Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26488 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Hwienet Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu kwienet ġodda xahar b'xahar f'kull raħal f'Għawdex fl-aħħar sentejn?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li matul is-sena 2000 u mill-1 ta’ Jannar 2001 sal-14 ta’ Ġunju 2001 inħarġu b’kollox f’Għawdex 61 il-permess ta’ ħwçnet ġodda. Dawn huma maqsuma xahar b’xahar kif inhu elenkat hawn taħt: Jannar 2000 : xejn Frar 2000 : 10 (1 Għajnsçlem, 1 Kerċem, 1 Nadur, 5 Victoria, 1 Xlendi u 1 Żebbuġ) Marzu 2000 : 5 (1 Nadur, 3 Victoria, 1 Xewkija) April 2000 : xejn Mejju 2000 : xejn Ġunju 2000 : 1 (1 Qala) Lulju 2000 : 6 (1 Nadur, 1 Sannat, 3 Victoria u 1 Xagħra) Awissu 2000 : Xejn Settembru 2000 : 3 (1 Marsalforn, 1 Victoria u 1 Xewkija) Ottubru 2000 : 6 (2 Għajnsçlem, 1 Għarb, 2 Victoria u 1 Xewkija) Novembru 2000 : xejn Diċembru 2000 : xejn Jannar 2001 : 10 (1 Marsalforn, 1 Mġarr, 1 San Lawrenz, 4 Victoria, 2 Xewkija u 1 Xlendi) Frar 2001 : 10 (1 Marsalforn, 1 Nadur, 1 Qala u 7 Victoria) Marzu 2001 : 3 (1 Sannat, 1 Victoria u 1 Xagħra) April 2001 : 4 (1 Qala u 3 Victoria) Mejju 2001 : 1 (1 Victoria) Mill-1 ta’ Ġunju 2001 sal-14 ta’ Ġunju 2001: 2 (1 Għajnsçlem u 1 Xagħra)
Leg 9 PQ #25557 Sitting 552 2001-06-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Impjiegi Ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mall-Ministeru w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonjiet għal dawn l-imjiegi? Jekk jirrizulta li ġew impjegati mingħajr ma' ħarġu applikazjonijiet, jista' jgħid kemm dawn l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji intużaw biex jingħataw l-imsemmi impjieg? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu s-salarju u x'inhuma l-kundizzjonijiet

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-11 ta’ Settembru 2000 sal-lum kien hemm tliet persuni minn barra s-Servizz Pubbliku li ngħataw impjieg mad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Dawn il-persuni ngħataw il-ħatra ta’ Konsulent fl-Oftalmoloġija, Inġineer u Spiżjar rispettivament. F’kull każ saret sejħa għall-applikazzjonijiet. L-informazzjoni dwar dawn hija mogħtija hawn taħt: Ħ atra Data li fiha saret is-sejħ a għ all-applikazzjonijiet Salarju għ as-sena 2001 Konsulent fl-Oftalmoloġija 24 ta’ Novembru 1998 Lm 9543 Inġineer 7 ta’ April 2000 Lm 6462 Spiżjar 17 ta’ Novembru 2000 Lm 6462 Barra min dawn, kien hemm 56-ix xufier impressed li ngħataw impjieg ta’ labourer b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2000. Is-salarju ta’ kull wieħed minnhom jammonta għal Lm2768 fis-sena 2001.
Leg 9 PQ #26389 Sitting 552 2001-06-13 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċimiterju

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslu l-affarijiet rigward it-tkabbir taċ-ċimiterju ta' Santa Marija f'Għawdex? Kemm hu mistenni li jqum il-proġett? Kemm hemm applikanti jistennew biex jixtru qabar f'dan iċ-ċimiterju u meta saret l-applikazzjoni li ilha pendenti l-aktar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l­Awtorita’ ta’ l­Ippjanar approvat l­applikazzjoni li saret f’Novembru 1996 għall­estensjoni taċ­Ċimiterju ta’ Santa Marija f’Għawdex f’Awissu 2000. Bħalissa hemm 257 talba pendenti għax­xiri ta’ oqbra f’dan iċ­ċimiterju. L­ispejjez ta’ l­oqbra jkunu għall­karigu ta’ min jeħodhom. L­applikazzjonijiet pendenti saru kif ġej: Sena Numru ta’ applikazzjonijiet 1989 (l­ewwel applikazzjoni saret 24/4/89) 19 1990 22 1991 17 1992 26 1993 30 1994 19 1995 13 1996 16 1997 19 1998 16 1999 27 2000 27 2001 (Mejju) 6 Total 257
Leg 9 PQ #25552 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Pubblikazjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata? Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations? Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il­mejda tal­kamra.
Leg 9 PQ #26382 Sitting 551 2001-06-12 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Servizz Pubbliku

