Tista' l-Ministru tgħid fid-dekasteru tagħha, cost centre, b'cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000?
Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Numru tal-Cost Centre
Numru ta’ Riż
mi ta’ karti bla
watermark
li nxtraw
Nefqa
Lm
Min fejn inxtraw
02
50
100.63
Arrowswift Contracts Ltd
25
62.50
Office Equipment
03
55
69.58
Strand Electronics
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22175, tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li s'issa ġew maħtura fuq il-Kunsill ta' l-Edukazzjoni għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Membri maħtura s’issa fuq il-Kunsill ta’ l-Edukazzjoni għal Għawdex huma dawn :
Is-Sur Anton Farrugia President
Is-Sur Ġorġ N Cassar Viċi President
Is-Sur Michael Cassar Segretarju Eżekuttiv (ex-ufficio)
Membri
Is-Sur Carmel Attard Kap ta’ l-Iskola Ninu Cremona (ex-ufficcio)
Is-Sinjorina Josette Buttigieg Kap ta’ l-Iskola Agius de Soldanis (ex-ufficcio)
Is-Sur Anton Portelli a/Kap ta’ l-Iskola Sir Arturo Mercieca (ex-ufficcio)
Is-Sur Paul Scicluna Rappreżentant tal-Gozo Tourism Association
Is-Sur Joseph Borg Rappreżentant tal-Gozo Business Chamber
Is-Sur Marvic Cassar Rapprezentant tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ETC
Tista' l-Ministru tinfurmani jekk matul 1999-2000 sarx studju sabiex l-bini li jaqa' taħt ir-responsabilita' ta' dan il-Ministeru jistax isir fuq bażi ta' sistema ta' enerġija solari?
Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet?
Jekk le, tista' tikkonsidra li s-sena d-dieħla jsir dan l-istudju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-snin 1999 u 2000 ma sar l-ebda studju rigward jekk il-bini li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għal Għawdex jistax isir fuq bażi ta’ sistema ta’ enerġija solari.
Studju ta’ dan it-tip isir meta jkun iż-żmçn opportun.
Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant rigward id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex.
Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
L-ammont ta’ sigħat overtime li saru bejn Jannar u Novembru 2000 kien ta’ 3280 li minnhom tħallsu 2802. Il-bilanċ ta’ 478 sigħat se jittieħed bħala time off in lieu.
Dipartiment tal-Customer Services
F’dan id-dipartiment inħadmu b’kollox 15553 siegħa overtime matul il-perijodu msemmi. Minnhom tħallsu 8070 siegħa u sa l-aħħar tas-sena 2000 kien baqa’ 7483 siegħa pendenti u t-talbiet rigward dawn is-sigħat qegħdin jiġu vverifikati.
Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp
L-ammont ta’ sigħat li nħadmu matul l-istess perijodu mill-impjegati ta’ dan id-dipartiment kien ta’ 2620 u dan l-ammont kollu tħallas matul is-sena 2000.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21878?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jçna nfurmata li matul is-sena 2000 id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex ħarġu 95 offerti. Minnhom kçn hemm:
- 70 offerti li ġew aċċettati/approvati;
- offerta waħda li ma ġçtx aċċettata;
- 22 offerti li għadhom pendenti;
- offerta waħda li ġçt irtirata.
Barra dawn kçn hemm offerta oħra li oriġinarjament inħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti iżda aktar tard reġgħet inħarġet bħala offerta dipartimentali wara li nħass il-bżonn li jiġu amendati l-ispeċifikazzjonijçt ta’ l-offerta sabçx dawn jiftehmu aħjar mill-offerenti.
Ir-raġuni ta’ l-irtirar ta’ l-offerta li għaliha għamilt referenza aktar ‘il fuq hija li wara li ħarġet din l-offerta ġç deċiż li l-karozza li kçnet se tinbçgħ tinżamm għall-użu tal-Ministeru.
Mill-pagamenti dovuti tħallset is-somma ta’ Lm181,541.59 u baqa’ pendenti is-somma ta’ Lm68,477.116.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jinħatar il-Kunsill Għawdxi għall-Edukazzjoni?
