Ministeru għal Għawdex — Tenders u Quotazzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inħarġu tenders u kwotazzjonijiet f'kull sezzjoni jew uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha mill-1 ta' Jannar, 1998 sa Ottubru 2000?
Għal liema servizzi eċċ inħarġu, kemm kien il-prezz ta' kull waħda? Lil min ingħataw jew ġew offruti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Linformazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'xi seduta oħra
Tista' l-Ministru tgħid x'kien it-tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tagħha u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tagħha, li seħħew matul din il-leġislatura?
Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma kien hemm lebda tibdil fittariffi relatati malMinisteru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid meta se ssir it-tieni parti ta' l-intervista għall-post ta' kok fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex meta l-ewwel parti ta' l-istess intervista kienet saret madwar sena ilu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li wara li saret l-ewwel parti ta’ l-intervista għall-post ta’ kok fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex irriżulta li c-chairman ma kienx f’pożizzjoni li jiffirma l-formola PSC N.6 peress li kien koordinatur u għalliem f'istituzzjoni ta' taħriġ fejn wieħed millapplikanti kien tħarreġ. Wara li saru l-proċeduri neċessarji mal-Kummisjoni dwar is-Servizz Pubbliku, reġa’ inħatar bord ġdid li ser jerġa jagħmel l-intervisti mill-ġdid fil-ġranet li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid għal liema postijiet vakanti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ħarġu sejħiet għal applikazzjonijiet mill-1 ta' Jannar, 1999 sa l-aħħar ta' Ottubru, 2000?
Kemm kien kemm applikanti u min minnhom intgħażel/u biex jimla' dawn il-postijet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond il-lista annessa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba kien verifikat is-sick leave ta' l-impjegati governattivi Għawdxin f'kull uffiċċju jew sezzjoni li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha mill-1997 sa l-aħħar t'Ottubru 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Linformazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kif u kemm intefqu flus sa l-aħħar t'Ottubru 2000 mill-voti kapitali ta' kull sezzjoni li taqa' taħt id-dekasteru tagħha? Kemm kienu l-ammonti vvutati f'kull vot?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li sa laħħar t'Ottubru 2000 intefaq lammont ta' Lm961,009 millvot kapitali talMinisteru għal Għawdex, skond illista annessa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il talba għal tiswijiet f'apparatamenti tal-gvern f'Għawdex saret quddiem l-uffiċċju tal-housing f'Għawdex mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru, 2000? Kemm minnhom ġew attwati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li lUffiċċju għallAkkomodazzjoni Soċjali ta' Għawdex għandu żewġ ħaddiema assenjati xxogħol ta' tiswija u manutenzjoni flappartamenti msemmija. Għaldaqstant, ħafna xogħol issir millewwel. IdDirettur talCustomer Services bħalissa għandu 10 talbiet li għadhom pendenti.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' tindif tad-Dwejra, Għawdex mill-iskart li kien intefgħa hemm minn persuni irresponsabbli?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li issa li nħarġu lpermessi kollha meħtieġa, ixxogħolijiet għattindif ta' radam fidDwejra inbdew nhar ilĦamis, 23 ta' Novembru 2000.
Tista' l-Ministru tagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba millOnoveroli Interpellant hija mogħtija fillista annessa.
