Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li nstabilhom xogħol mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'liema settur dawn il-ħaddiema ġodda ġew impjegati, jekk hux mas-settur pubbliku, settur privat eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li nstabilhom xogħol mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru u f'liema settur hu kif ġej:
XAHAR SETTUR PRIVAT** SETTUR PUBBLIKU TOTAL
_____ _____________ _______________ _____
Awissu 78 31 109
Settembru 72 20 92
Ottubru 154 71* 225
* Nota: Mill-71 persuna li jidhru li ġew impjegati fis-settur pubbliku matul ix-xahar t'Ottubru jirriżulta li:
19 (loaders/cleaners) bdew jaħdmu matul Ġunju u Lulju
6 (clerks) bdew jaħdmu matul Mejju, Ġunju u Lulju
16 (stewards/stewardesses) bdew jaħdmu matul Lulju u Awissu
Feedback mill-Air Malta dwar dawn il-41 impiegi temporanji tas-Sajf waslet matul ix-xahar t'Ottubru.
**Jinkludi Hal Far/Job Centre/Għawdes - Full/Part Time.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw school leavers mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru, 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' 'school leavers' li bdew jirreġistraw mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru hu kif ġej:
Awissu 113
Settembru 93
Ottubru 121
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi fejn ħaddiema tal-Gvern korrew fuq ix-xogħol fl-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm ħaddiema nvoluti f'dawn il-każi? Limitatament għas-sena li qegħdin fiha u ta' qabilha, f'liema dipartimenti ġew irrapportati każi ta' din ix-xorta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istatistika li nżammet mis-sena 1989 hi ta' ħaddiema li japplikaw għal benefiċċju tal-korriment. Iċ-ċifri huma kif indikat hawn taħt:
1989 1,007
1990 1,106
1991 892
1992 801
1993 649
1994 665
1995 654
1996 522
1997 637
1998 (sal-31.10.1998) 426
Ma tinżammx statistika ta' kemm-il persuna korrew skond id-Dipartiment fejn jaħdmu. L-istatistika li tinżamm tindika jekk persuna taħdimx:
(a) mal-Gvern (b) mal-Parastatali (c) mas-settur privat (d) għar-rasha.
24.11.98
Jista' l-Ministru jara li tiġi riveduta l-kirja tal-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li għandu Lm390 kera fis-sena meta hu mpjegat b'paga baxxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment biex jibgħatu għall-persuna ħalli ssir ir-reviżjoni skond il-proċedura stabbilita.
24.11.98
Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni HA663/95 għal skema I ta' l-Awtorita' tad-Djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 1039 li kien għamel hu stess u li hija identika għal din il-Mistoqsija.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-Adv. No. 260 sale tale quale għal garage No. 1 tal-gazzetta tal-Gvern tad-9 ta' Ottubru, 1998, li bħala tender ma kellhomx jiġu sottomessi dawk inqas minn Lm7,800?
Il-Ministru ma jarax li dan huwa għoli ħafna meta ftit tax-xhur ilu dawn inbiegħu mill-istess Housing Authority għal Lm5,800? Jista' l-Ministru jara li dan jiġi rivedut mill-ġdid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan il-garaxx kien oriġinarjament abbinat ma maisonette li nħareġ għall-allokazzjoni taħt skema tal-Awtorita' tad-Djar, taħt is-sistema tal-punti u taħt kundizzjonijiet ta' sussidju. F'din il-ħarġa l-prezz kien ta' Lm5,800.
Peress li dan il-garaxx issa ħareġ għall-bejgħ b'sejħa għall-offerti l-prezz mitlub huwa dak fis-suq miftuħ.
24.11.98
Partit Nazzjonalista — Programm Elettorali - Wegħda 194
Question
Fid-dawl tal-wegħda 194 fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jaqbilx mal-koabitazzjoni u jekk hux se jaċċetta l-koabitazzjoni f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proposta msemmija fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista taħseb biex tħares l-interessi ta' l-ulied li jitwieldu minn relazzjoni ta' ko-abitazzjoni u li tħares lil kull persuna minn xi forma ta' sfruttament, dejjem mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obbligi li joħorġu minn żwieġ validu.
