Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Maltacom plc mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa u raħħala Għawdxin reġistrati li qegħdin irabbu l-baqar, majjali, ngħaġ, mogħoż, fniek, tjur u annimali oħra tar-razzett skond kull kategorija? Kemm isiru spezzjonijiet matul is-sena biex jiġi żgurat li l-imqawel/gallinari jinżammu ndaf? Min jagħmel dawn l-ispezzjonijiet u x'passi jittieħdu biex ma jġorrux mard minn razzett għal ieħor?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta’ bdiewa u raħħala Għawdxin reġistrati li qegħdin irabbu tjur u annimali huwa kif indikat hawn taħt:
Kategorija Numru ta bdiewa/raħħala Reġistrati
Baqar 59
Majjali 21
Ngħaġ u Mogħoż 831
Fniek Ma jinżammux records
Tjur tal-Bajd 11(joperaw 8)
Tjur tas-Simna 63(joperaw 60)
Fl-imqawel isiru spezzjonijiet mill-inqas darba fis-sena, filwaqt li fil-gallinari isiru spezzjonijiet mill-inqas tliet darbiet f’sena.
Dawn l-ispezzjonijiet isiru mis-Sezzjoni tas-Servizzi Veterinarji. Bħala prekawzjoni sabiex ma jinġarx mard minn razzett għallieħor jintlibes lbies protettiv u jintuża disinfettant adekwat għallħasil tarrubber boots.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa/raħħala Għawdxin li għandhom il-permess li jimmanufatturaw il-ġbejniet/ġbejniet tal-bżar? Kif qiegħed jiġi assigurat li fejn jinħadmu dawn il-prodotti ta' l-ikel fil-fatt jinżamm nadif? Tista' tikkwantifka l-informazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li hemm disgħa u disgħin (99) bdiewa u raħħala Għawdxin li għandhom il-permess li jimmanufatturaw il-ġbejniet.
Jiena nfurmata ukoll li issir spezzjoni kull sitt xhur minn uffiċċjali tas-Sezzjoni tas-Saħħa biex jiġi żgurat li l-postijiet fejn jinħadmu dawn il-prodotti ta’ l-ikel jinżammu ndaf. Din l-ispezzjoni issir wara li s-Sezzjoni tas-Servizzi Veterinarji tkun informat lis-Sezzjoni tas-Saħħa li l-merħla kkonċernata tkun ħielsa mill-mard. Wara din l-ispezzjoni jinħareġ ċertifikat taħt il-firma tas-Servizzi Veterinarji, is-Sezzjoni tas-Saħħa u d-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 1996 sa' llum kemm kien hemm każi tad-dixxiplina f'kull dipartiment u sezzjoni li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tagħha?
Kemm kien hemm każijiet lil-akkużat tressaq quddiem bord dipartimentali u kemm kien hemm minnhom li l-akkużat tressaq quddiem bord tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku?
Kemm kien hemm minn dawn il-każijiet li kienu marbuta ma' proċeduri kriminali fil-Qrati?
Fil-każijiet kollha msemmija, kemm kien hemm persuni li nstabu ħatja u kemm ġew liberati? Dawk li nstabu hatja x'weħlu fil-proċeduri tal-Qrati, u x'weħlu quddiem il-bordijiet tad-dixxiplina?
Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-garage ta' Flat 1, Dr. Anton Tabone Street, f'Taċ-Ċawla Hsg Et, Rabat, Għawdex baqa' ma' ġiex imsewwi, meta xi 10 garages fl-istess zona ġew irrangati u meta l-garage imsemmi hu fi stat perikoluż ħafna? Tista' tieħu passi immedjati biex it-tiswijiet fil-garage imsemmi jsiru minnufih?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li bħalissa għaddej programm ta’ xogħolijiet ta’ tiswija tal-garages f’Taċ-Ċawla Housing Estate, ir-Rabat, Għawdex u attwalment qed isiru x-xogħolijiet meħtieġa fuq il-garage msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu skond il-grad dawk l-uffiċċjali fil-Ministeru għal Għawdex li telqu mill-Ministeru u marru jaħdmu f'xi taqsima jew sezzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ivvjaġġaw vejikoli u persuni bejn Għawdex u Malta u viċe-versa bejn it-12 ta' April u il-15 ta' April ta' din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li 9247 vettura u 41,893 passiġġier qasmu bejn Malta u Għawdex pemezz tal-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel bejn it-12 u l-15 ta’ April 2001.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw in-numru ta' reklami li saru mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fis-snin 1999, 2000 u 2001?
