Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa b'kollox s'issa t-trinka li qiegħda titħaffer fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex? Kemm kienet stmata qabel? Sa liema żmien kellha titlesta, u jekk dan iż-żmien issa skada għaliex ġara dan?
Tista' l-Ministru tgħid min ta l-permess biex parti mis-swar ta' Chambrai tiċċarrat? Jekk ħadd mill-Ministeru għal Għawdex ma ta permes, tista tgħid jekk għallinqas kenitx nfurmata li se ssir din l-istraġi?
Jekk ma kenitx infurmata, x'passi se tieħu biex dawn l-affarijiet ma jirreptux ruħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li xxogħol li qed tirreferi għalih lOnorevoli interpellant huwa kopert bilpermess ta' lAwtorita' ta' lIppjanar, PA 3941/93 li nħareġ fil31 ta' Lulju 1995.
Billi skond ma hu magħruf l-Ministru rċeviet rendikont ta' kemm ġew turisti f'Għawdex fix-xhur ta Ġunju, Lulju, Awissu, Settembru u Ottubru, 2000 mingħand il-kumpanija tal-karozzi u tal-coaches ta' Għawdex, tista' l-Ministru tgħid kemm żdiedu jew naqsu t-turisti li żaru Għawdex fuq in-numru ta' turisti fl-istess xhur tas-sena l-oħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Skond figuri mogħtija millAwtorita' dwar itTrasport Pubbliku għaxxhur ta' Ġunju sa Settembru ta' din issena, jirriżulta li kien hemm nuqqas ta' 2.7% fuq issena loħra finnumru ta' trips magħmula minn coaches f'Għawdex. Madanakollu, figuri sottomessi millKumpanija Gozo Channel Co Ltd juru li għallistess periodu kien hemm żieda ta' 1.63% finnumru ta' passiġġieri li qasmu minn Malta għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet mit-Taqsima tal-Mużewijiet f'Għawdex biex isir xogħol ta' tqegħid ta' membrane fuq il-bjut? Meta saru dawn it-talbiet? Meta ntlaqgħu? U jekk ma ntlaqgħux għaliex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li filbidu ta' din issena saret talba mitTaqsima talMużewijiet f'Għawdex biex isir xogħol ta' tqiegħid ta' membrane fuq ilbjut talMużewijiet f'Għawdex. Inħarġet sejħa għal kwotazzjonijiet u bħalissa dawn qegħdin jiġu aġġudikati.
B'riferenza għall-mistoqsija numru 19903, tista' l-Ministru tagħti ċ-ċifra ta' kemm intnefqu flus f'hospitality u tagħti breakdown ta' kif intnefqu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-persentaġġ ikkwotat fil-mistoqsija parlamentari Nru. 19903 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta’ hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-onorevoli interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab.
Dwar breakdown ta’ kif intefqet iċ-ċifra m’għandix x’inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19169 fuq l-istess suġġett.
JTsta’ l-Ministru tgħid kemm hi l-ispiża tal-gvern sabiex titmexxa il-miżbla ġewwa Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul l-aħħar tnax-il-xahar l-ispiża sabiex titmexxa il-miżbla ġewwa Għawdex kienet tammonta għal madwar Lm47,000. Il-figura tinkludi l-pagi tal-ħaddiema li jaħdmu fuq il-post.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f'hospitality mill-vot ta' l-Estimi Ġenerali 2000 bejn l-1 ta' Jannar, 2000 sas-6 ta' Ottubru, 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ngħarraf lillOnorevoli Interpellant li matul ilperjodu msemmi millOnorevoli Interpellant, lispiża f'hospitality kienet ta' 91.4% talvot allokat għal hospitality.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għad baqa' għalliema neqsin fl-iskola post sekondarja Sir Mikelang Refalo, Rabat, Għawdex? Tista' tgħid x'inhuma s-suġġetti li għalihom l-istudenti għadhom mingħajr għalliema? Għal liema raġuni l-vakanzi li jeżistu f'dawn is-suġġetti għadhom ma mtlewx?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-suġġetti li għalihom listudenti ta' liskola postsekondarja Sir M A Refalo għadhom mingħajr għalliema huma lBioloġija, Soċjoloġija, Pure Maths u Ekonomija. Qiegħed isir kull sforz biex jinstabu għalliema kwalifikati f'dawn issuġġetti.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni illi l-lezzjonijet għall-istudenti fl-iskola post sekondarja Sir Mikelanġ Refalo, Għawdex, bdew ġimgħa tard? Tista' tgħid jekk fi skejjel simili f'Malta ġarax l-istess?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-lezzjonijçt għall-istudenti tat-tçni sena fl-iskola Post-Sekondarja Sir M.A. Refalo bdew kif suppost fil-25 ta’ Settembru. Il-lezzjonijçt għall-istudenti ta’ l-ewwel sena bdew fid-9 t’Ottubru wara t-tçni sejħa għall-applikazzjonijçt għad-dħul f’din il-klassi li għalqet nhar l-Erbgħa 4 t’Ottubru. Ninsab infurmata li f’Malta wkoll l-istudenti ta’ l-ewwel sena bdew fl-istess jum.
Skola Sekondarja Aguis De Soldaris — Refurbishment
Question
Peress illi fir-rapport ta' ħidma għas-sena li għaddiet, kif ippubblikat mill-Ministru dwar il-Ministeru tagħha, hemm indikat li sar xi xogħol ta' refurbishment fl-Iskola Sekondarja Aguis De Soldaris, tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
Min ħadem u kemm ġie jiswa flus dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ir-rapport tas-sena ħidma tal-Ministeru jgħid li fl-iskola msemmija: “sar tibdil sħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-gass fil-Laboratorji tax-Xjenza, sistema li qabel kçnet waħda kemmxejn perikoluża speċjalment għall-użu ta’ l-istess studenti ta’ l-iskola waqt il-lezzjonijçt prattiċi”.
