Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20297 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xiri ta' Karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tagħha mill-1992 sallum? Tista' tgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li mill-1992 sallum inxtraw seba' karozzi mill-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu. L-informazzjoni dwar dawn il-karozzi hija mogħtija hawn taħt: - Karozza Hyundai Excel LS għall-użu ta’ uffiċċjal fuq ‘performance agreement’; - Karozza Hyundai Excel GLS għall-użu tas-Segretarjat Privat; - 2 karozzi Kia Mentor GLX għall-użu ta’ uffiċċjali fuq ‘performance agreement’; - Karozza Kia Mentor SLX għall-użu ta’ uffiċċjal fuq ‘performance agreement’; - Karozza Skoda Forman 135 GLX għall-użu tal-Fergħa ta’ l-Agrikoltura fi ħdan id-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp; - Karozza Volkswagon Bora Salon għall­użu ta' uffċċjal fuq 'performance agreement'.
Leg 9 PQ #19282 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dipartimenti u entitajiet - Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li kien hemm tnax-il impjegat li bdew jaħdmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex bejn il-5 ta’ Jannar sal-10 ta’ Settembru 2000. Dawn l-impjegati kienu: a. 3 ħaddiema li kienu mpjegati fi Grupp 1 tal-Gradi Industrijali fis-Servizz Pubbliku mill-Management and Personnel Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u bdew jaħdmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex f’Ġunju 2000; b. 2 Ward Clerical Assistants li kienu applikaw wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-21 ta’ April 1995; c. Senior Registrar (Pedjatrija) li nħatar wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fil-5 t’ Ottubru 1999; d. Senior Pharmacist li nħatret wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fit-28 ta’ Ġunju 1999; e. Teacher li nħatret wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ħarġet mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni; f. 3 Casual Substitute Executive Officers li kienu ngaġġati wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta’ Diċembru 1999; u g. Casual Substitute Principal li kien ngaġġat wara sejħa għall-applikazzjonijiet li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta’ Diċembru 1999.
Leg 9 PQ #20100 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Karti Sofor/Roża

Question

Tista' l-Ministru issa twieġeb il-parti dwar karti sofor, skond mistoqsija parlamentari nru. 6884?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l­applikazzjonijiet għall­karta s­safra (Schedule V) jintlaqgħu u jiġu proċessati mis­Sezzjoni tas­Saħħa f'Malta, nitlob lill­Onor Interpellant biex jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #20071 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel — Junior Lyceum Aguis de Soldanis

Question

Tista' l-Ministru tieħu passi biex jintbagħat għalliem tal-Malti fil-Junior Lyceum Aguis de Soldanis ta' Victoria għax hemm studenti bla għalliema tal-Malti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat­tweġiba mogħtija għall­mistoqsija numru 20068 fuq l­istess suġġett.
Leg 9 PQ #19943 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Co Ltd — Impjiegi

Question

Tista il-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-persuni li isimhom qed jintbagħat separatament ser jiddaħħlu jaħdmu mal-Gozo Channel Co Ltd?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn x'inżid mar­risposta mogħtija għall­Mistoqsija Numru 19931.
Leg 9 PQ #19931 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Co. Ltd — Ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li ż-żewġ residenti minn Għajnsielem (li isimhom qed jintbagħat separatament) se jiddaħħlu jaħdmu mal-Gozo Channel Co. Ltd, meta b'mod speċjali, ta' l-ewwel ilu li wasal Għawdex 15-il ġurnata biss, wara li rritorna mill-Amerika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-kumpanija Gozo Channel timpjega l-ħaddiema maghħa skond il­liġijiet u l­proċeduri stabbiliti.
Leg 9 PQ #19944 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Vapur Xlendi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi preċedenti dwar il-vapur Xlendi li kien ġie mgħarraq għal skopijiet ta' diving, tista' l-Ministru ġentilment tgħid jekk dan il-vapur kienx ġie miġbud 'il ġewwa wara li kien tkaxkar 'il barra bil-maltemp wara li kien ġie mgħarraq? Billi dan il-vapur kien tkaxkar lejn fejn hemm sies f'qiegħ 'il barra u billi kien hemm riskju reali li l-vapur jaqa' f'dan is-sies li huwa fond u allura ma jibqax aċċessibbli għad-divers, tista' l-Ministru tgħid x'sar jew x'se jsir biex il-vapur fil-fatt ma jaqax hemm? Ġiet studjata l-possibbilta' li dan il-vapur li diġa' sar popolari ma' divers, kemm minn Malta kif ukoll dawk li jiġu jżuruna minn barra, jiġi immażżrat mal-qiegħ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata mill­Gozo Tourism Association li l­vapur MV Xlendi ma ġiex imċaqlaq mill­pożizzjoni oriġinali tiegħu ta' meta ġie mgħarraq. Barra minn hekk, il­vapur ma huwiex f'xi riskju li jkompli jitkarkar lejn iktar fond. Il­vapur qiegħed f'40 metru ilma u huwa ankrat fir­ramel bil­piz tiegħu stess. Barra minn hekk ġie ffurmat sand bank fuq in­naħa fonda tas­sikka li qed iżżomm il­vapur milli jitħarrek mill­pożizzjoni tiegħu. Għalhekk ma hemmx bżonn li l­vapur jiġi mmażżrat.
Leg 9 PQ #19676 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Serqiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartiment u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena? X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom? X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u t-30 ta’ Settembru 2000 kien hemm żewġ każijiet ta’ serq ta’ oġġetti li huma proprjeta’ tal-Gvern fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. F’dawn iż-żewġ każijiet li ġew irraportati lill-Pulizija għall-investigazzjoni il-valur ta’ l-oġġetti misruqa kien ta’ Lm 150 u Lm 12 rispettivament.
Leg 9 PQ #19811 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skola Agius de Soldanis

