Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-raġuni li wara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ingħatat appuntament l-Isptar San Luqa f'Lulju li għadda għall-31.01.0 għall-bone density, qalulha li l-apparat kien bil-ħsara mingħajr ma innotifikawha bil-kanċellament tal-appuntament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħid fit-testijiet li qed isiru fuq mobile phone antennae liema livell ta` radjazzjoni elettromanjetika jitqis ta` periklu u bħal liema livell jitqies li mhux periklu għas-saħħa?
Fit-testijiet li saru s`issa x`livelli nstabu ta` radjazzjoni elettromanjetika?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-testijiet isiru b'referenza għal-livelli ta` radjazzjoni rakkomandati għall-pubbliku fir-rapport Recommendations for limiting Human Exposure to Time-varying electronic, magnetic, and electromagnetic fields in the frequency range from 0Hz to 300GHz. Kopja ta` dan ir-rapport kienet tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mit-testijiet li saru sa issa mill-Wireless & Telegraphy il-livelli ta` radjazzjoni elettromanjetika mkejla f'persentaġġ tal-livell massimu aċċettabbli skond dan ir-rapport kienu kif ġejjin:
Livelli massimi mkejla kienu jvarjaw bejn 10.92% u 0.14% tal-livell massimu
Livelli medji mkejla kienu jvarjaw bejn 7.381% u 0.007% tal-livell massimu
Jista' l-Ministru jinforma direttament lill-persuna indikata under separate cover, dwar it-talba tagħha biex issirilha operazzjoni ta' l-artrite li ipproġettata għax xahar ta' Mejju, bil-għan li din, jekk hu possibbli, issirilha qabel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31070 u cioe jista' l-Ministru jagħti lista ta' prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti, li għandhom il-permessi meħtieġa biex jistgħu jiġu impurtati f'Malta?
F'kull każ x'inhu l-pajjiż ta' l-oriġini ta' dawn il-prodotti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-informazzjoni li qed tintalab hija waħda estensiva, r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata aktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' training programmes saru fl-aħħar tliet snien għll-impjegati fl-isptar Sir Paul Boffa?
X'tip ta' programmi ta' taħriġ hemm ippjanati għall-impjegati fl-istess sptar għas-sena li ġejja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li t-tip ta' programmi ta' taħriġ li saru fl-aħħar tliet (3) snin għall-impjegati fl-Isptar Sir Paul Boffa kienu ivarjaw f'diversi suġġetti partikulari, kif jidhru elenkati fil-lista li se inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra f'seduta oħra
It-tip ta' programmi ta' taħrig li hemm ippjanati għall-impjegati fl-istess Sptar huma kontinwazzjoni tal-istess programmi fuq imsemmija u oħrajn simili tagħhom, kif ukoll oħrajn ġodda bħal:
"Clinical Waste Management"
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' impjieg li ngħataw kull clerk - A & E Department fl-isptar San Luqa li bdew jaħdmu fl-1 ta' Jannar 2002 mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?
Kif saret l-għażla ta' dawn l-impjegati?
X'inhu l-isem u l-ID card ta' dawn it-tmien impjegati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-PQ 31077, billi jidher li sar żball meta ġiet ittajpjata l-mistoqsija, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ġie ffirmat fl-aħħar ġimgħat mill-Ministeru tas-Saħħa għall-użu ta' uffiċini f'Rue d'Argens, Gżira li huma intenzjonati għall-użu tal-Medicines Regulatory Unit?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Se inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta oħra, kopja tal-kuntratt indikat fil-Mistoqsija.
B'referenza għall-PQ 31052 possibli d-Diviżjoni tas-Saħħa tinnota li assolutament m'huwiex xogħol in-nurses li jagħmluha ta' barbiera?
Meta wieħed iqis il-flus involuti biex jiġu ttrenjati nurses fl-Universita' id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tqisx li huwa ħela ta' riżorsi li xogħol il-barbiera jibqa' jsir min-nurses?
Kemm ilu vakanti il-post ta' barbier fl-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Filwaqt li nifhem il-pre-okkupazzjoni tal-Onor. Interpellant, nixtieq naċċertak li d-Diviżjoni tas-Saħħa qiegħda tagħmel dak li tista biex is-sitwazzjoni tiġi rranġata.
Il-post ta' Barbier fl-Isptar San Luqa ilu vakant mill-11 t'April 2001 meta l-impjegat li kien qiegħed jagħmel dan ix-xogħol irtira mis-Servizz.
B'riferenza għall-PQ 31052 dwar is-Servizz ta' Barbier fl-Isptar San Luqa, jista' l-Ministru jagħtini nformazzjoni jekk kienx hemm tweġibijiet għall-applikazzjoni ta' barbier mill-grupp health assistant, mill-grupp ta' hospital auxiliaries?
Jekk ħadd ma' applika mill-hospital auxiliaries, tista' tiġi ikkunsidrata ċirkolari indirizzati lill-hospital auxiliaries?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kif diġa' weġibt permezz tar-Risposta f'Seduta Nru. 685 tat-28 ta' Jannar 2002, meta kienu ħarġu ċirkularijiet għall-mili ta' postijiet ta' barbier mill-grad ta' Health Assistant ħadd ma kien applika. L-imsemmijja ċirkularijiet ma kienux intiżi wkoll għall-Hospital Auxiliaries.
