Jista' il-Ministru jgħid x'servizzi jingħataw fl-isptar Monte Carmeli għal persuni li għandhom diżabilita' mentali u li mhumiex residenti f'dan l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi tal-Komunita' li huma mmexxija mill-isptar joffru għajnuna lill-pazjenti li għandhom diżabilita' mentali.
Dan is-servizz qed jingħata minn day centres u ċentri tas-saħħa f'Ħal Qormi u Cospicua. Hemm ukoll Outreach Team li jmur fid-djar ta' pazjenti ma' Malta kollha.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18645 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'tip ta' medical services qed jiġu offruti l-istudenti fl-iskejjel primarji tal-gvern? Jista' il-Ministru jagħti wkoll il-job description ta' school nurse u school doctoru kif dawn qed jgħinu lit-tfal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa d-Dipartiment tal-Kura Primarja taħt id-Diviżżjoni tas-Saħħa, jimpjega seba' tobba (full time) u żewġ tobba (part time) kif ukoll seba' nfermiera. Dawn jipprovdu servizz ta' Sorveljanza tas-Saħħa, tal-vista u smiegħ fl-iskejjel Primarji ta' l-Istat u tal-Knisja kif ukoll servizz fl-iskejjel Speċjali. Jingħata servizz tat-tilqim ukoll f'dawn l-iskejjel waqt li fis-sekondarji kollha tingħata t-tilqima kontra t-Tuberkulożi.
It-tobba u l-infermiera jżuru l-iskejjel kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq bażi ta' roster minbarra fil-festi pubbliċi. Saru 8016 medical examinations, fl-iskejjel Primarji ta' l-Istat u tal-Knisja. Waqt dawn iż-żjarat it-tfal jiġu eżaminati għall-iżvilupp, jiġu mkejla għat-tul u l-piż u jsir eżami mediku. Jsir ukoll screening għall-vista u għas-smiegħ fit-tfal iżgħar.
Ingħataw 1550 tilqima kontra t-Tuberkulożi fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti f'dawn ix-xhur u ngħataw 2913 tilqima kontra t-Tuberkulożi fl-iskejjel ta' l-Istat.
Dan is-servizz jingħata fl-iskejjel tal-Knisja fil-livell Primarju waqt li fl-iskejjel Indipendenti Sekondarji jingħata t-tilqim kontra t-Tuberkulożi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra aktar informazzjoni dettaljata.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm swali fl-isptar San Luqa u Karen Grech imsemmija għall-professuri, speċjalisti jew tobba u kemm hemm swali imsemmija għan-nurses?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar San Luqa u Karen Grech hemm ħdax -il ward imsemmija wara Konsulenti jew Tobba, u hemm żewġ wards imsemmija wara nurses jew midwifes.
Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' kemm ġew irrapportati każi ġodda ta' kanċer is-sena l-oħra u x'tip kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reġistru tal-Kanċer jiġi aġġornat fl-aħħar ta kull sena u tingħata l-informazzjoni b'sena b'lura. Dan isseħħ madwar id-dinja kollha. Għalhekk l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ma tistax tingħata għax ir-reġistru għadu ma ġiex aġġornat. L-informazzjoni għas-sena 2005 tkun aġġornata għall-aħħar ta' din is-sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm weġġgħu ħaddiema tad-dipartiment tas-saħħa fuq xogħol is-sena l-oħra? Xi grad għandhom u kif weġġgħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol fid-Dipartiment tas-Saħħa matul 2005 huwa 132 u l-gradi huma elenkati kif ġej:
Grad
Numru ta ħaddiema li weġġgħu
Consultant
1
Senior House Officer
3
Medical Officer
3
House Officer
9
Dental Surgeon
2
Nursing Officer
2
Deputy Nursing Officer
2
Nurses
43
Senior Physiotherapist
1
Health Inspector
1
Occupational Therapist
1
Radiographer
2
Medical Laboratory Technologist
2
Assistant Principal (Clerical)
1
Clerk
1
Hospital Auxiliary
5
Security Guard
1
Senior Tradesman
3
Nursing Aide
21
Health Assistant
6
General Hand
5
Carpenter
1
Trade Person
3
Supervisor
2
Cook
7
Sheet Metal Worker
1
Gardener
1
Careworker
2
Total
132
Il-korrimenti kienu varji imma ma kienx hemm korrimenti ta' natura gravi.