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li ħaddiema tal-gvern qed jaħdmu xogħol ta' bini ta' ħitan tas-sejjiegħ qrib il-foss tal-Kastell f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, taħt liema skema qiegħed isir dan ix-xogħol? Jekk fin-negattiv, min qiegħed iħallas is-salarji tal-ħaddiema li issa ilhom jidhru hemm diversi xhur waqt il-ħin tax-xogħol tal-gvern?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemmx ħaddiema tal­gvern li qed jaħdmu xogħol ta' bini ta' ħitan tas­sejjiegħ qrib il­foss tal­Kastell f'Għawdex.
Leg 9 PQ #26265 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Permessi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk it-trinka u l-mina li saru riċentement fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex kenux koperti bil-permessi ta' l-awtorita' ta'l-ippjanar? Jekk huma koperti, tista' l-Ministru tagħti n-numru tal-permess?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-water culvert u s­service trench li saru riċentament fi Triq Fortunato Mizzi r­Rabat, Għawdex ma kinux jeħtieġu permess tal­Awtorita' ta' l­Ippjanar. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħol li qed jirreferi għalih l­onor interpellant jista' jkun it­tfannid 'l isfel mit­trinka biex ix­xogħol li sar għall­water culvert u s­service trench ma jimpedix li 'l quddiem tkun tista' ssir sub­way għall­użu tat­tfal ta' l­iskejjel sekondarji u post­sekondarji.
Leg 9 PQ #26299 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Overtime

Question

Tista' l-Ministru tara li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament titħallas għal xogħol ta' overtime li sar ħafna xhur ilu u li skond mistoqsija parlamentari nru. 24604 jitħallas kif kien ingħad fl-istess mistoqsija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Se jittieħdu passi kontra min naqas li jieħu l-azzjoni meħtieġa biex isir il-pagament dovut kif kont infurmata li se jsir meta rrispondejt il-Mistoqsija Parlamentari Nru 24604. Sadattant se nassigura li l-ħlas dovut isir mingħajr aktar telf ta’ żmien.
Leg 9 PQ #26369 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Imġarr ix-Xini - Latrina

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex issir public convenience (latrina) fil-viċinanza tal-bajja ta' Mġarr ix-Xini, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi l­proposta ta' l­Onorevoli Interpellant sabiex issir public convenience (latrina) fil­viċinanzi tal­bajja ta' Mġarr ix­Xini, Għawdex ser tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #25256 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għal Għawdex

Advisors

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm advisors u membri ta' boards fid-dekasteru tiegħu u kemm tħallsu totalment is-sena l-oħra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma kien hemm l-ebda advisor jew membru ta’ bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li tħallas xi remunerazzjoni matul is-sena 2000.
Leg 9 PQ #25249 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għal Għawdex

Karozzi Mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-preżent hemm 9 karozzi mikrija mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Matul is-sena 2000 dawn il-karozzi swew b’kollox Lm9,808.17,8 li minnu l-ammont ta’ Lm2,926.21,8 intefaq fuq fuel.
Leg 9 PQ #25892 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Performance Bonus

Question

Tista' l-tinistru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus? Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ma kien hemm l-ebda uffiċċjal tal-Ministeru fuq performance agreement li fl-istess żmien kellu xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċieva xi ħlas, kumpens jew benefiċċju.
Leg 9 PQ #25382 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm ingħataw trasferimenti mill-11 ta' Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħati r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li ngħataw erbgħa u għoxrin-il trasferiment mill-11 ta’ Settembru 2000 sal-lum lill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex. Dawn it-trasferimenti ngħataw skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #26058 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Policy Ġdida