Kemm se jkun hemm persuni fih?
Fuq liema kriterji se jinħatar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill ta’ l-Edukazjoni għal Għawdex ser ikun magħmul kif ġej :
President
Viċi President
Segretarju Eżekuttiv - A/Direttur ta’ l-Edukazzjoni għal Għawdex (ex-ufficcio)
Rappreżentant tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni
Rappreżentant talMinistru għal Għawdex
Il-Kap ta’ l-Iskola Post-Sekondarja ta’ l-Istat
Il-Kap ta’ l-Iskola Sekondarja Subien ta’ l-Istat
Il-Kap ta’ l-Iskola Sekondarja Bniet ta’ l-Istat
Rappreżentant ta’ l-Iskejjel Primarji ta’ l-Istat maħtur mill-Kapijiet ta’ l-istess skejjel
Rappreżentant ta’ l-Iskejjel tas-Snajja ta’ l-Istat maħtur mill-Kapijiet ta’ l-istess skejjel
Rappreżentant ta’ l-Iskejjel Speċjali li jinbidel kull sitt xhur b’rotazzjoni
Rappreżentant taċ-Chairpersons tal-Kunsilli ta’ l-Iskejjel ta’ l-Istat u tal-Knisja maħtur mill-istess Chairpersons
Rappreżentant ta’ l-għalliema tal-Kunsilli ta’ l-Iskejjel ta’ l-Istat u tal-Knisja maħtur mill-istess għalliema
Rappreżentant tal-ġenituri tal-Kunsilli ta’ l-Iskejjel ta’ l-Istat u tal-Knisja maħtur mill-istess ġenituri
Rappreżentant tal-Iskola Sekondarja tas-Seminarju Veskovili
Rappreżentant ta’ l-Iskejjel Primarji tal-Knisja
Rappreżentant tal-Malta Union of Teachers
Rappreżentant tal-Gozo Business Chamber
Rappreżentant tal-Gozo Tourism Association
Rappreżentant tal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ (ETC)
Rappreżentant taċ-Ċentru għal Għawdex ta’ l-Universita’
L-ittri tal-ħatra tal-President, viċi-president u tal-membri kollha ex ufficcio diġa inħarġu. L-oħrajn jiġu appuntati jew mill-organizzazzjonijiet imsemmija fuq jew permezz ta’ votazzjoni bejn il-persuni involuti. Kemm il-president kif ukoll il-viċi president intgħażlu minħabba l-esperjenza tagħhom fil-qasam ta’ l-edukazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid x'se tkun il-funzjoni tal-Kunsill Għawdxi għall-Edukazzjoni?
X'budget se jkollu għall-ħidma tiegħu? Mil-liema vot se joħroġ dan il-budget?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill ta’ l-Edukazzjoni għal Għawdex huwa mistenni li jaqdi l-funzjoni ta’ bord konsultattiv u għandu jfittex :
1 kif jista’ jogħla l-livell tat-tagħlim u dak ta’ l-edukazzjoni f’Għawdex;
2 kif igħaqqad l-isforzi kollha u jżid l-impenn fid-diversi setturi ta’ l-edukazzjoni f’Għawdex;
3 li jissuġġerixxi titjib fil-kundizzjonijiet materjali ta’ l-iskejjel Għawdxin;
4 li jagħti appoġġ sħiħ ;
i. lill-għalliema u kapijiet ta’ skejjel fil-qadi tal-missjoni tagħhom
ii. lis-servizzi li l-iskejjel jagħtu lill-ġenituri kif ukoll lill-komunita’
5 li jassigura li jkun hemm koperazzjoni sħiħa u kontinwa bejn is-settur ta’ l-edukazzjoni u dak ta’ taħriġ u sieħba soċjali fl-oqsma ta’ l-ekonomija u l-kultura;
6 li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li jidhirlu xierqa lill-Ministru.
Peress li l-kunsill huwa wieħed konsultattiv mhux ser ikollu budget allokat speċifikament għall-ħidma tiegħu.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jirriżultax li hemm għalliema li qed jibdew il-lezzjonijiet tagħhom tard fil-Junior Lyceum tas-subien fil-Victoria, Għawdex?
