Tista' l-Ministru tgħid kemm saru bookings u eventwalment inħarġu biljetti għas-safar għal ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha mit-22 ta' Ġunju 1999 sal-lum?
Tista' l-Ministru tgħid separatament:
(1) għand liema aġenziji saru dawn il-bookings u mingħand liema aġenziji nxtraw il-biljetti ta' l-ajru;
(2) kull aġenzija kemm tħallset għal dawn il-biljetti;
(3) għal liema destinazzjonijiet inħarġu dawn il-biljetti?
(PQ waslet 6/6/2001)
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jien m’iniex sodisfatta li l-utilita’ ta’ l-informazzjoni dettaljata mitluba fil-mistoqsija Nru. 26822 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar.
Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li l-informazzjoni tinġabar.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25373, tista' l-Ministru tagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma taħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba tkun qed tikkonferma bil-fatti li temmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, tista' tagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 29/5/2001)
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-onorevoli membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Nru 25373.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijçt huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa l-karozza ġdida taċ-chairman tal-Gozo Channel? Tista' tgħid x'ditta hi u jekk ħarġux sejħiet għall-offerti jew intlabux kwotazzjonijiet? Tista' tgħid ukoll xi bżonn inħass li din il-karozza tinxtara?
(PQ waslet 16/5/2001)
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant bçx jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Mill-1 ta’ Jannar 2001 kçn hemm 4 uffiċjali fi Grad 5 jew ogħla li ngħataw żçda fl-“expense allowance” tagħhom. Dawn kçnu 3 Diretturi u Segretarju Permanenti fuq “performance agreement” għal perjodu ta’ tlçt snin.
Dwar “allowances” oħra, ninsab infurmat li fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Ministeru tçgħi ma kçn hemm l-ebda uffiċjal minn Skala 5 ‘l fuq jew xi konsulent li żdçditlu l-“allowance” jew ġç mogħti xi “allowance” kompletament ġdida.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25325, tista' l-Ministru tagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk tħossx li bl-informazzjoni mitluba tkun qed tikkonferma bil-fatti li temmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Tista' tagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
(PQ waslet 14/5/2001)
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-onorevoli membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Nru 25325.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25345, tista' l-Ministru tgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba:
1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku
2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi?
3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Tista' l-Ministru tgħid jekk tħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed tikkonferma bil-fatti li temmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-onorevoli membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Nru 25345
Għalkemm is-suġġett taż-żewg mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll ghal din.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jçna nfurmata li fil-preżent hemm tlçt avukati li għandhom retaining mal-Ministeru għal Għawdex. Dawn huma Dr Chris Said, Dr Georgina Scicluna u Dr Joseph Ellis.
Dawn l-avukati aċċettaw li jippatroċinjaw lill-Gvern f’dawk il-każijçt quddçm it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji li jkunu riferiti lilhom mill-Ministeru jew mill-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali. Il-ħlas għal dawn is-servizzi professjonali huma wçħed kumplessiv ta’ Lm35 għal kull każ li jkun deċiż, ammess jew transatt wara l-1 ta’ Settembru 1999 (inkluż ix-xogħol konness ma’ l-atti kollha formanti parti mill-proċess relattiv, inklużi noti ta’ osservazzjonijçt u l-laqgħat u x-xogħol preparatorju).
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel primarji u sekondarji li fihom ser isir refurbishment matul il-vaganzi tas-sajf? Xi kwalita' ta' xogħol hu maħsub li jsir u kemm hu stmat li ser jintefqu flus f'kull skola fejn ser isir ix-xogħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-programm ta’ xogħolijiet fl-iskejjel primarji u sekondarji ta’ l-Iskola f’ Għawdex huwa kif jidher hawn taħt.
