Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – Persons of Trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Tista’ tgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtha, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma ngħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi, fil-perjodu indikat f’din il-mistoqsija parlamentari.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14124 tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hi tmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumtaru u Libertajiet Ċivili – Positions of trust

Question

Tista' l-Ministru telenka u tgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tagħha u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Employment and Industrial Relations Act — Emendi

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk humiex ser jiġu mressqa mill-Ministeru xi emendi għall-Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta, Employment and Industrial Relations Act u jekk iva, tista’ tindika f’liema direzzjoni ser ikunu?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor Interpellant li l-emendi msemmija tittieħed deċiżjoni fuqhom wara konsultazzjoni li tkun saret fil-Bord għar-Relazzjonijiet tal-Impjiegi. Dan il-Bord huwa magħmul minn rappreżentanti tal-ħaddiema, ta’ min iħaddem u tal-Gvern. Bħalissa dan il-Bord għandu quddiemu proposti għal emendi li tressqu kemm mill-Ministeru kif ukoll mill-partijiet soċjali rappreżentati fuq il-Bord. F’ dan l-istadju ma naħsibx li jkun prudenti li nsemmi aspetti li għad iridu jiġu diskussi minn dan il-Bord

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — positions of trust

Question

Tista' l-Ministru telenka u tgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tagħha u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħta?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hi tmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tagħha? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

Response (DALLI, HELENA)

Il-kuntratt ta’ impjieg tal-persuni msemmija huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013. Filwaqt li dawk li jaqgħu taħt l-entitajiet u d-dipartimenti msemmija f’ din il-Mistoqsija Parlamentari, l-informazzjoni dwarhom għadha qed tinġabar.

Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust il-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Diretturi Ġenerali – ħatriet

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk il-ħatriet li saru dan l-aħħar għall-postijiet vakanti ta’ Diretturi Ġenerali sarux skond il-liġi (Kap 510) u b’mod partikolari tal-artikli 13(2), 16(2), 19(2) u 21(2) tal-Kap. 510?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ħatriet li saru dan l-aħħar għall-postijiet vakanti ta’ Diretturi Ġenerali fl-MCCAA saru skont is-sejħa li ħarġet u l-Liġi.

Diretturi Ġenerali – Bord tal-għażla

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li wieħed mit-tliet Segretarji Permanenti li mexxew il-Bord tal-Għażla għall-postijiet vakanti ta’ Diretturi Ġenerali kien impjegat tal-Awtorità fejn għamel żmien taħt wieħed mill-uffiċjali li kien qiegħed jiġi intervistat u għalhekk seta’ kien hemm konflitt ta’ interessi?

Response (DALLI, HELENA)

Nista’ nikkonferma li wieħed mis-Segretarji Permanenti li mexxew il-Bord tal-Għażla għal postijiet imsemmija kien fi żmien impjegat tal-Awtorita’. Minħabba n-natura teknika u legali tal-pożizzjonijiet imsemmija inħasset il-ħtieġa li jkun hemm persuna li għandha knowledge u esperjenza fil-qasam fuq il-bord tal-Għażla. Ma naqbilx li dan is-segretarju permanenti seta’ jkollu xi konflitt ta’ interess kif qed jiġi allegat.

Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data – investigazzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 13612, tista' l-Ministru tara jekk hemmx investigazzjoni pendenti mill-Uffiċċju tad-Data Protection Commissioner dwar Transport Malta?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data diġa` ta ir-risposta fil-Mistoqsija Parlamentari 13612 fejn ġie spjegat illi f’dawk il-każi li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data, mhijiex il-prassi tal-Uffiċċju li jinħarġu dettalji ta’ ilmenti li għadhom taħt investigazzjoni pendenti. Dan sakemm ma jkunx l-istess kontrollur tad-data jew il-persuna li tkun issottomettiet l-ilment illi toħroġ tali informazzjoni, jew inkella l-każ ikun ħa prominenza pubblika, b’xi mod jew ieħor, fejn din tkun barra mill-kontroll ta’ dan l-Uffiċċju. Għaldaqstant, il-Kummissarju la jikkonferma u lanqas jiċħad jekk bħalissa hemmx investigazzjoni pendenti, rigward protezzjoni tad-data, fil-konfront ta’ Transport Malta.