Jçna nfurmata li dalwaqt ser jibda’ r-refurbishment tal-faċilitajçt sanitarji b’din l-iskola u diġa’ inħarġu l-offerti li qegħdin jiġu aġġudikati.
Tista' l-Ministru tgħid meta beda x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq il-laboratorji l-ġodda fl-Iskola Sir Mikelanġ Refalo, ir-Rabat, Għawdex?
Kemm kienu vvutati flus sena b'sena minn meta beda x-xogħol sal-lum?
Kemm kienu l-fees professjonali li tħallas għal dan il-proġett?
Kemm tħallsu flus sa issa lill-kuntrattur? Għal-liema raġuni l-istudenti għadhom ma bdewx jużaw il-laboratorji kollha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ittra ta’ aċċettazzjoni għax-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-laboratorji l-ġodda fl-Iskola Sir Mikelanġ Refalo ħarġet f’Ottubru 1998. L-ispejjes għal dawn il-laboratorji tħallsu mill-vot kapitali allokat lit-Taqsima ta’ l-Edukazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex.
Il-fees professjonali li tħallsu għal dan il-proġett jammontaw għal Lm5,510.76.
Sa issa tħallset is-somma ta’ Lm159,450.33,0 lill-kuntratturi involuti f’dan il-proġett.
Sa tmçm din il-ġimgħa il-laboratorji jkunu qegħdin jintużaw kollha. Ma bdewx jintużaw kollha f’daqqa peress li rçdu jsiru xi testijçt lis-sistemi tad-dawl, ilma u gass bçx jiġi żgurat li dawn is-sistemi jiffunzjonaw kif suppost.
Billi ġie mħabbar li fil-hostel tal-Qala kienu ser isiru xi xogħlijiet, tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew ?
X'somma ta' flus hemm ivvotata għal dan il-proġett?
Saret applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex dan ix-xogħol ikun jista' jsir?
Bħalissa min hu responsabbli għat-tmexxija ta' din il-hostel?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minn Ġunju ta’ din is-sena l-Hostel tal-Qala għadda taħt ir-responsabbilta ta’ l-ITS (Għawdex) bil-għan li ‘l quddçm ikun jista’ jintuża għal parti mit-taħriġ relatat mal-korsijçt offruti mill-istess skola. Bħalissa qegħdin isiru xogħolijçt ta’ refurbishment ġenerali li ma jinħteġux permessi mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar.
L-ufffiċċjal inkarigat mil-ITS (Qala) huwa responsabbli għat-tmexxija tal-hostel.
Tista’ l-Ministru tagħti d-dettalji dwar il-programm taż-żjara tagħha fil-Ġermanja f'Marzu 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtçq ngħarraf lill-onor. Interpellant li f’Marzu 2000 żort il-Fçra Internazzjonali tat-Turiżmu f’Berlin fejn il-Ministeru għal Għawdex jçħu sehem ta’ kull sena. F’din il-Fçra kelli laqgħat ma’ diversi tour operators kif ukoll żammejt Press Meeting flimkçn mal-Ministru tat-Turiżmu.
Minn Berlin mort Hamminkeln fejn kont mistçdna mill-Akademie Klausenkof li magħha l-Ministeru għal Għawdex għandu ftehim ta’ skambji ta’ kull sena. Hemmhekk jçna kelli diskussjonijçt dwar l-ippjanar ta’ l-attivitajçt li għandhom jiġu organizzati bejn iż-żewġ naħat. Kelli wkoll laqgħat u diskussjonijçt dwar il-qasam ta’ l-artiġjanat u t-tħaddim ta’ kooperattivi f’dan il-qasam.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li se jkunu l-kontijiet pendenti u spejjeż konnessi li mhux se jilħqu jkunu mħallsa sa tmien din is-sena?
Fis-supplementary estimates kemm huwa stmat li se jkun l-ammont meħtieġ biex ikopri ammonti mhux koperti fl-estimi għas-sena 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Bħal ma normalmant isir, il-Ministeru qed jagħmel kull sforz bçx ma jitħallewx kontijçt pendenti għas-sena d-dçħla.
Jçna infurmata li bħalissa qed isir l-ikkuntjar neċessarju bçx wçħed jasal għal figuri totali li fuqhom jiġi eventwalment deċiż jekk jew kemm ikun hemm bżonn fondi supplementari fil-voti tal-Ministeru. Jçna infurmata ukoll iżda li stimi tat-tip mitluba mill-onorevoli interpellant jistgħu ivarjaw sostanzjalment bejn issa u l-għeluq tas-sena finanzjarja u għalhekk ma narax l-utilita’ li jingħataw.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lillOnorevoli Interpellant li ma ġiet impjegata lebda persuna ġdida millorganizazzjonijiet li għalihom għamel referenza.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jiġi eżaminat il-każ tat-tifel li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament quddiem l-Istatementing Board biex jingħata l-għajnuna meħtieġa biex ikun jista' jattendi kindergarten din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lillOnor. Interpellant jirreferi gharrisposta mogħtija għalmistoqsija parlamentari numru 20365.
Ministeru għal Għawdex — Karozzi/vannijiet/vetturi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena?
Kemm kienet tinvolvi l-ispiża għal dawn l-inġenji u nkluż il-fuel tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Linformazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw trasferimenti ta' ħaddiema Għawdxin fis-Servizz Pubbliku li kienu jaħdmu Malta għal Għawdex minn Settembru, 1998 sa Settembru, 2000? Xi kriterju ntuża biex dawn ġew trasferiti? Min huma? F'liema dipartimenti kienu u fejn intbagħtu f'Għawdex u meta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'seduta oħra.