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li dawk il-kapijiet u assistenti kapijiet li joqgħodu Malta u li kienu posted fl-iskejjel Għawdex fis-sena skolastika 2000/2001 jingħataw refund ta' l-ispejjez tal-biljetti tal-vapur? Tista' tgħid din hix xi policy ġdida tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni fejn jidħlu ħaddiema Maltin li jiġu posted f'Għawdex Tista' tgħid jekk fil-futur din il-policy hix ser tapplika għal ħaddiema kollha Maltin fid-dipartiment ta' l-Edukazzjoni li jiġu posted f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26059 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex kapijiet u assistenti kapijiet Maltin li kienu jaħdmu fi skejjel tal-Gvern f'Għawdex dejjem jingħataw trasport tal-Gvern mill-Imgarr sal-iskola fejn kienu jaħdmu u lura filwaqt li l-Assistenti Kapijiet Għawdxin li hemm posted f'Malta qat ma ingħataw dan is-servizz? Tista' tgħid għaliex meta xi Assistenti Kapijiet Għawdxin posted fi skejjel Malta talbu dan is-servizz, dan ġie rifjutat? Tista' tgħid għaliex qegħda isir din id-diskriminazzjoni bejn kapijiet u assistenti kapijiet Għawdxin posted f'Malta u dawk Maltin posted f'Għawdex? Tista' tgħid x'passi ser jieħu biex din id-diskriminazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab nfurmata li Kapijiet u Assistenti Kapijiet Maltin li jaħdmu fi skejjel tal-Gvern f’Għawdex jingħataw trasport mill-Imġarr għall-iskola u lura meta ma jkunx hemm trasport pubbliku dirett mill-Imġarr. Nitlob lill-Onor Interpellant biex tagħmel it-tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26091 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Helicopter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna wżat is-servizz ta' helicopter bejn il-gżejjer tagħna fl-1999, 2000 u sa Marzu 2001?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-numru ta’ persuni li wżaw is-servizzi tal-helicopter bejn il-gżejjer matul is-snin 1999, 2000 u bejn Jannar u Marzu 2001 kien kif ġej: Sena 1999: 52,213 Sena 2000: 58,736 Minn Jannar sa Marzu 2001: 5,644
Leg 9 PQ #25373 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #26028 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għal Għawdex

Parental Leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? F'liema skali huma dawn l-impjegati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-preżent hemm 26-il ħaddiem fuq ‘parental leave’. Minnhom 25 huma nisa. Dawn l-impjegati qegħdin f’dawn l-iskali: Skala Numru ta’ Impjegati fuq parental leave 8 1 9 2 10 3 12 3 13 2 14 9 15 4 19 1 20 1
Leg 9 PQ #25440 Sitting 542 2001-05-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Biedja — Produzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24865 li oriġinarjament saret lil Ministru għall-Agrikoltura u Sajd u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jinfurmana bil-pjan tal-gvern għal qasam tal-biedja fil-gżira ta' Għawdex għal din is-sena u s-sena d-dieħla? Kemm huma l-flus ivvotati għal dan il-pjan? Kemm hija mistennija li tgħola l-produzzjoni u liema produzzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-pjan tal-gvern għall-qasam tal-biedja f’Għawdex għas-snin 2001 u 2002 jinkludi (i) titjib fil-faċilitajiet fil-biċċerija; (ii) titjib fil-cold stores; (iii) titjib fil-pitkalija; (iv) it-tkomplija ta’ għoti ta’ għajnuna lill-bdiewa u sajjieda, fosthom permezz ta’ sussidji għal nefqa ta’ natura kapitali; (v) għajnuna lill-koperattivi; (vi) għajnuna għat-trasport b’xejn bil-baħar ta’ prodotti lejn Malta; (vii) għajnuna għat-trasport tal-għalf lejn Għawdex; (viii) pariri dwar titjib fil-prodotti agrikoli. Il-fondi ivvutati fis-sena kurrenti għal dawn l-għanijiet jammontaw għal Lm52,000 mill-Vot Kapitali, Lm33,000 mill-Vot Rikurrenti u Lm1,027,279 għall-ħidma tal-fergħa tal-Biedja u Sajd.
Leg 9 PQ #25433 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Sussidju lill-Bdiewa Għawdxin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħatat għajnuna/sussidju lill-bdiewa Għawdxin matul is-sena 2000 biex iżidu l-ħażna ta' l-ilma fir-raba' tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 tħallset is-somma ta’ Lm1,000 bħala grant biex tiżdied il-ħażna tal-ilma fir-raba’ tal-bdiewa Għawdxin. Matul l-istess sena tħallset ukoll is-somma ta’ Lm758.41 bħala sussidju ta’ imgħax fuq self mogħti mill-banek għal skop ta’ bini ta’ ġwiebi, kif ukoll ammont ieħor ta’ Lm334.10 sussidju ta’ imgħax fejn is-self ingħata biex tiżdied il-ħażna tal-ilma flimkien ma’ skopijiet oħra ta’ natura agrikola. Fil-każ tal-aħħar minhiex f’pożizzjoni li nagħti l-ammont ta’ sussidju fuq il-bini ta’ ġwiebi separatament.
Leg 9 PQ #25434 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Sussidji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħallas f'sussidji l-Ministeru għal Għawdex fis-sena 2000 biex prodotti tar-raba' Għawdxin jittieħdu fil-Pitkalija ta' Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is-sena 2000 tħallset is-somma ta’ Lm 18,076.90 f’sussidji għal-ġarr ta’ prodotti tar-raba minn Għawdex għal Malta.