Tista' il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li jbati minn senile dementia u mhux ta' waħdu jingħata sussidju biex ikun jista' joqgħod Villa Messina fejn irid iħallas Lm18 kuljum imma ma jaffordjax għax għandu pensjoni ta' lm200 fix-xahar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament għandha applikazzjoni pendenti għar-Residenza ta' San Vinċenz li ġiet approvata fit-8 ta' Ġunju li għadda.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita — Infiq rikorrenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa rikorrenti u n-nefqa kapitali separatament li għamel il-ministeru tiegħu kull sena mill-1999 'il hawn fil-qasam tal-kura ta' l-anzjani, inkluża l-għajnuna fid-djar, f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mill-1999 'il hawn minn Malta u Għawdex separatament: i) taħt l-Artiklu 93 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-Istat u ii) taħt l-Artiklu 95 ta' l-istess att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta' kura/għajnuna mogħtija fid-djar?
Jista' jgħid kemm minn dan id-dħul għadda għand il-Welfare Committee? Jista' jgħid ukoll kif il-Welfare Committee ddispona minn dawn il-flus u jgħid sena sena fuq xiex intnefqu? Kemm intnefqu minnhom f'Għawdex u fuq xiex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-ewwel parti tal-Mistoqsija Ministru kkonċernat.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi Seduta.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni li n-nurses kontra diversi professjonijiet oħra għadhom ma ngħatawx il-warrant? Meta wieħed jikkonsidra li hemm professjonijiet oħra li l-kors tagħhom fl-universita' hu ferm aqsar minn dak tan-nurses, x'inhi r-raġuni li n-nurses baqgħu ma ngħatawx il-warrant?
Jaħseb il-Ministru li wara diversi miżuri li ttieħdu minn dan il-gvern fis-snin preċedenti favur il-professjoni tan-nurses issa għandu jittieħed il-pass naturali li jmiss, dak li l-professjoni tan-nurse tiġi rikonoxxuta billi n-nurses jibdew jingħataw il-warrant meta jiggradwaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba f'dan ir-rigward qed tiġi ikkunsidrata.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-proposta li għamilt lill-Ministru permezz ta' mistoqsija parlamentari xhur ilu, jiġifieri dik li sala fl-isptar il-ġdid Mater Dei tiġi msemmija għal Suor Aldegonda Farrugia ġietx ikkonsidrata kif kien weġibni l-Ministru meta wieġeb dik il-mistoqsija parlamentari?
Jaħseb il-Ministru li l-ħidma tan-nurses għandha tiġi rikonoxxuta billi xi swali jissemmew għal nurses li taw servizz twil lil qasam tas-saħħa, bħal Suor Aldegonda Farrugia u Suor Frederika Galea li t-tnejn kienu pijunieri fit-taħriġ tan-nurses Maltin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni tal-Ministeru għadha l-istess kif mogħtija fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 18212.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ambulanzi li kienu involuti f'kolliżjoniijet is-sena l-oħra? Kemm minnhom kellhom pazjenti fihom? Kemm weġġgħu persuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-sena l-oħra kien hemm tmien (8) ambulanzi li kienu nvoluti f'kolliżjonijiet. Ħadd ma kien weġġa' f'dawn il-kolliżjonijiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għal dawn l-operazzjonijiet:
Kataretti,
hip replacement, knee replacement
, ftuq?
Kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-waiting list għall-operazzjonijiet mhux urġenti immsemija mill-Onor. Interpellant huma kif ġej:
Hip Replacement 293
Knee Replacement 983
Dawn ma jinkludux operazzjonijiet urġenti.
Iż-żmien ta' stennija jilħaq bejn sentejn u erba' snin jiddependi skond il-konsulent u skond iċ-ċirkustanzi mediċi tal-pazjent bħal piż żejjed u mard ieħor.
Dwar Oftalmoloġija sal-lum hemm jistennew 3,812 persuna bi żmien ta' stennija kif ġej:
Dawk li huma urġenti sitt xhur, mhux daqs hekk urġenti sena u dawk li huma ta' rutina bejn sentejn u nofs u tliet snin.
Iż-żmien ta' kemm idumu jistennew biex jagħmlu l-kataretta ivarja skond il-konsulent inkarigat mill-pazjent.
Dwar operazzjonijiet tal-ftuq hemm jistennew 396 persuna bi żmien ta' stennija bejn ġimgħatejn u sentejn, jiddependi skond il-konsulent u skond iċ-ċirkustanzi mediċi tal-pazjent.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin fuq chemo u radiotherapy illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li llum 10 ta' Mejju 2006 hemm 48 persuna li qiegħdin jieħdu r-Radjuterapija u 18 li qiegħdin jieħdu Kimoterapija ġo l-Isptar Sir Paul Boffa.