Tip ta’ Refurbishment
Skola Sekondarja
Skola Primarja
Stima
Lm
Time frame
Tibjid u żebgħa ta’ Klassijiet u f-faċċata
Skola Sekondarja u Junior lyceum G.F. Agius de Soldanis
19000
Sajf 2001
Tibjid u żebgħa ta’ Klassijiet
Skola Sekondarja u Junior lyceum N. Cremona
19000
Sajf 2001
Bdil taċ-Ċinta tal-bejt u rampa
Skola Primarja P.P. Grech Kercem
3000
Sajf 2001
Xogħol fl-eletriku u refurbishment ġenerali
Skola Primarja A. Cassar Għajnsielem
116,000
Sajf 2001
2002
2003
Manifattura u Twaħħil ta’ aperturi ta’ L-Aluminju
Skola Primarja A. Cassar Għajnsielem
13,000
Fl-aħħar 2001
2002
2003
Twaħħil ta’ waterproofing membrane
Skola Primarja A. Cassar Għajnsielem
6000
Fl-aħħar 2001
2002
Twaħħil ta’ waterproofing membrane
Skola Sekondarja u Junior lyceum N. Cremona
10,000
2001
2002
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' postijiet li jistgħu jipparkjaw karozzi fil-parking li hemm mal-ħajt tal-bini tal-Ministeru tiegħek fi Pjazza San Franġisk ir-Rabat, Għawdex? Kemm-il parking hemm riservat għal karozzi tal-Ministeru tiegħek? Għaliex ċerti parking space ħdejn il-Ministeru tiegħek huwa riservat għal uffiċċjali li jaħdmu fil-Ministeru tiegħek 24 siegħha kuljum, il-ġimgħa kollha? X'kariga għandhom l-uffiċjali fil-Ministeru tiegħek li jistgħu jużaw dan il-parking space? Dan ġie approvat mit-Traffic Control Board?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtçq ninforma lill-Onorevoli nterpellant li n-numru ta’ postijçt li jistgħu jipparkjaw karozzi fil-parking li hemm mal-ħajt tal-bini tal-Ministeru għal Għawdex fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex huwa ħdax. Sebgħa minn dawn il-postijçt huma riservati għall-uffiċċjali tal-Ministeru. Iż-żewġ parking spaces ħdejn il-Ministeru huma riservati għal 24 sçgħa kuljum minħabba li l-uffiċċjali li jużawhom ikollhom bżonn jidħlu fil-bini tal-Ministeru fuq bażi regolari u, ħafna drabi kuljum, wara l-ħinijçt tax-xogħol. Il-persuni li jagħmlu użu minn dawn il-parking spaces huma: il-Ministru, l-Assistent Personali u s-Segretarju Privat tal-Ministru, kif ukoll s-Segretarju Permanenti u t-tlçt Diretturi ġewwa l-Ministeru għal Għawdex, l-Assistent Direttur, kif ukoll l-istaff ta’ l-uffiċċju nkarigat mis-sezzjoni tal-kura tal-familja. Dawn il-parking spaces ilhom jintużaw għal dan l-iskop għal diversi snin.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25350, tista' l-Ministru tgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba:
1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku
2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi?
3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
tista' l-Ministru tgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed tikkonferma bil-fatti li temmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' tagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-onorevoli membru għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Nru 25350.
Għalkemm is-suġġett taż-żewg mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f’dik it-tweġiba tgħodd ukoll ghal din.
Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterji u kwalifiki ntgħażlu dawk il-lecturers li ser jagħtu lectures fix-short courses - music appreciation li se jsir mill-15 ta' Ġunju sa' l-4 ta' Awissu 2001 fiċ-Ċentru ta' Għawdex ta' l-Universita' ta' Malta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-kors hu organizzat miċ-Ċentru għal Għawdex ta’ l-Universita’ ta’ Malta flimkien mal-Programm tal-Mużika ta’ l-Istitut tal-Mediterran ta’ l-Universita’ ta’ Malta. Il-lecturers, li gew magħżula mill-Professor Mro Joe Vella, il-koordinatur ta’ dan il-Programm, huma lkoll kwalifikati biex jgħallmu fil-livell tal-kors imsemmi li jirrigwardja l-apprezzament tal-muzika. Ma kienx hemm bżonn li toħrog sejħa għall-applikazzjonijiet għall-għalliema f’dan il-kors qasir, li huwa wieħed okkazjonali u indirizzat lejn il-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk familji Maltin li għandhom it-tfal miżżewġin u joqogħodu Għawdex u li għandhom pass biex jitilgħu Għawdex bi prezz irħias humieex se jitilfu dan il-benefiċċju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Meta ġiet introdotta s-sistema tal-passes l-għan ewlieni kien li tgħin lill-ulied ta’ l-Għawdxin li jaħdmu u jgħixu Malta sabiex isibuha aktar faċli li jżuru l-ġenituri Għawdxin li baqgħu jgħixu ġewwa l-gżira ta’ Għawdex. Minn din is-sena, l-Kumpanija Gozo Channel iddeċidiet li l-family pass jingħata biss lill dawk li huma intitolati għalih skond dan il-kriterju.
