Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24396 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qorti

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 24251?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Is-Servizz imsemmi ma kienx qed jingħata għax kien hemm ħsarat fuq il-photocopiers. Dan is-servizz issa reġa beda jingħata. Ma jirriżultax li hemm microphones u siġġijiet imkissra.
Leg 9 PQ #24272 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Transfers

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' transfers kollha, mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 2001, kemm dawk li huma interdipartimentali u anke dawk li huma intradipartimentali? F'kull każ tista' tagħti l-isem ta' l-impjegat involut, il-grad u d-data tat-trasferiment, u minn liema uffiċċju/sezzjoni u għal liema uffiċċju/sezzjoni ġie trasferit?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u r­risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #24273 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Impjegat

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li l-assistent personali tagħha kien appuntat uffiċjal fi grad 5? Jekk fl-affermattiv, fuq liema bażi ġie appuntat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il­Mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #24274 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Corporate Services — Tickets tal-Vapuri

Question

Tista' l-Ministru tgħid mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum kemm inħarġu tickets tal-vapuri mid-dipartiment tal-corporate services, min użahom u għal liema raġuni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-5 ta’ Settembru 1998 sad-9 ta’ Marzu 2001 id-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi ħareġ total ta’ 1826 biljetti tal-vapur. Dawn il-biljetti nħarrġu kif spjegat hawn taħt. Kwantita’ Tip 281 Karozzi 2 Trakkijiet 3 Trakkijiet 642 Passiġġieri 13 Passiġġieri Prezz Speċjali 256 Passiġġieri Prezz Speċjali 33 Karozzi Prezz Speċjali 596 Karozzi Prezz Speċjali 1826
Leg 9 PQ #24275 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Ħarsien tal-Konsumatur

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum ġew ippreżentati lmenti quddiem l-uffiċjal inkarigat mil-ħarsien tal-konsumatur? Kemm minnhom ġew solvuti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bejn il-5 ta’ Settembru 1998 sal-5 ta’ Marzu 2001 ġew ppreżentati 144 ilment quddiem l-uffiċċjal inkarigat mill-ħarsien tal-konsumatur. Minn dawn l-ilmenti 25 irriżultaw li ma kienux ġustifikati, 109 ġew solvuti b’mod amikevoli, filwaqt li 10 ma ġewx solvuti għal raġunijiet varji.
Leg 9 PQ #24276 Sitting 513 2001-03-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar ta' Għawdex — Akkumulazzjoni ta' Leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni għaliex diversi talbiet għal akkumulazzjoni tal-leave għas-sena 2001 minn impjegati ta' l-Isptar ta' Għawdex ma ġewx approvati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm 355 impjegat/a li talbu biex jakkumulaw vacation leave tas-sena l-oħra u li għadu ma ġiex approvat. Dan il-leave jammonta għal madwar 1736 ġurnata, 1625 shift u 777 siegħa. Dawn it-talbiet għadhom ma ġewx approvati għaliex għadu ma ġiex ikkonfermat li dan l-akkumulu kollu kien minħabba esiġenzi tas-servizz kif qed jiġi mitlub.
Leg 9 PQ #24229 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23844, kemm mit-83 ħaddiem ġdid ingaġġati mill-Gozo Channel minn Ottubru 1998 sal-lum huma Għawdxin? Jista' jindika il-lokalitajiet li dawn l-Għawdxin jiġu minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mit-83 ħaddiem ġdid impjegati mill-Gozo Channel minn Ottubru 1998 sal-lum, 47 huma residenti f’lokalitajiet Għawdxin kif jidher hawn taħt: Għajnsielem 13 Rabat 8 Xagħra 6 Nadur 5 Qala 3 Kerċem 3 Sannat 2 Marsalforn 2 Xewkija 2 Żebbuġ 1 Għarb 1 San Lawrenz 1
Leg 9 PQ #23844 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Co Ltd

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-Gozo Channel Co Ltd bħalissa? Kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mill-aħħar elezzjoni sal-lum. F'liema gradi ġew ingaġġati? Minn liema lokalitajiet huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li hemm 236 nies jaħdmu mal-Kumpanija Gozo Channel. Minn Ottubru 1998 sallum ġew ingaġġati 83 ħaddiem ġdid. Fl-istess perjodu, 22 ħaddiema irtiraw mix-xogħol jew ġew trasferiti minn grad għall-ieħor. Il-ħaddiema li ġew ingaġġati huma minn dawn il-lokalitajiet: Attard, Birkirkara, Bormla, Fontana, Għajnsielem, Għarb, Ħamrun, Haż­Żebbuġ, Ibraġġ, Iklin, l­Isla, Kalkara, Kerċem, Naxxar, Nadur, Marsalforn, Mġarr, Mellieħa, Paola, Qala, Rabat, San Ġiljan, San Lawrenz, Sannat, Swieqi, Santa Venera, Ta’ Xbiex, Tarxien, Victoria, Xagħra, Xewkija, Żejtun, Żurrieq, u Żebbuġ. Fost dawn it­83 ħaddiem, ġew ingaġġati ħaddiema oħra li huma ta’ nazzjonalita’ barranija, preċiżament mill-Bulgarija, ir-Russja u l-Ukranja.
Leg 9 PQ #23803 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Karozzi self-drive

