzjoni u Restawr, Taqsima tax-Xogħlijiet li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jara li jsiru dawk ix-xogħlijiet neċessarji sabiex din il-persuna ma jibqax jidħlilha ilma tax-xita fil-garage tagħha minħabba d-diżlivell tat-terrapien fit-triq? It-terrapien ogħli 4 filati ntefa' madwar 8 snin ilu.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ikkonċernat qed jara x'passi jistgħu jittieħdu fl-iqsar żmien possibli.
Leg 9 PQ #19720 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Palazz — Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa sa issa l-ispiża ta' l-istallazzjoni tal-lift fil-Palazz? Jista' jgħid meta huwa maħsub li dan jibda jiffunzjona? Jista' jgħid min għamel ix-xogħol u kemm-il darba sar tibdil fix-xogħol u x'kienet ir-raġuni għal dan it-tibdil?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal-mistoqsijiet parlamentari numru 15205 seduta 271, numru 20099 seduta 399 u numru 20018 seduta 400.
Leg 9 PQ #20538 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kwalita' ta' arja — Studju

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studju qed issir fuq il-kwalita' ta' arja li għandna? Jekk iva, u qed isiru eżamijiet, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-riżultati fuq dan l-istudju lokal b'lokal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għaddej bi programm intensiv biex jigu stabbiliti livelli tal-kwalita ta' l-arja f'Malta u Għawdex. Dan il-Monitoraġġ qed isir permezz ta' 'mobile station' li jirrekordja livelli ta' 'carbon monoxide', 'sulpher dioxide', 'nitogen oxides', 'ozone u particulate matter'. L-ewwel riżultati juru li bl-eċċezjoni tal-'particulate matter' (trab) fil-biċċa l-kbira tal-lokalitajiet ġo Malta u Għawdex il-kwalita' ta' l-arja tikkonforma ma standards fl-Ewropa. Id-data voluminuża li qed tinġabar qiegħda tiġi proċessata biex fil-futur qarib tibda tiġi ppublikata fuq bażi regolari.
Leg 9 PQ #20540 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Kottonera? Jista' jispeċifika x'inhuma dawk ix-xogħlijiet li saru s'issa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fuq dan il-proġett mixjin skond il-kuntratt. Biss, minħabba attivita tal-Kavalieri ta' San Ġwann illi sejra ssir f'Diċembru li ġej, ċerti xogħlijiet kellhom jitwaqfu. Fost xogħlijiet illi saru s'issa hemm it-twaqqieħ ta' bini perikoluz fejn il-menqa, it-twaqqieħ tal-bini magħruf bħala 'Starkey Block', preparazzjonijiet għall-provista ta' servizzi essenzjali u 'survey' ta' l-istat tal-mollijiet.
Leg 9 PQ #20572 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Skejjel — Bennejja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna għaddew mill-eżami tal-bennejja li jsiru mill-masons board matul is-snin 1990-2000, kull sena separatament? Min huma l-persuni li jiffurmaw il-bord tal-bennejja llum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Waqt li nirreferi l-Onor. interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 17687 seduta 339, ninformaħ li issa in-numru ta' dawk li għaddew din is-sena huwa ta' disgħa (9). Il-Bord għall-Bennejja hu ffurmat minn: Arch. Franco E. Montesin Chairman, Arch. Carmelo Barbara Member, Mr. Joseph Camilleri Member, Mr. Paul E. Cassar Member, Mr. Joseph Farruġia Member, Mr. Joseph Gatt Member, Mr. George Calleja Segretarju
Leg 9 PQ #20573 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Irmiġġi

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 20461, x'inhu n-numru ta' irmiġġi li l-gvern ta l-impenn li se jipprovdi aktar minn dak li huma stipulati fil-kuntratt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

In-Numru ta' irmiġġi li l-Gvern ser jipprovdi aktar minn dak li hemm stipulat fil-kuntratt hu ta' massimu ta' 90 irmigg. Dan ifisser li il-membri kollha ta' l-Għaqda Sajjieda Dilettanti u Barklori li jammontaw għal 240 ser ikunu provduti b'post ta irmiġġ. Qed isiru wkoll diskusjonijiet mal-'Consortium' dwar l-irmiġġ addizzjonali għal-Barklori u Sajjieda Dilettanti li diga għandhom irmiġġ in-naħa tal-Birgu. Il-Gvern qed jagħmel l-istess impenn favur dawn in-nies, kif għamel għar-rigward tal-isla.
Leg 9 PQ #20493 Sitting 409 2000-10-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Cruise liner passenger terminal — Consortium

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 20262 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u cioe': B'riferenza għal cruise liner passenger terminal jista' l-Ministru jgħid: (a) f'liema stadju waslu n-negozjati mal-consortium magħżul għal dan il-proġett;(b) x'kienu t-talbiet ta' garanziji finanzjarji mitluba mill-gvern u /jew mill-Awtorita' Marittima u jekk dawn ġewx onorati jew le; (c) kien hemm xi bdil fis-set-up ta' l-investituri jew tal-partners barranin għall-proġett kif elenkati ma' l-offerta tal-consortium magħżul, għal kif inhu kompost illum; (d) illum, kemm hemm investiment barrani garantit ma' dan il-consortium u x'dokumentazzjoni teżisti biex juri dan l-involviment;(e) dan il-proġett arkitettoniku ta' dan il-consortium jista' joffri tibdiliet sostanzjali, f'każ ta' bidliet ta' din ix-xorta, x'jiġri; (f) x'inhuma t- timeframes u d-dati preċiżi (i.e. critical path analysis) li fuqhom għandu jitlesta dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma nħossx li f'dan l-istadju jkun prudenti nagħti d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant peress illi n-negozzjati għadhom ma għalqux.
Leg 9 PQ #20454 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mid-Dipartiment ta' l-Ambjent sekondati mall-kunsilli lokali ta' Sliema, Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema fuq xogħol mall-Kunsilli Lokali ta' Tas-Sliema, Pembroke, San Ġiljan u s-Swieqi huwa kif ġej: Sliema 1, Pembroke 1, San Ġiljan 2, Swieqi 1.