Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies li ġew ingaġġati mal-Gozo Channel minħabba eżiġenzi tal-health and safety regulations? F'liema gradi huma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda nagħti hawn taħt lista ta’ nies li kienu impjegati mill-Kumpanija Gozo Channel matul dawn l-aħħar sentejn minħabba l-Health and Safety Regulations u Safe Manning in accordance with SOLAS - Safety of Life at Sea and STCW 95 Standards of Training Certification and Watchkeeping for Seafarers li jagħmlu parti mill-Konvenzjoni tal-IMO li tagħha Malta hja firmatarja.
Grad
Numru ta’ nies li ġ
ew impjegati
Numru ta’ nies li irriż
enjaw
Ammont net
Masters
6
(2)
4
Chief Engineers
9
(2)
7
First Officers
11
(2)
9
Electronic Engineers
2
0
2
Second Engineers
1
(2)
(1)
Customer Service Officers
12
0
12
Seamen
13
(7)
6
Cabin Attendants
13
0
13
67
(15)
52
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mit-tabib tal-gvern fuq impjegati rapportati morda matul ix-xhur ta' Jannar u Frar ta' din is-sena, xahar b'xahar? Kemm minn dawn l-impjegati kienu nisa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija hawn taħt:
Visti lill-impjegati
Visti lill-impjegati nisa
Visti matul Jannar
259
92
Visti matul Frar
289
127
Total
548
219
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa lill-gvern l-operat taċ-ċentru għal NGOs f'Għawdex minn mindu fetah sa l-aħħar ta' Frar 2001? Tista' tgħid jekk il-gvern daħħalx xi revenue matul l-istess perijodu? Jekk fl-affermattiv, kemm?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-operat taċ-Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi f’Għawdex sewa LM11,213.58 f’salarji u LM210.85 fi spejjes rikorrenti minn meta nfetaħ sa l-aħħar ta’ Frar 2001.
Liskop li għalih twaqqaf dan iċĊentru għallGħaqdiet mhux Governattivi huwa sabiex jingħata servizz lil dawn lgħaqdiet u mhux biex ikun hemm xi dħul finanzjarju.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jekk hux veru li s-sistema ta' l-accounts fid-dipartimenti tal-gvern f'Għawdex hix qed isir kemm bil-computer kif ukoll bl-idejn? Jekk fl-affermattiv, għaliex qiegħed jiġri dan?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li d-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex qalbu għas-sistema kompjuterizzata ta’ l-accounts magħrufa bħala d-Departmental Accounting System f’Lulju 2000. Fil-preżent hemm xi taqsimiet li għadhom qegħdin iżommu ċ-chargebooks bl-idejn ukoll.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus fil-ħasil ta' karozzi tal-gvern assenjati mas-segretarjat tal-Ministeru, ma' l-uffiċċju tas-segretarju permanenti, mad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministru għal Għawdex, u mat-taqsimiet ta' l-istess dipartimenti, kull każ għalih, matul is-sena 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 il-Ministeru għal Għawdex nefaq is-somma ta’ Lm110.40 fil-ħasil tal-karozzi tal-gvern assenjati mas-sezzjonijiet li jaqgħu taħtu. Lm20.80 minn dan l-ammont intefaq mis-Segretarjat Privat filwaqt li l-bqija ta’ Lm89.60 intefqet mis-Segretarjat Permanenti. Id-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, dak għall-Proġetti u Żvilupp u dak tal-Customer Services ma nefqu l-ebda ammont f’ħasil ta’ karozzi matul l-istess sena.
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jonfoq il-gvern biex jagħmel it-trial holes madwar il-bus terminus tar-Rabat ta' Għawdex u l-inħawi tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li lGeological Site Investigation għalbus terminus u linħawi tiegħu firRabat, Għawdex, hija stmata li ser tiswa Lm14,656 (inkluz ilVAT)
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha mistoqsijiet parlamentari pendenti u/jew mhux imwieġba? Tista' tagħti lista tan-numri ta' dawn il-mistoqsijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li hemm 46 -il mistoqsija parlamentari pendenti u/jew mhux mwieġba mill-bidu ta’ din il-leġislatura sas-seduta Nru 524.