Ta’ min jgħid li ulied il-Maltin li jgħixu Għawdex jistgħu jżuru l-ġenituri tagħhom f’Malta bin-noll sussidjat bħala residenti ta’ Għawdex. Barra minn dan, dawk il-ġenituri li għandhom il-Karta Anzjan huma wkoll intitolati għal noll ridott.
JIsta' l-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li bejn Jannar u Diċembru 2000 il-vjaġġi tat-trakkijiet minn Malta għal Għawdex naqqsu b'8.10%, filwaqt li l-vjaġġi tat-trakkijiet minn Għawdex għal Malta naqqsu b'6.88%. Sar analiżi ta' dan il-fatt? Jekk sar x'kienu l-konkluzjonijiet? Jekk ma sarx se jsir?
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm għalliema fl-Iskola Sir Arturo Mercieca tal-Vajringa, ir-Rabat, Għawdex li f'dawn l-aħħar sena u nofs ħadu aktar minn tliet xhur sick leave? Kemm-il darba ntbagtilhom it-tabib?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li kien hemm għalliema waħda fl-Iskola Sir Arturo Mercieca, ir-Rabat, Għawdex li f’dawn l-aħħar sena u nofs ħadet aktar minn tliet xhur sick leave. Din l-għalliema kienet eżaminata u ċertifikata minn Bord Mediku.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx fi ħdan il-Ministeru tagħha kumitat li jieħu ħsieb il-postijiet storiċi f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, min huma l-membri? Jekk fin-negattiv, meta saret l-aħħar laqgħa tal-kumitat preċedenti u min kien c-Chairman responsabbli li jsejjaħ il-laqgħat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M’hemmx kumitat fil-Ministeru għal Għawdex dwar postijiet storiċi f’Għawdex. Ir-responsabbilta’ tal-postijiet storiċi hija tat-Taqsima tal-Mużewijiet f’Għawdex. L-aħħar laqgħa tal-kumitat imsemmi saret fit-28 ta’ Ġunju 1999 u c-Chairperson kien is-Sur John Cremona.
Billi issa l-Ministru għandu sistema kompjuterizzata kif isiru l-ħlasijiet, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti fuq proġetti f'Għawdex, wieħed b'wieħed?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lillonor interpellant jekk jogħġobha tippreċiża x'informazzjoni trid.
Jista' l-Ministru jikkonferma li għar-rigward il-patching f'Għawdex qiegħda tiġi allokata is-somma ta' mitt lira (Lm 100) fil-ġimgħa?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata illi ma hemmx ammont fiss allokat fil-ġimgħa għarrigward ta' patching f'Għawdex. Lammont jiġi determinat skond ilbżonnijiet tadDipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema tas-CMU qegħdin jintbgħatu jibnu ħitan fis-sejjieħ fin-Nadur, Għawdex meta diga hemm ħaddiema intiżi f'dan ix-xogħol stazzjonati n-Nadur, Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jçna nfurmata li l-ħaddiema tas-C.M.U. li qegħdin jintbagħtu jibnu ħitan tas-sejjieħ fin-Nadur jippartjenu għall-grupp ta’ Rubble Wall Builders li qiegħed jagħmel xogħol ta’ bini ta’ ħitan tas-sejjieħ f’diversi lokalitajiet madwar Għawdex.