MCCAA – investigazzjoni fuq pompa tal-petrol dwar prezz ta’ petrol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) investigatx l-istorja li ġiet irrappurtata riċentament fil-midja dwar każ fejn ingħad li saret pressjoni fuq operatur ta’ pompa ta’ petrol fir-Rabat biex ma jraħħasx il-prezz tal-fuel?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 373.

Pompa tal-petrol – roħs fil-prezzijiet

Question

B’referenza għar-rappurtaġġ fil-media lokali li pompa tal-petrol lokali ma tħallietx traħħas il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel lill-konsumatur, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumaturi (MCCAA) hijiex se tinvestiga l-ka¿ u sa meta se tkun konkluża l-investigazzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija parlamentari numru W373

MCCAA – ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni

Question

Tista' l-Ministru telenka s-suġġett tal-każijiet pendenti li l-MCCAA qed tinvestiga fuq allegat ksur tal-Liġi tal-Kompetizzjoni?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Uffiċċju għal-Kompetizzjoni (MCCAA) qed jinvestiga każijiet li jaqgħu taħt xi wieħed minn dawn is-setturi: assigurazzjoni, enerġija, telekominkazzjoni, uniformijiet ta’ l-iskejjel, prodotti tat-tabakk, ambjent, transport, finanzjarju, propjeta, agrikoltura, xorb, ikel u gaming.

Pompa tal-petrol — roħs fil-prezzijiet

Question

B’referenza għar-rappurtaġġ fil-media lokali li pompa tal-petrol lokali ma tħallietx traħħas il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel lill-konsumatur, tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jew xi entità oħra li taqa’ taħt il-Ministeru tagħha investigawx dan il-każ?X’kien l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni? Id-deċiżjoni li ma jitħalliex isir dan roħs kienet fl-aħjar interess tal-konsumatur? Din id-deċijoni tista’ tammonta għal cartel, fejn importaturi u distributuri differenti jżommu l-istess prezz biex joħonqu l-kompetizzjoni ġusta għad-detriment tal-konsumatur?

Response (DALLI, HELENA)

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumaturi (MCCAA) iltaqgħet mal-partijiet ikkonċernati u bdiet l-investigazzjoni skont il-proċedura li dejjem adotta dan l-uffiċċju.

Awtorità dwar il-Mediċini — konsulenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ konsulenti li ġew impjegati mal-Awtorità dwar il-Mediċini mid-9 ta’ Marzu sal-lum? X’inhu r-rwol ta’ kull wieħed u waħda minnhom? Kemm-il siegħa jaħdmu? X’inhi r-rata ta’ ħlas għal kull siegħa? F’kull każ x’perkaċċi oħra jingħataw?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ma ġew l-ebda konsulenti mpjegati mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum. Hemm tlett legal advisors li għandhom rata ta’ €24.60 (exc. VAT). Legal Advisors mhux meqjusa bħala konsulenti u/jew impjegati.

Awtorità dwar il-Mediċini — promozzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum fl-Awtorità dwar il-Mediċini?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li ma kien hemm ebda promozzjoni fl-Awtorità dwar il-Mediċini fil-perjodu msemmi. Kien hemm tliet sejħiet għar-reklutaġġ li mtlew internament. Dawn kienu għal Direttur (Skala 4) li mtela minn Manager (Skala 5) u għal żewġ Senior Pharmacists (Skala 7) li mtlew minn żewġ Pharmacists (Skala 9).

Awtorità dwar il-Mediċini – bord tad-Diretturi

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li attwalment qed jagħmlu parti mill-bord tad-diretturi tal-Awtorità dwar il-Mediċini? Tista’ tgħid ukoll xi ħlas u x’perkaċċi oħra qed jingħataw dawn il-membri?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Awtorità dwar il-Mediċini m’għandhiex bord tad-diretturi imma hi mmexxija miċ-Chairperson flimkien mal-management team tal-Awtorità li hu kompost minn uffiċjali f’pożizzjoni għolja (diretturi u managers).