Question

Tista' l-Ministru tispjega u tagħti raġuni għaliex it-tfal tal-Form III tal-Junior Lyceum - Skola Agius de Soldanis - ma għandhomx teacher tal-Malti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdha tittçħed azzjoni bçx l-istudenti tal-Form III tal-Junior Lyceum Skola Agius de Soldanis ikollhom teacher tal-Malti kemm jista’ jkun malajr.
Leg 9 PQ #19710 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Stevens and Associates — Rapport

Question

Tista' l-Ministru tgħid min ikkummissjona rapport ta' "Stevens and Associates" dwar is-settur turistiku għal Għawdex? Kemm sewa dan ir-rapport? Min ħallas għalih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M’ għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19488.
Leg 9 PQ #19169 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Tista' tgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Kif ġia kelli l-opportunita’ inwieġeb l-onorevoli interpellant f’okkazjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta’ l-onorevoli membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19613 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Numru ta' Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19340?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qegħda npoġġi fuq il­mejda tal­Kamra l­informazzjoni mitluba mill­Onorevoli Interpellant li tinkludi wkoll riżenji u trasferimenti li saru matul is­snin imsemmija.
Leg 9 PQ #19410 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika s-snin li għalihom qed jitlob l-informazzjoni dwar in-nefqa fuq konsulenzi.
Leg 9 PQ #18798 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari numru 18146?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-konsulenti barranin li qed jagħtu s-servizz tagħhom lill-Ministeru għal Għawdex jammontaw għal tmçnja. Lkoll kemm huma qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-Dipartiment tal-Customer Services fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dawn il-konsulenti u t-tip ta’ xogħol li qegħdin jagħmlu huma kif imniżżel hawn taħt: Isem tal-Konsulent Tip ta’ xogħol Armatys Andrzej Accoucher Svejda Vaclav Physician Kvas Julius General Surgery Pechar Antonin General Surgery Nemecek Radovan Pathology Janula Jan Ophthalmology Milosavljevic Goran Anaesthesia Stojanovic Miodrag Anaesthesia Il-kundizzjonijiet li għandhom dawn il-konsulenti huma skond il-ftehim intitolat “Classification, Regrading and Assimilation of the Medical Class” li sar mal-Medical Association of Malta u skond it-termini tal-kuntratt iffirmat minn kull wieħed minnhom mad-Dipartiment tas-Saħħa filwaqt li s-salarju tagħhom huwa ta’ LM7534 fis-sena.
Leg 9 PQ #19340 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Numru ta' impjegati

Question

Kemm kien in-numru ta' ħaddiema impjegati mal-kumpannija Gozo Channel fl-1 ta' Jannar 1996, fl-1 ta' Jannar 1997, fl-1 ta' Jannar, 1998, fl-1 ta' Jannar, 1999, fl-1 ta' Jannar, 2000 u llum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown tat-trades jew xogħol ieħor li jagħmlu dawn il-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­informazzjoni għadha qed tinġabar u r­risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19488 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kumpannija Turistika — Rapport