ADULT TRAINING CENTRE BOARD
Paul Zammit
Claire Camilleri
John Camilleri
Michael Bajada
Josephine Farrugia
Agnes Galea Curmi
Rev Emanuel Curmi
ELDERLY DAY CENTRE - MANAGEMENT BOARD
Joyce Dimech
Claire Camilleri
Paul Buttigieg
Mario Camilleri
Rev Emanuel Curmi
Paul Zammit
KUNSILL TAL-KULTURA
Mons Lawrenz Sciberras
Noel Formosa
Joe Camilleri
Joe Cini
Charles Zammit
Charles Bezzina
Eucharist Camilleri
John Cremona
Carmel Grech
Saviour Grech
Anthony Mizzi
Rosabelle Pavia
Kevin Sciberras
KUMITAT FESTI NAZZJONALI U POPOLARI
Vincent Grech
Dr Aaron Attard Hili
Paul Zahra
Charles Zammit
Josephine Azzopardi
George Borg
Joe Cini
Stephen Mercieca
Joseph Muscat
Dr Michael Refalo
Charles Said
Joe M Attard
I.T.S. MANAGEMENT COMMITTEE
Kevin Sciberras
Raymond C Xerri
Edwin Borg
Ludgard Gatt
George Borg
Marcell Bonnici
Joe Mifsud
Joe Muscat
KUNSILL GENERALI TAS-SAHHA F'GHAWDEX
Prof Maurice N Cauchi
Paul Buttigieg
Emanuel Grech
Dr Teddy George Farrugia MD
Dr Salvino Galea MD
Dr Patrick Sciberras MD
Saviour Sciberras
Carmen Grech
Louis Attard
Atanasio Degiorgio
Joe Xuereb
GOZO S PORTS BOARD
Joe Bajada
Mario Zammit
Carmel Theuma
Paul Galea
Joseph Grech
Lawrence Muscat
Mark Cini
Joe Xuereb
M'Angela Attard
Joseph Attard
Dr Christopher Said
Anthony Camilleri
Raymond Gauci
Mario Saliba
Victor Attard
Amand Veranneman
William Portelli
Dr Marlin Vella
Kumitat Għat-titjib ta’ l-ambjent f’Għawdex
Is-Sur Paul Camilleri Chairman
Is-Sur Joe Abela Viċi- Chairman
Is-Sur John B. Camilleri Sezzjoni tal-Afforestazzjoni u Gonna Pubblici
Is-Sur Ġorġ Borġ
Is-Sur Carmel Portelli Fergha tal-Agrikoltura
Is-Sur Eucharist Mizzi Sezzjoni tal-Indafa Pubblika
Is-Sur Paul Lanzon Construction and Maintenance Unit
Is-Sur Anthony Zammit Segretarju
Is-Sur Mario Camilleri Rapprezentant tal-Kunsilli Lokali
WASTE MANAGEMENT COMMITTEE
Is-Sur Eucharist Mizzi Chairman
Is-Sur Victor Scicluna Fergha tax-Xoghlijiet
Is-Sur Anthony Zammit Segretarju
Perit Raphael Axiak Planning Authority
Is-Sur Kevin Mercieca Planning Authority
Supt. J. Valletta Korp tal-Pulizija
Is-Sur Saviour Vella Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma
Is-Sur Joe Sammut Dipartiment ghall-Harsien tal-Ambjent
Is-Sur Tony Portelli Waste Management Strategy Implementation Dept.
Is-Sur Joseph Borg Ufficcju tas-Sanita’
Is-Sur Anthony Attard Rapprezentant tal-Kunsilli Lokali
ROAD WORKS COORDINATING COMMITTEE
Is-Sur Joseph Caruana
Chairman
Is-Sur Victor Scicluna
Fergha tax-Xoghlijiet
Is-Sur Anthony Debono
Fergha tax-Xoghlijiet
Eng. Saviour Debrincat
Maltacom
Is-Sur Saviour Vella
Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma
Eng. Joseph Bajada
Sezzjoni tad-Drenagg
Eng. Josephine V Grech
Korporazzjoni Enemalta
Is-Sur Saviour Gatt
Dipartiment ghall-Progetti u Zvilupp
Supt. J. Valletta
Korp tal-Pulizija
Is-Sur Silvio Zammit
Awtorita’ tat-Trasport Pubbliku
Marie Louise Bajada
Segretarja
GOZO AGRICULTURAL, INDUSTRIAL AND CULTURAL SOCIETY
Is-Sur Frans Mercieca President
Is-Sur Carmel Portelli Segretarju
Is-Sur Godwin Vella Tezorier
Is-Sur M’Angelo Camilleri Assistant Tezorier
Is-Sur Saviour Gatt
Is-Sur Francis Saliba
Is-Sinjura Josephine Azzopardi
Is-Sur Joseph Cremona
Is-Sur Joseph Abela
Is-Sur Joseph Cini
MEALS ON WHEELS MANAGEMENT COMMITTEE
Claire Camilleri
Joyce Dimech
John B Pace
Horace Mercieca
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 19614 li oriġinarjmaent saret lill-Prim Ministru u li ġiet riferuta lilha u cioe': Peress li fir-risposta għal mistoqsija parlamentari nru. 18771 ma ngħatawx id-dettalji ta' l-ispiża ta' l-ikla li ġiet mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji mitluba? Tista' tgħid ukoll kemm kien l-ammont ta' persuni li attendew għal din l-ikla?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'għandi xejn x'inżid marrisposta mogħtija għallmistoqsija numru 18771.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir id-drenaġġ fl-inħawi ta' Triq San Anard, Rabat f'Għawdex?