Jekk jirriżulta li hekk, jistgħu jittieħdu passi biex dan in-nuqqas jitneħħa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li hemm għalliema li qed jibdew il-lezzjonijiet tagħhom tard fl-iskola Junior Lyceum/Sekondarja tas-subien Victoria, Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema fil-Junior Lyceum tas-subien fil-Victoria, Għawdex?
Kemm kien hemm għalliema li kienu assenti mix-xogħol f'Ottubru, Novembru u Diċembru 2000?
Ta' liema suġġetti u ta' liema klassijiet huma l-għalliema assenti tul dawn ix-xhur?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab informata li fl-iskola Junior Lyceum - Sekondarja, tas-Subien, Victoria, Għawdex hemm dawn l-għalliema:
Kap ta' l-Iskola 1
Assistent Heads 3
Instructors 20
Temp. Teachers 2
Għalliema 67
Facilitators 4
Total ta' kollox 97
Għalliema assenti:
Data Għalliema Ġranet Assenti
Ottubru '00 23 għalliema 49
6 instructors 16
1 facilitator 4
Total 69 ġurnata
Novembru '00 22 għalliema 63
1 Assistent Head 5
8 instructors 13
1 temp. teacher 2
Total 83 ġurnata
Diċembru '00 17 għalliema 40
8 instructors 9
1 temp. teacher 3
Total 52 ġurnata
Suġġetti: Edukazzjoni Fiżika, Computer Studies, Matematika, Spanjol, Business Studies, Fiżika, Technical Drawing, Taljan u Arti.
Tista' l-Ministru tgħid x'relazzjoni se jkollu l-kunsill Għawdxi għall-edukazzjoni f'Malta?
X'relazzjoni se jkollu l-kunsill mal-uffiċjali tad-diviżjoni f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-Uffiċċju ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex se jkunu rappreżentanti fil-Kunsill.
Tista' l-Ministru tinfurmani kemm kienet l-ispiża tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-Ministeri u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għas-snin 1997, 1998 u 1999 sena b'sena separatament?
Kemm min dawn il-kontijiet tħallsu u kemm għadhom pendenti?
Tista' l-Ministru tgħid kemm hu stmat li ta għajnuna fil-bini tar-respite centre tal-Fondazzjoni Arka f'Għawdex, kemm f'materjal, kif wkoll f'ħaddiema li ħadmu fuq il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingabar u tinghata f'seduta ohra
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tagħha bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena?
F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas?
X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Linformazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għarrisposta li tajt għallMistoqsija Parlamentari numru 5841.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-makkinarju li nkera sabiex titnaddaf id-Dwejra? Kemm hi r-rata ta' ħlas ta' dan il-makkinarju li qiegħed jintuża?
X'inhu t-tul taż-żmien propost sabiex jitlesta dan ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-makkinarju li qiegħed jintuża biex jitnaddaf ir-radam fil-limiti tad-Dwejra jikkonsisti minn gaffa, backactor u trakkijiet. Ir-rati ta’ ħlas tal-makkinarju huwa bejn Lm 0.59 u Lm 0.84 għal kull metru kubu ta’ materjal mnaddaf skond l-offerti rispettivi.
M’huwiex possibbli għal issa li wieħed jgħid kemm ser idum biex jitlesta dan ix-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tagħha qed tipparteċipa?
Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?
Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Linformazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'xi seduta oħra
Tista' l-Ministru tinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet?
Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?
Dipartiment ta' l-Informazzjoni — Stqarrija Nru. 1548
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21707, li oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': b'riferenza għall-istqarrija Nru. 1548 tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (13.11.2000) fejn jingħad li "'l quddiem jiġi ppubblikat ktieb bi tliet lingi Ġermaniż, Malti u Awstriak", jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-lingwa Awstriaka li se tintuża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li lktieb li ser jiġi ppubblikat ser ikun blIngliż, Malti u Ġermaniż.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tagħha?
Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?
X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma ġie mpjegat lebda ħaddiema ġdid matul issena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt irresponsabbilta' talMinisteru għal Għawdex.