Nistieden lill-Onor. Membru tgħidli jekk għandhiex xi oġġezzjoni dwar dan.
14.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'sar matul l-aħħar sentejn fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? X'inhu x-xogħol li għad fadal isir f'din id-dar? X'inhuma t-time frames biex dan ix-xogħol ikun lest?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar sentejn tkompla u tlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni, jiġifieri tlesta biss il-qafas. Il-kumplament tax-xogħol l-ieħor biex titlesta minn kollox għaddej b'ritmu mgħaġġel u suppost li jitlesta s-sena d-dieħla.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat bħala management tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla? Din id-dar se tkun immexxija bħad-dar taż-Żejtun mill-privat jew b'xi forma oħra ta' tmexxija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ħsieb huwa li d-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla titmexxa fuq l-istess linja li qed titmexxa d-Dar taż-Żejtun.
24.11.98
B'riferenza għal kopja ta' ittra li qiegħed nibgħat separatament dwar "Proposta mill-Kumitat ta' Azzjoni tar-Residenti ta' Bormla", jista' l-Ministru jgħidli x'inhuma l-intenzjonijiet tal-Ministeru dwar il-bini ta' Crisis Intervention Centre ġewwa Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Waqt li nemmen li l-preokkupazzjonijiet tar-residenti ta' Bormla dwar dan il-Proġett għandhom jiġu ndirizzati b'mod sodisfaċenti, naħseb li l-Onor. Membru japprezza li dan il-Proġett m'huwiex ir-responsabbilta' diretta tal-Ministeru tiegħi.
23.11.98
B'riferenza għall-Binja Santa Luċija fl-Imtarfa, fejn il-bejt sal-lum għadu proprjeta' tal-Housing Authority u għalhekk l-istess Awtorita' tibqa' responsabbli għaż-żamma f'kondizzjoni tajba ta' l-istess bejt tal-blokk: jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jerġa' jingħata l-membrane fuq l-istess saqaf billi jirriżulta li għandu difetti (kawżati minn xogħol ta' tip inferjuri meta sar) li qed jikkawża ħsara fil-flats sottoposti? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jinbeda x-xogħol relattiv, billi iżjed ma jdum ma jsir, iżjed se ssir ħsara fil-blokk? (Diġa' ntbagħtet ittra f'dan il-kuntest lill-Awtorita' fil-5 ta' Ottubru, 1998 pero' sal-lum ma sar xejn).
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-bejt fuq Binja Santa Luċija m'huwiex proprjeta' ta' l-Awtorita' tad-Djar iżda tas-sidien tal-Binja.
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm spezzjonijiet għamlet il-Health and Safety Unit fix-xhur ta' Awissu, Settembru u Ottubru 1998? X'kienet in-natura tal-periklu li ġie osservat fil-postijiet li ġew spezzjonati u kemm persuni jew azjendi ttellgħu l-Qorti, jekk kien il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' spezzjonijiet li saru minn Spetturi tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol matul ix-xhur imsemmija huwa kif ġej:
Awissu: 51 Settembru: 47 Ottubru: 46
Kif diġa kien spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 62, irriżulta lill-Ispetturi fil-maġġor parti assoluta tal-ispezzjonijiet li saru, li kienu jeżistu nuqqasijiet fil-ħarsien tas-saħħa u sigurta', liema nuqqasijiet l-'employers' kienu ordnati jirremedjaw. Minħabba n-numru kbir u minħabba d-diversita' ta' provedimenti leġiżlattivi li jeżistu, ma tinżammx statistika ta' liema minn dawn il-provvedimenti jkunu qed jinkisru.
Peress li persuna li tirċievi ordni mingħand Spettur tingħata wkoll iċ-ċans u ż-żmien li tirrimedja s-sitwazzjoni qabel tiġi mħarrka, għad mhux magħruf in-numru ta' persuni li ser jittieħdu passi fil-Qorti kontrihom bħala riżultat ta' xi nuqqasijiet li ġew identifikati fl-azjendi tagħhom.
23.11.98
Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħol xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u x'kien ir-riżultat f'dawn il-każi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed nagħti tagħrif dwar l-ispezzjonijiet li saru mis-Sezzjoni tal-Inspectorate u Enforcement tad-Dipartiment tax-Xogħol.