Jista' jgħid separatament kemm jammontaw finanzjarjament dawn ir-reklami u lil min ingħataw, fejn kienu mxandra jew ippublikati u x'kienet il-ħtieġa li jingħataw?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-liċenzji tas-sewqan tal-Għawdxin għadhom jitbagħtu biex jitħallsu Malta meta f'Għawdex hemm l-uffiċċju tal-liċenzji? Taf li dan qiegħed jikkawżz inkonvenjenzi għaliex l-Għawdxin qed ikollhom jistennew madwar xahrejn biex jirċievu l-liċenzja mġedda? Taf li mingħajr liħċenzja ma jkunux jistgħu jsuqu u jistgħu jitilfu x-xogħol hew jeħlu xi multa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li mill-ewwel ta’ Jannar ta’ din is-sena, numru sostanzjali ta’ dawk il-liċenzji tas-sewqan komputerrizzati li ġew introdotti għaxar snin ilu, bdew jiġġeddu u jinbidlu ma’ liċenzji ġodda.
Billi din hija sistema kompletament ġdida d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet fil-bidu kellu xi diffikultajiet li affettwaw il-proċess normali tat-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan. Id-dewmien affettwa b’mod ugwali kemm lill-Għawdxin kif ukoll lill-Maltin.
Issa li l-proċess ġie għan-normal it-tiġdid tal-liċenzji qed isir f’inqas minn ġimgħa u għaldaqstant ħadd m’hu ser jinqabad mingħajr liċenzja tas-sewqan valida. Dan huwa possibbli għax l-avviż għat-tiġdid tal-liċenzji qed jintbagħat mid-dipartiment madwar sitt ġimgħat qabel il-liċenzja tiskadi u għalhekk dak li jkun ikollu żmien biżżejjed biex iġedded il-liċenzja waqt iż-żmien li l-liċenzja tkun għadha valida.
Dawk kollha (Maltin u Għawdxin) li qed jirċievu l-avviż li jkun imisshom jibdlu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom qed ikunu nfurmati biex jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom flimkien mad-dokumenti l-oħra meħtieġa bil-posta. Dan qed isir biex dak li jkun ma jinħoloqlux l-inkonvenjent li jrid imur joqgħod fi queue. Għaldaqstant lis-sewwieq Għawdxi ma tagħmillux differenza jekk il-liċenzja tiġġeddidx Għawdex jew le għax xorta waħda qiegħed jinqeda bil-posta.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa d-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma wasallu l-ebda ilment li xi ħadd tilef ix-xogħol jew ġie mmultat għax il-liċenzja tiegħu kienet qegħda d-dipartiment biex tiġġedded.
Tista' l-Ministru telenka l-karozzi, kemm tal-Gvern kif wkoll tal-kiri, skond in-numru tar-reġistrazzjoni u l-għamla tal-karozzi, u tgħid kemm se jkollu jħallas taxxa kull xahar għal-ewwel tliet xhur ta' din is-sena 2001 dak l-uffiċċjal tal-Gvern li għandu l-użu tal-karozza rispettiva bħala fringe benefits? Liema huma dawk il-karozzi tal-Gvern f'Għawdex li ħadd mhu se jħallas ebda taxxa tal-fringe benefits fuqhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li fil-Ministeru għal Għawdex hemm 9 karozzi tal-Gvern u tal-kiri li fuqhom se titħallas it-taxxa tal-fringe benefits.