Tafx li r-residenti ilhom li ħallsu għad-drenaġġ 20 sena, jiġifieri mill-1980?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qegħdin jiġu ppreparati lispeċifikazzjonijiet għallħruġ ta' lofferti biex jingħata sservizz taddrenaġġ flinħawi ta' Triq San Anard, Rabat, f'Għawdex.
Jiena nfurmata li lispiża talGvern millFergħa ta' lIndafa Pubblika sabiex jiġi mmaniġjat liskart solidu li jiġi prodott f'Għawdex ammonta għal madwar Lm352,000 fi tnaxil xahar. Dan lammont jinkludi lpagi ta' ħaddiema, spejjeż ta' makkinarju u vetturi, ġbir ta' skart goff, knis u tindif ta' triqat u spejjeż involuti flimmaniġjar talmiżbla ġewwa xXagħra, Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis?
X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc?
X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units?
Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units?
Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom?
X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s'issa mhemmx ilħsieb li jiġu ffurmati sezzjonijiet jew units fiddipartimenti li jaqgħu taħt ilMinisteru għal Għawdex biex jagħmlu ixxogħol li għalih lOnorevoli Interpellant għamel referenza. Dan ixxogħol qed isir millistrutturi eżistenti.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20348 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ fost l-għanijiet li kellu l-NGO Resource Centre, kien li permezz ta' riċerka u studju intensiv jiddentifika l-problemi soċjali li huma kkaratteristiċi ta' l-Għawdxin, tista' tgħid jekk kienx hemm xi ministeru li ħa sehem f'din ir-riċerka? Jekk iva, liema ministeru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lillOnorevoli interpellant li mindu fetaħ iċĊentru għallGħaqdiet mhux Governattivi f'Għawdex f'Mejju ta' din issena bosta għaqdiet għamlu użu minn dan iċċentru kemm għallorganizzazzjoni ta' laqgħat u seminars ta' taħriġ kif ukoll għal bżonnijiet oħra tagħhom. Dan iċĊentru, iżda, mhux laboratorju soċjali.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu s'issa biex tissolva l-problema maħluqa mit-tinġis ta' l-arja u ta' l-ambjent miċ-ċumnija ta' l-inċeneratur ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Meta sar l-aħħar rapport mill-awtoritajiet konċernati dwar din il-problema? X'se tagħmel il-Ministru fiċ-ċirkostanzi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li lawtoritajiet ta' lIsptar qegħdin jistudjaw din ilproblema u diġa' saru arranġamenti alternattivi li permezz tagħhom liskart maħruq millinċineratur ser jitnaqqas b'mod sostanzjali.
Qegħdin jiġu mistħarrġa lpossibiltajiet kemm tattneħħija ta' linċineratur kif ukoll tattiswija ta' linċineratur preżenti.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jibdew ineħħu l-asbestos li hemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li hu ta' periklu għall-morda u għall-impjegati?
X'passi qegħdin jittieħdu biex jiġi evitat kull periklu waqt ix-xogħol tat-tneħħija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li dwar ilpreżenza ta' asbestos flIsptar Ġenerali ta' Għawdex saru żewġ rapporti, wieħed minn konsulenta privata u ieħor millOccupational Health and Safety Unit u ttnejn taw rrakkomandazzjonijiet tagħhom dwar ilkas.
Dawn irrakkomandazzjonijiet ġew segwiti millamministrazzjoni ta' lisptar biex jittieħdu lprekawzjonijiet kollha neċessarji biex jiġi evitat kull periklu li jista' jkun hemm. Bħalissa qegħdin jiġu proċessati lofferti biex jitneħħa lasbestos talBoiler House.