In-numri ta’ dawn il-mistoqsijiet parlamentari huma mogħtija fil-lista annessa.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar minnu l-apparat tat-traffic lights li kien hemm f'salib it-toroq, Rabat, Għawdex? Tista' tgħid jekk hux se jitwaħħal x'imkien ieħor? Jekk iva, fejn?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li peress li għalissa m’hemmx użu tiegħu, l-apparat tat-traffic lights li kien hemm f’salib it-toroq, ir-Rabat, Għawdex huwa maħżun fl-istores tar-Roads Section, Fergħa tax-Xogħlijiet, tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.
Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati Għawdxin li jaqgħu taħtha, u skond il-grad, spiċċaw mill-impjieg bl-eta' matul is-sena 2000? Kemm spiċċaw minħabba mard? Kemm spiċċaw minħabba raġunijiet oħra, per eżempju, mewt, tkeċċija, riżenji, eċċ.?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 kien hemm 61-il impjegat tal-Ministeru għal Għawdex li spiċċaw mill-impjieg. 43 minnhom spiċċaw mill-impjieg bl-eta’, 7 minħabba mard, wieħed minħabba mewt u 10 rriżinjaw. Id-dettalji dwar dawn l-impjegati skond il-grad jinsabu fit-tabella mehmuża.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm kawżi ta' separazzjonijiet pendenti quddiem il-qorti ta' Għawdex matul is-sena 2000? Kemm minnhom daħlu f'dik l-istess sena? Kemm inqatgħu jew ġew irranġati matul dik is-sena?
Billi x-xitwa li għaddiet kienet waħda verament xotta għal Għawdex, tista' l-Ministru tgħid jekk ħaditx passi mal-korporazzjoni ta' l-ilma biex isir studju dwar is-sitwazzjoni tal-water table f'Għawdex u l-impatt fuq l-istess water table mill-ħafna boreholes li saru f'dawn l-aħħar snin li jista' jkun wieħed verament negattiv u li jirrovina l-ilma tal-pjan f'Għawdex?
Tista' l-Ministru tikkonfeerma jekk hux minnu li l-staff kollu fl-administration block ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex se jiġi trasferit għal post ieħor imwarrab in-naħa ta' l-isptar mentali? Jekk fl-affermattiv, għal xiex se jintuża l-istess administration block? Fejn se jsibu ruħhom il-lockers tan-nurses u l-fattigi li jaħdmu fl-isptar mentali, liema lockers qegħdin f'dawn il-kmamar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li wara li ttieħdet iddiċiżjoni li l-faċilitajiet tas-Saħħa Istituzjonali f’ta’ l-Ibraġġ jibdew jiġu kkunsidrati bħala sptar wieħed b’amministrazzjoni waħda, issa ġie deċiż li l-parti l-kbira ta’ l-impjegati ta’ l-amministrazzjoni jiġu trasferiti mill-parti l-qadima għall-parti l-ġdida ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-isptar.
Għadhom qegħdin jiġu diskussi l-possibiltajiet ta’ l-użu tal-kmamar li ser jiġu mbattla. Rigward il-lockers ta’ l-impjegati, qiegħed isir xogħol ta’ refurbishment sabiex ikun hemm spazju adekwat għac-changing rooms ta’ l-impjegati kollha.
Tista' l-Ministru tgħid meta twaqqaf il-kunsill għal edukazzjoni għal Għawdex? Min huma l-membri li ġew nominati mill-Ministeru? Min huma l-membri l-oħra li ġew nominati mis-sezzjonijiet rispettivi tagħhom? Meta saret jew sejra ssir l-ewwel laqgħa u/jew jekk saret x'kienet l-agenda?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill ta’ l-Edukazzjoni għal Għawdex twaqqaf f’Diċembru 2000.