Jista' il-Ministru jara li s-sun block jitneħħa mil-lista ta' cosmetics u jitqiegħed fil-lista tal-mediċinali peress li dan huwa bżonn minħabba l-iskin cancer u ħafna nies ma jistgħux jixtruh għax huwa għali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prodotti li jintużaw bħala sun blocks ma jaqgħux taħt id-definizjoni ta' mediċini kif inhuma definiti fil-Medicines Act, III, 2003 kif emendata b'Att Nru. III tat-2004 f'Artiklu 46(b) bħala prodotti li jistgħu jiġu wżati jew amministrati fil-bniedem jew sabiex issir ir-restawrazzjoni, korrezzjoni jew modifikazzjoni ta' funzjoni fiżjoloġika billi tiġi eżerċitata azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika jew sabiex issir dijanjosi medika.
Is-sun blocks jagħqu taħt id-definizjoni ta' kosmetiċi u għalhekk jiġu regolati taħt il-liġijiet li jirrigwardaw il-kosmetiċi (L.N.424/2004 u L.N.498/2004)
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li s-sezzjoni taż-żgħażagħ (sezzjoni li jinġabru persuni bi bżonnijiet speċjali fiha - juvenile section) ġewwa Mt Carmel se tispiċċa u tingħaqad ma' sala oħra? Veru li r-raġuni wara dan hija nuqqas ta' finanzi? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'se jsir bil-bini eżistenti?
Jista' il-Ministru jispjega jekk hemmx xi ħsieb speċjali, wara li din is-sezzjoni ġiet żviluppata, sabiex il-pazjenti li jagħmlu użu minnha kienu jibbenfikaw minn dan il-post għax ma kenux parti integrali minn dan l-isptar? Jekk dan kollu se jseħħ, meta se jsir dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa m'hemm l-ebda ħsieb li l-Juvenile Ward tispiċċa u tingħaqad ma' xi sala oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tiegħu u tas-segretarju parlamentari? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom?
X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-karozza uffiċjali tal-Ministru hi Jaguar X-Type Saloon li nxtrat F'Awissu 2001 għall-prezz ta' Lm13,800.
Il-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari hija V/W Passat Saloon li nxtrat f'Lulju 2004 għall-prezz ta' Lm9,500.
B'riferenza għat-tieni parti tal-Mistoqsija , l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindika x'relevanza għandha dil-parti tal-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel ħames xhur tas-sena kemm mietu nies minħabba t-tipjip? Kemm kienu rġiel u kemm kienu nisa? Jista' jagħti l-figuri xahar b'xahar u jgħid ukoll kif jikkompara ma' l-istess żmien is-sena li għaddiet?
Tinżamm statistika ta' kemm mietu minħabba dak li jissejjaħ second hand smoke jew passive smoking?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' każijiet ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet minn Jannar sa' April (il-figuri ta' Mejju għadhom ma nġabrux) ta' din is-sena u li huma meqjusa bħala li kienu kaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi, huwa ta' 133 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 89 irġiel u 44 nisa. Matul l-istess firxa ta' żmien fis-sena 2005 kien hemm 165 mewt li huma meqjusa bħala li kienu kaġunati minħabba t-tipjip. Minn dawn kien hemm 114 irġiel u 51 nisa.
Ma tinġabar l-ebda statistika fuq kemm mietu nies minħabba passive smoking.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat għajnuna medika minħabba problemi ta' alkaħol fl-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm kienet l-iżgħar persuna? Jista' jgħid kif dawn il-figuri jikkomparaw ma' dawk tas-sena li għaddiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.
Jista' il-Ministru jgħid min għandu dritt għal użu ta' l-ambulanza sabiex jitwassal mid-dar sa l-isptar u lura? Dan is-servizz jingħata wkoll fil-polikliniċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ambulanzi m'humiex qegħdin sabiex iwasslu persuni mid-dar sa l-isptar u lura, iżda sabiex jintervjenu f'emerġenzi.
Pero', ikun hemm każi ta' persuni anzjani li jkollhom bżonn servizz ta' trasport sabiex jiġu għal kura fl-Isptar San Luqa. Każi ta' persuni fuq wheelchair jew fuq stretcher, jew persuni bla saqajn jiġu aċċettati sabiex jiġu ttrasportati l-Isptar San Luqa għal kura jekk jipprovdu ċertifikat tat-tabib/konsulent tagħhom li juri dan il-bżonn jew jekk jiġi ċertifikat li hemm bżonn min-nurse inkarigat fl-Out Patients jew il-Ward.
Dan huwa servizz limitat u ma jingħatax fil-polikliniċi għax mhux possibbli li l-ambulance garage jilqa' t-talbiet kollha li jkollu għal dan it-tip ta' trasport.