Dawn huma kif jidher hawn taħt:
Għ
amla u Numru ta’ Reġ
istrazzjoni
Volkswagen Bora KDB 476
Kia Mentor JAB 541
Kia Mentor JAB 548
Kia Mentor GVN 007
Opel Corsa LDK 834
Kia Avella EAK 572
Opel Astra AAK 865
Hyundai Stellar HAK 042
Kia Rio JAK 629
Jiena nfurmata li t-taxxa dovuta għall-użu ta’ vetturi bħala fringe benefits ma tkunx magħrufa minn min iħaddem.
Qiegħda nagħti hawn taħt lista tal-karozzi tal-Gvern li fuqhom ħadd mhu se jħallas it-taxxa tal-fringe benefits.
Rover Sterling JAV 714
Mercedes Benz 190 LAR 131
Hyundai Excel FAV 541
Hyundai Excel FAV 539
Skoda GVN 289
Tista' l-Ministru tgħid meta se jittieħdu passi biex jitwaħħal arblu tal-bandiera fuq il-bejt ta' l-Uffiċju tan-Nutar tal-Gvern f'Għawdex biex hekk tkun tista' titella l-bandiera fil-festi nazzjonali u f'okkażjonijiet oħra skond iċ-ċirkularijiet li joħorġu mill-uffiċċju tal-Prim Ministru
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li diġa’ ttieħdu passi biex dan isir mill-iktar fis possibbli.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien il-għadd ta' vetturi bil-mutur, skond kull għamla, karozzi, trakkijiet, vannijiet, muturi, taxis, tal-kiri eċċ, reġistrati f'Għawdex fis-sena 2000? X'ammont ta' liċenzji tħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba hija mogħtija hawn taħt:
Tip tal-vettura
Numru ta’ vetturi
registrati fis-sena 2000
Vetturi tal-Biedja
257
Kummerċjali
5192
Garage Hire
67
Mini Buses
20
Motor Cycles
3662
Karozzi privati Class 1
7590
Karozzi privati Class 2
1381
Karozzi privati Class 3
935
Karozzi privati Class 4
1686
Karozzi privati Class 5
1453
Karozzi privati Class 6
378
Karozzi tal-Linja
78
Karozzi Self Drive
574
Motor Cycles self drive
48
Taxi
50
TOTAL
23371
Matul l-istess sena tħallsu Lm 717,657.78 f’ liċenzji.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li bħalissa qiegħed isir xogħol fuqhom mit-taqsima tal-mużewijiet f'Għawdex? F'kull każ, kemm se jiġu jiswew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-proġetti li bħalissa qiegħed isir xogħol fuqhom mit-taqsima tal-mużewijiet f’Għawdex huma dawn:
Restawr u riabilitazzjoni tad-dar nru 12 fi Triq Żenqa fiċ-Ċittadella biex isservi għal skop t’uffiċċju u
stores
; ix-xogħol kollu huwa stmat li se jiġi jiswa LM 17,000;
Tħejjijiet biex jiġu nstallati żewġ
closed circuit television systems
, waħda fil-mużew tal-Folklor u l-oħra fil-mużew tax-Xjenza Naturali; huwa stmat li ser jiġu jiswew madwar LM 2000 u LM 1000 rispettivament;
Stallazzjoni ta’
scaffolding
madwar żewġ kantunieri fi stat prekarju li jinsabu fit-tempju tan-Nofsinhar fil-Ġgantija; il-materjal u x-xogħol kollu mistenni jiġi jiswa madwar LM 10,700;
Xogħolijiet oħra ta’ restawr u manutenzjoni ġenerali taċ-Ċittadella.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtoritajiet ikkonċernati ma jagħtux permess lis-sid ta' taxi li tkun reġistrata f'Għawdex li jħallas biex l-istess taxi tkun tista' tidħol (mhux li taħdem) fil-Belt Valletta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 18852 li ġiet sottomessa fil-25 ta' Lulju 2000 wara li mistoqsija 13473 ma kienetx ġiet imwieġba u li kienet saret aktar qabel, dwar l-ammont ta' overtime li tħallas lill-impjegati tal-gvern fid-diversi taqsimiet tad-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru għal Għawdex, dipartiment b'dipartiment sa l-aħħar ta' Ġunju 2000?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-overtime li thallas matul is-sena 1999 u minn Jannar sa Ġunju 2000 lill-impjegati fid-diversi taqsimiet tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex huwa kif indikat hawn taħt:
Sena 1999
Lm
Jannar - Gunju 2000
Lm
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi
6663
3283.71
Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp (Head Office)
1,193.73
902.93
Xogħolijiet
2,786.76
1,917.89
Kostruzzjoni u Manutenzjoni
1877.74,7
1130.28
Indafa Pubblika
97.52
234.00
Agrikoltura
370.01,8
377.44
Mużewijiet
7,014.01
3,535.22
Sptar Ġenerali
60889.00
19452.00
Uffiċċju tas-Saħħa
372.85
37.87
Uffiċċju ta’ l-Informazzjoni
799.61
335.10
Sports Complex
942.29
617.45
Adult Training Centre
299.50
-------
Children and Family Services
327.98
295.80
Kultura
700.32
231.50
Edukazzjoni
745.11
131.00
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20415 li kienet ġiet sottomessa fid-19 ta' Ottubru dwar kemm ħaddiema Għawdxin fis-servizz pubbliku li kienu jaħdmu Malta ingħataw trasferimenti għal Għawdex minn Settembru 1998 sa' Settembru 2000? Xi kriterji ntużaw biex dawn ġew trasferiti? Min huma? F'liema dipartimenti kienu u fejn intbagħtu f'Għawdex u meta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jçna nfurmata li minn Settembru 1998 sa Settembru 2000 kçn hemm 94 ħaddçm li kçn trasferit mid-dipartimenti f’Malta għad-dipartimenti/fergħat li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Dawn l-impjegati kçnu trasferiti għal Għawdex a bażi ta’ l-anzjanita’ tagħhom.
Kçn hemm ukoll 28 ħaddçm li kçnu trasferiti għal Għawdex b’konnessjoni mat-trasferiment ta’ funzjonijçt tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali minn Malta għal Għawdex. Dawn il-ħaddçma kçnu trasferiti għal Għawdex fuq bażi tal-lista ta’ l-iskrivani skond l-anzjanita’.
Barra minn dawn, kçn hemm 8 ħaddçma li kçnu trasferiti fuq bażi temporanja minn Malta għal Għawdex minħabba raġuni medika jew tqala.
L-informazzjoni dwar id-dipartimenti f’Malta li fihom dawn l-impjegati kçnu jaħdmu kif ukoll dik dwar dawk id-dipartimenti/fergħat f’Għawdex li fihom intbagħtu jaħdmu u tad-dati rispettivi ta’ dawn it-trasferimenti qçgħdin jingħataw separatament fil-lista annessa.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħlijiet ta' demolizzjoni, bini mill-ġdid u rranġar tal-garages f'Taċ-Ċawla, Rabat, Għawdex, waqaf? Hemm ħsieb li dan ix-xogħol jitkompla fil-futur qarib?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxogħlijiet imsemmija millOnorevoli Interpellant dwar lirranġar talgarages f'TaċĊawla, Rabat, Għawdex għadhom għaddejjin.
Ixxogħlijiet huma phased biex jitnaqqas linkonvenjent għarresidenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' mobile phones li ntużaw u tħallsu mill-voti tal-Ministeru għall-Għawdex matul l-1999 u 2000? Kemm kienet l-ispiża tagħhom globali kull sena separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul issnin 1999 u 2000 intużaw b'kollox 12il mobile phone millMinisteru għal Għawdex u middipartimenti li jaqgħu taħtu. Qiegħda nagħti hawn taħt lispiża tagħhom għal dawn issnin separatament.
Sena 1999 Lm3,305.02
Sena 2000 Lm5,387,.84