Question

Fid-dawl ta' l-ilmenti li qed jasluli li ħafna mill-karozzi self-drive tal-Ministeru qed jintużaw fil-weekend, tista' l-Ministru tinfurmani bil-pożizzjoni? Tista' tinfurmani fil-fatt kemm huwa n-numru ta' karozzi self-drive fil-mument li għadhom mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti? Tista' tagħti breakdown kemm kienet in-nefqa għal-fuel ta' dawn il-karozzi matul is-sena li għaddiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li dawn il­karozzi jintużaw biss skond l­esiġenzi tas­servizz. Tajjeb li jingħad li d­Direttur tal­Proġetti u Żvilupp kien ħareġ ċirkulari fejn ta struzzjonijiet biex barra l­ħin tax­xogħol il­karozzi mikrija jinżammu magħluqin f'postijiet tal­Gvern indikati minnu u jinħarġu biss fuq xogħol. Id­Direttur tal­Customer Services għandu joħroġ ċirkulari simili. Jiena nfurmata li d­dipartimenti tal­Ministeru għal Għawdex krew b'kollox 12­il karozza self­drive matul is­sena 2000. In­nefqa għall­fuel ta' dawn il­karozzi kienet ta' Lm4940.94,3.
Leg 9 PQ #23620 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Transfers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il-perjodu ta' Jannar ta' din is-sena? F'liema dipartimenti ngħataw dawn it-transfers u x'kienu r-raġunijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul Jannar 2001 ingħata trasferiment ta' uffiċċjal mid­Dipartiment tal­Proġetti u Żvilupp għad­Dipartiment tal­Customer Services fil­ħdan il­Ministeru għal Għawdex. Dan it­trasferiment seħħ sabiex timtela vakanza li kienet teżisti fid­Dipartiment tal­Customer Services. Barra min dan, saru żewġ trasferimenti ta' uffiċċjali oħra mid­dipartimenti f'Malta għad­dipartimenti li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex. Wieħed minn dawn l­uffiċċjali intbagħat fid­Dipartiment tal­Proġetti u Żvilupp filwaqt li l­ieħor kien trasferit għad­Dipartiment tal­Customer Services. Sar ukoll trasferiment ta' Prinċipal Anzjan mid­Dipartiment għas­Servizzi Korporattivi tal­Ministeru għal Għawdex għad­Dipartiment tal­Internal Audit fl­Uffiċċju tal­Prim Ministru peress li mill­bidu ta' din is­sena l­internal auditors bdew jagħmlu parti mis­Segretarjat tal­Kabinett.
Leg 9 PQ #23475 Sitting 494 2001-02-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

EU

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ikkummisjonati rapporti mad-dekasteru tagħha marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sallum? Tista' tgħid wkoll fuq liema suġġett kienu, min għamel dan ir-rapport u kemm tħallas ta' dan ir-rapport? Tista' ġentilment tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministru għal Għawdex ikkummissjona lil Jean-Didier Hache biex jagħmel rapport dwar “Għawdex u s-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja”. Dan ir-rapport sewa Lm 1533. Ma jidhirlix li għalissa r-rapport għandu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23485 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Gozo Channel tul is-sena 2000, maqsuma xahar b'xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #23378 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Rati Mraħħsa

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numri ta' ħaddiema Maltin li jgawdu mir-rati mraħħsa tal-Gozo Channel? X'inhu n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li jgawdu mill-istess rati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-iskemi li għandha l­Gozo Channel għal rati mraħħsa mhumiex a bażi ta' ħaddiema Maltin jew Għawdxin.
Leg 9 PQ #23216 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Toroq — Triq Fortunato Mizzi

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol imkejjel li sar fuq it­Trinka li qiegħda titħaffer fi Triq Fortunato Mizzi, ir­Rabat, Għawdex, s'issa sewa Lm33250.00. L­istima tad­dipartiment oriġinarjament kienet ta' Lm49000. Iż­żmien li kellha titlesta kien ta' 20 ġimgħa u dan għadu ma skadiex.
Leg 9 PQ #23248 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Imġarr — Għawdex - Tinda