1998 Spezzjonijiet Irregolaritajiet Claims Valur Tressqu
maħruga Lm il-Qorti
Awwissu 68 49 20 7,747 3
Settembru 116 65 29 14,030 9
Ottubru 72 39 30 28,367 6
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkompli jaħdem fuq dak li bdiet tagħmel l-amministrazzjoni Laburista wara li sar ir-rapport dwar il-qagħda tad-Dipartiment tax-Xogħol? Jekk le, jista' l-Ministru jagħti ħjiel dwar xi pjanijiet għandu biex jerġa' jagħti r-ruħ lil dan id-Dipartiment li għad għandu funzjonijiet siewja għaż-żmenijiet ta' llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-rapport li qed jirreferi għaliħ l-Onor. Membru kien ġie ppreżentat lill-Amministrazzjoni preċedenti f'Lulju ta' l-1997 u, sa l-Elezzjoni ta' Settembru 1998, jiġifieri aktar minn sena wara, ma jidher li kien sar proprju xejn dwaru.
Iva, din l-Amministrazzjoni temmen li d-Dipartiment tax-Xogħol hemm bżonn li jingħata r-ruħ u jiġi ri-organiżżat. Ċertament dak li għadu validu fir-rapport imsemmi mill-Onor. Membru jingħata konsiderazzjoni xierqa.
23.11.98
Jista' l-Ministru jagħti statistika tan-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tieni u t-tielet parti tar-reġistru, separatament u kemm minnhom kienu nisa fix-xhur Awissu, Settembru u Ottubru 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, fuq it-tieni parti tar-reġistru, fix-xahar ta' Awissu 1998, kien ta' 475. Minn dawn 127 kienu nisa. Filwaqt li n-numru ta'persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tielet parti tar-reġistru, fix-xahar ta' Awissu 1998, kien ta' 398. Minn dawn 82 kienu nisa.
In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, fuq it-tieni parti tar-reġistru, fix-xahar ta' Settembru 1998, kien ta' 464. Minn dawn 126 kienu nisa. Filwaqt li n-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tielet parti tar-reġistru, fix-xahar ta' Settembru 1998, kien ta' 440. Minn dawn 84 kienu nisa.
L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998.
23.11.98
Jista' l-Ministru jagħti l-istatistika tal-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti, u kemm minnhom kienu nisa fix-xhur Awissu, Settembru u Ottubru 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Awissu 1998, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti, kien ta' 7,111. Minn dawn 1,106 kienu nisa.
Fl-aħħar ta' Settembru 1998, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti kien ta' 7,184. Minn dawn l,053 kienu nisa.
L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998.
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gradwati u professjonisti jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Awissu, Settembru u Ottubru 1998, u x'inhi l-professjoni tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni professjonisti li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Awissu u Settembru 1998 kien hekk:
Professjonisti Awissu Settembru
1998 1998
Accountants 5 6
Auditors 2 1
Chemists 2 3
Computer systems, designers and analysts 0 0
Computing professionals not classified 1 1
Economists 1 0
Engineer electronics & telecommunications 1 1
Engineer electrical 1 1
Engineer mechanical 3 4
Pharmacists 21 11
Philosophers, Historian & Political
Sciences 1 1
Physiotherapists and related associates
professionals 1 1
Psychologist associate professional 3 2
Psychologists 3 1
Radiographer 2 1
Secondary education teaching professionals 2 1
Social work associate professionals 6 4
Social work professionals 1 0
Sociologists, Anthropologists and others 1 2
TOTAL 57 41
23.11.98
Il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament huwa żagħżugħ b'diżabilita' li għandu 19-il sena. Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed jiġi aċċettat fl-ebda istituzzjoni li tieħu ħsieb l-iżvilupp ta'żgħażagħ b'diżabilita'? Meta se jiġi aċċettat f'xi istituzzjoni jew jingħata xi forma ta' servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi l-pjaċir ninforma lill-Onor. Membru li ż-żagħżugħ b'diżabilita' li għaliħ qiegħed jirreferi beda jattendi ċ-Ċentru tat-Taħriġ ta' Ħal-Far minn nhar it-Tnejn 9 ta' dan ix-xahar.
23.11.98