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa r-rapport dwar is-settur turistiku mill-kumpannija 'Stevens and Associates'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill­Onor. Interpellant li r­rapport dwar is­settur turistiku mill­kumpanija 'Stevens and Associates' ma ġiex ikkummissjonat mill­Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #18768 Sitting 374 2000-09-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18138?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-konsulenti lokali li qed jagħtu s-servizz tagħhom lill-Ministeru għal Għawdex jammontaw għal erba’. Lkoll kemm huma qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-Dipartiment tal-Customer Services. Dawn il-konsulenti huma: Isem tal-Konsulent Tip ta’ Xogħol Mercieca Victor Konsulent fil-Pedjatrija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Farrugia Frank Konsulent fil-Mediċina fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Aquilina Raymond Konsulent fl-Ortopedija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Mamo John Konsulent fil-Ġinekoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-kundizzjonijiet li għandhom il-konsulenti li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex huma skond il-ftehim intitolat “Classification, Regrading and Assimilation of the Medical Class” li sar mal-Medical Association of Malta u skond it-termini tal-kuntratt iffirmat minn kull wieħed minnhom mad-Dipartiment tas-Saħħa filwaqt li s-salarju tagħhom huwa ta’ LM7534 fis-sena.
Leg 9 PQ #18689 Sitting 373 2000-09-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18125?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-konsulenti lokali u barranin li taw is-servizz tagħhom lill-Ministeru għal Għawdex mill-5 ta’ Settembru 1998 sal-31 ta’ Mejju 2000 kçnu jammontaw għal ħamsa u għaxra rispettivament. Lkoll kemm huma kienu qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-Dipartiment tal-Customer Services. Dawn il-konsulenti kçnu: Konsulenti Lokali Isem tal-Konsulent Tip ta’ Konsulenza Mercieca Victor Konsulent fil-Pedjatrija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Farrugia Frank Konsulent fil-Mediċina fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Aquilina Raymond Konsulent fl-Ortopedija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Mamo John Konsulent fil-Ġinekoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Vella Anthony P. Konsulenza dwar ir-Restawr Tal-Mużew tal-Folklore Konsulenti Barranin Isem tal-Konsulent Tip ta’ Konsulenza Armatys Andrzej Konsulent bħala Accoucher fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Svejda Vaclav Konsulent bħala Physician fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Kvas Julius Konsulent fil-General Surgery fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Pechar Antonin Konsulent fil-General Surgery fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Nemecek Radovan Konsulent fil-Patoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Janula Jan Konsulent fl-Oftalmoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Milosavljevic Goran Konsulent fl-Anestesija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Stojanovic Miodrag Konsulent fl-Anestesija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Afsanuzzaman Abul K Konsulent fl-Anestesija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Sedlacek Jan Konsulent fl-Anestesija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Il-kundizzjonijiet li kellhom il-konsulenti li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kçnu skond il-ftehim intitolat “Classification, Regrading and Assimilation of the Medical Class” li sar mal-Medical Association of Malta u skond it-termini tal-kuntratt iffirmat minn kull wieħed minnhom mad-Dipartiment tas-Saħħa filwaqt li s-salarju tagħhom kçn ta’ Lm7391 fis-sena 1998, Lm7482 fl-1999 u Lm7534 fis-sena 2000. Il-konsulent imqabbad dwar ir-restawr tal-Mużew tal-Folklore tħallas is-somma ta’ Lm240.
Leg 9 PQ #18678 Sitting 371 2000-09-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — PROs

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huwa l-PRO tiegħu u x'kundizzjonijiet u salarji għandhom? Tista' tgħid ukoll x'bonuses u ħlas ta' sahra irċevew kemm ilhom f'din il-kariga?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Fil-preżent il-pożizzjoni ta’ Communications Co-ordinating Officer fil-Ministeru għal Għawdex tinsab vakanti.
Leg 9 PQ #18701 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Malta/Għawdex — Qasam edukattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma ssir bejn il-Ministeru ta' Għawdex u dak ta' l-Edukazzjoni biex jiġi żgurat kordinazzjoni bejn Malta u Għawdex fil-qasam edukattiv?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Fergħa ta’ l-Edukazzjoni f’Għawdex ssegwi l-policies kollha tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni f’Malta u li regolarment isiru laqgħat bejn uffiċċjali miż-żewġ naħat biex jiġi żgurat li jkun hemm koordinazzjoni bejn Malta u Għawdex f’dan il-qasam.