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li tibda tintuża t-tinda li hemm l-Imġarr (Għawdex) mill-passiġġieri tal-Gozo Channel? Taf il-Ministru li din hija mikrija għall-ammont ta' Lm500 fil-ġimgħa u għadha mhux qed tintuża peress li ma ġietx inawgurata uffiċjalment? Kemm ilha tintuża din it-tinda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li it-tinda li hemm l-Imġarr Għawdex intużat għal xi żmien meta kien hemm il-bżonn. Minn nhar it-Tnejn, 5 ta’ Frar 2001 se tibda tintuża regolarment u l-bejgħ tal-biljetti għall-passiġġieri ser jibda jsir mit-ticket booths ġewwa din it-tinda. Kif diġa ingħad fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21562, it-tinda li saret fuq il-moll ta’ l-Imġarr hija propjeta’ tal-Kumpanija Gozo Channel, u għalhekk ma titħallas l-ebda kera fir-rigward tagħha.
Leg 9 PQ #23174 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Ħtif u Sekwestru

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk dan l-aħħar ġewx irrapportati lill-Pulizija li f'lokalita' f'Għawdex kien hemm xi attentat ta' ħtif u sekwestru ta' minorenni? Jekk fl-affermattiv, il-pulizija qed tagħmel xi investigazzjoni dwar dawn ir-rapporti? Jekk qed isiru dawn l-investigazzjonijiet, f'liema stadju waslu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li fid-9 ta’ Jannar, 2001 il-Pulizija ta’ Għawdex irċevçt rapport ta’ attentat ta’ ħtif u sekwestru ta’ minorenni. Fl-istess ġurnata raġel ta’ nazzjonalita’ Għarbija ġç arrestat mill-Pulizija in konnessjoni ma’ dan ir-rapport. Saret “identification parade” li rriżultat fin-negattiv. L-investigazzjonijçt għadhom sejrin għalkemm il-Pulizija ma rċevitx rapporti simili minn dakinhar ‘l hawn.
Leg 9 PQ #22874 Sitting 475 2001-01-23 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Ġbir ta' Skart

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-vettura tal-ġbir ta' l-iskart domestiku qed tidħol ġurnata iva u ġurnata le fit-tarf ta' Triq Sant Anton, Xagħra, Għawdex u dan qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti? Jekk il-problema hi minħabba l-wisgħa tat-triq, tista' tieħu ħsieb li jintbgħatu vetturi iżgħar f'lokalitajiet bħal dawn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ġbir ta' skart domestiku huwa responsabilta' tal­Kunsilli Lokali. Għaldaqstant nitlob l­Onorevoli Interpellant jirreferi l­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #22687 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Raba'

Question

Sal-lum, tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna f'Għawdex applikat taħt l-iskema li nforza tagħha persuna li tokkupa raba' għal perijodu minimu ta' sentejn, tiġi rikonoxxuta bħala inkwilin? Qabel ma nħarġet din l-iskema, ingħata parir mill-Avukat Ġenerali jekk ir-rikonixximent li sejjer jingħata huwiex skond il-liġi sal-lum f'Għawdex? Kemm daħħal flus il-gvern minn dawn l-applikazzjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor Interpellant bçx jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #22690 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xewkija - Skola primarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fl-iskola primarja tax-Xewkija, Għawdex, tifel ta' erba' (4) snin li għandu bżonn is-servizz ta' facilitator, qiegħed negat lilu dan is-servizz u f'Jannar ta' din is-sena kien kostrett li ma jattendix l-iskola minħabba li m'għandux dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ġenituri tat-tifel imsemmi fl-iskola Primarja tax-Xewkija, Għawdex għamlu talba bçx jingħata servizz ta’ ‘facilitator’ u l-każ tçgħu qçgħed jiġi kkunsidrat fl-‘Statementing Board’. Sa dan it-tant l-imsemmi tifel m’hux qed jiġi mċaħħad li jattendi l-iskola fuq imsemmija.
Leg 9 PQ #22694 Sitting 472 2001-01-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel - Kapijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-kapijiet ta' l-iskejjel primarji ta' Sannat u San Lawrenz ġew trasferiti għal Malta u ma ġewx replaced? Meta se jimtlew dawn il-vakanzi? Kemm jeżistu vakanzi ta' assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji u skejjel sekondarji ta' Għawdex? Tista' l-Ministru ssemmi l-iskejjel fejn jeżistu dawn il-vakanzi? Kemm hemm assistenti kapijiet Maltin li qed iservu f'Għawdex u f'liema skejjel qegħdin? U kemm hemm assistenti kapijiet Għawdxin li qegħdin jaħdmu f'Malta u f'liema skejjel qegħdin? X'possibbilta' hemm li dawn jinbidlu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-onor interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.