Il-Membri maħtura mill-Ministeru għal Għawdex huma:
Is- Sur Anton Farrugia – President
Is-Sur George Cassar – Vici President
Is-Sur Michael Cassar – Segretarju ex-ufficcio bħala Assistant Direttur,
Uffiċċju ta’ l-Edukazzjoni - Għawdex
Il-Membri l-oħra nominati mid-diversi organizzazzjonijiet huma :
Is-Sur Anton Portelli A/Kap – bħala rappreżentant ta’ l-Iskola Post Sekondarja Sir M.A. Refalo
Is-Sinjura Doris Cini A/Kap – bħala rappreżentant ta’ l-Iskola Sekondarja AgiusDe Soldanis
Is-Sur Carmel Attard Kap – bħala rappreżentant ta’ Ninu Cremona Lyceum Complex
Ms Evelyn Galea Rappreżentanta ta’ l-Iskejjel Primarji ta’ l-Istat
Mr Charles Bezzina Rappreżentant ta’ l-Iskejjel tas-Snajja ta’ l-Istat
Ms Joy Frendo Rappreżentanta ta’ l-Iskejjel Speċjalizzati ta’ l-Istat
Mrs Vivienne Galea Pace Rappreżentanta taċ-chairpersons tal-Kunsilli tal-Iskejjel
Mr Spiro Sillato Rappreżentant ta’ l-għalliema fil-Kunsilli ta’ l-Iskejjel
Mr Paul Galea Rappreżentant tal-ġenituri fil-Kunsilli ta’ l-Iskejjel
Il-Kap ta’ l-Iskola tas-Seminarju
Rev. Arċ. Karm Gauci Rappreżentant ta’ l-Iskejjel Primarji tal-Knisja
Mr Antoine Vassallo Rappreżentant tal-Malta Union of Teachers
Mr Joseph Borg Rappreżentant tal-Gozo Business Chamber
Mr Paul Scicluna Rappreżentant tal-Gozo Tourism Association
Mr Marvic Cassar Rappreżentant tal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħrig
Prof. Lino Briguglio Direttur taċ-Ċentru ta’ Għawdex ta’ l-Universita’
Mrs Frances Attard Rappreżentanta ta’ dawk li jaħdmu ma’ persuni b’dizabilita
Ir-rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali Għawdxin u tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp għad iridu jiġu maħtura.
L-ewwel laqgħa tal-Kunsill saret nhar il-Ħamis 8 ta’ Frar 2001 u l-aġenda kienet tinkludi il-qari tal-minuti tal-Laqgħa Ġenerali, korrispondenza u materji oħra.
Tista' l-Ministru tara jekk hux possibli li d-dipartiment konċernat jara li jiġu irranġati bankijiet pubbliċi li hemm imkissra fi Triq Ġnien Imrik, Xagħra għax dawn mhux biss huma eyesore għat-turisti li jiffrekwentaw din it-triq iżda wkoll huma perikolużi? Billi dawn il-bankijiet ilhom żmien twil imkissra, possibli jittieħdu passi biex jiġu irranġati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol msemmi huwa responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali tal-post. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux possibli li tgħid kemm qasmu nies u karozzi bejn Malta u Għawdex fil-weekend ta' bejn 15 u d-19 ta' Marzu 2001? Kemm il-vjaġġ sar?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bejn il-15 u 19 ta’ Marzu 2001 saru 314-il vjaġġ mill-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel. B’ kollox qasmu 51,564-il persuna u 12,412-il vettura.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu jżomm li jitħallas ix-xogħol overtime li għamel il-persuna li d-dettalji tiegħi qegħdin jingħataw separatament fuq ir-rising main tad-drenaġġ skond WD 690/94/4?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li qiegħdin jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-ħlas tal-overtime dovut lill-persuna ndikata jsir mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' vapuri li jifformaw il-flotta tal-Gozo Channel u liema huma? Jista' jgħid separatament meta nbnew dawn il-vapuri, meta inxtraw mill-Gozo Channel u kemm inxtraw separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta’ vapuri u biċċiet oħra tal-baħar li jifformaw il-flotta tal-kumpanija Gozo Channel huwa sitta.
L-informazzjoni dwar meta dawn inbnew u nxtraw hija mogħti separatament fil-lista annessa.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-partners u l-ulied ta' dawk li huma reġistrati bħala votanti Għawdxin inqatgħalhom il-pass għall-vapuri? Minn meta bdiet isseħħ din il-miżura? Kemm persuni ntlaqtu b'din il-miżura?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-iskop tal-pass li l-Gozo Channel hu li tagħmilha aktar faċli lil dawk l-Għawdxin li jgħixu Malta li jżuru lil ġenituri tagħhom li huma attwalment residenti f’Għawdex.
Inħass li l-użu ta’ dan il-pass mill-partners u l-ulied ta’ dawk li huma biss reġistrati f’Għawdex bħala votanti imur kontra dan l-iskop. Dan għaliex normalment il-partners u l-ulied jgħixu fl-istess dar f’Malta ma dawk li suppost imorru jżuru f’ Għawdex u allura l-użu tal-pass ma japplikax.
Mill-ewwel ta’ din is-sena sad-data li fiha kien imġedded l-aħħar pass simili, jiġifieri it-28 ta’ Frar 2001, ġew rifjutati 21 pass għal din ir-raġuni.