Ix-xogħol ta' barbier ma jagħmilx parti mill-Job Description fil-grad ta' Hospital Auxiliary u għaldaqstant it-talba ta' l-Onor Interpellant indikata fit-tieni parti tal-Mistoqsija ma tistax tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta bdiet din is-sena skolastika f'Settembru 2001, jista' jgħid kemm saru spezzjonijiet minn spetturi tas-Saħħa biex jiżguraw li hemm indafa fit-tuck shops/canteens ta' l-iskejjel u li l-ikel u xorb offrut huwa tajjeb għas-saħħa tat-tfal? Fl'liema skejjel saru u instab xi ksur tar-regolamenti? Jekk iva, x'instab u x'passi ittieħdu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li minn meta bdiet is-sena skolastika f'Settembru 2001, saru disgħa u għoxrin (29) spezzjoni minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment f'tuckshops/canteens ta` l-iskejjel.
L-ispezzjonijiet saru ġo skejjel kif indikati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Dwar il-parti tal-mistoqsija, fejn ġie mistoqsi jekk it-tip ta` ikel li kien qiegħed jinbiegħ hux tajjeb għas-saħħa tat-tfal, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tali mistoqsija għandha tiġi rreferuta lill-ministru ta` l-Edukazzjoni, peress li t-tip ta` ikel u xorb li jistgħu jinbiegħu ġo 'tuckshops/canteens' ta` l-iskejjel huwa kkontrollat mill-kuntratt li jiġi mpost minn dan id-dipartiment lill-persuni responsabbli fl-istess 'tuckshop/canteen'.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, dwar in-nuqqasijiet li nstabu waqt l-ispezzjonijiet mill-Ispetturi tas-Saħħa dawn ġew referuti lill-Ministeru ta` l-Edukazzjoni sabiex tittieħed azzjoni min-naħa tiegħu.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30910, jista' jekk jogħġbu jiċċekkja jekk hux veru li kull min għamel talba biex jitkejjel il-livell ta' radjazzjoni minn antennae, ingħata l-informazzjoni li talab, peress li hemm min jilmenta li ma ntbagħtitlux din l-informazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nerġa` nikkonferma t-tweġiba tiegħi mgħotija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 30910 f'Seduta Nru. 681 datata 22 ta` Jannar 2002.
Bħalissa, jeżistu tliet ilmenti oħra li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika għadu qiegħed jistenna rapport ta` l-investigazzjonijiet neċessarji mid-Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy qabel ma jkun jista` jintbagħat ir-rapport finali lil min għamel l-ilment.
Jista' l-Ministru jgħid mil-liema lokalitajiet saru talbiet għal-kejl tar-radjazzjoni ta' l-antennae li hemm riferenza għalihom f'mistoqsija nru. 30910? Kemm kien hemm talbiet lokalita' b'lokalita?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi t-talbiet għall-investigazzjonijiet dwar l-antennae saru fil-lokalitajiet skond il-lista hawn taħt:-
Attard
1
Baħrija
7
Bengħajsa
1
Birkirkara
3
Blata l-Bajda
1
Dingli
1
Fgura
1
Għaxaq
1
Ħamrun
1
Luqa
1
Magħtab
1
Mellieħa
1
Mosta
2
Mqabba
1
Mtarfa
1
Nadur
1
Naxxar
1
Sliema
1
Xewkija
1
Żebbuġ
1
Żurrieq
1
It-tliet każi l-oħra li għadhom pendenti, u li rreferejt għalihom fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 31176 huma minn dawn il-lokalitajiet kif ġejjin:-
Marsascala
1
Qala
1
Xagħra
1
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir public convenience fl-akwati fejn isir il-monti fil-Birgu? Jekk le, jista' joffri mqar mobile toilets għal dawk li jkunu l-Monti mqar kull nhar ta' Tlieta meta jsir is-suq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel (food handlers) li jaħdmu fl-iskejjel u li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-Saħħa skond avviż legali 178 ta' l-2001? Jista' jelenka l-iskejjel reġistrati u kemm hemm minn dawn in-nies f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li sal-lum ir-reġistrazzjoni ta` dawk li jiġu f'kuntatt ma` l-ikel għadha ma bdietx.
Għaldaqstant, ninforma li sabiex persuni (food handlers) jiġu reġistrati mad-Dipartiment tas-Saħħa skond l-avviż legali 178 ta` l-2001 iridu qabel jattendu kors ta` taħriġ fl-Iġene ta` l-Ikel, liema kors irid ikun approvat minn dan id-Dipartiment.
Il-pubbliku ġie nfurmat b'avviżi li ħarġu fil-gazzetti lokali bl-obbligu li jirreġistra. Qegħdin isiru wkoll taħditiet ma` azjendi pubbliċi sabiex ikun jista` jingħata dan it-taħriġ lil dawk li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol sabiex ikunu lesti mħarrġa jekk isibu xogħol fil-maniġġ ta` l-ikel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm bħalissa hemm operaturi ta' l-ikel (food operators) li jaħdmu/jissupplixxu l-iskejjel u huma reġistrati skond l-avviż legali 180 tal-2001? Liema huma dawn l-operaturi u f'liema skejjel joperaw/jissupplixxu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat illi sat-23 ta` Jannar 2002 kien hemm ħames (5) operaturi li joperaw minn skejjel li rreġistraw tali post bħala post ta` ikel (food premises). Jista` jkun li operaturi oħra rreġistraw bħala li jservu l-ikel mingħajr ma indikaw li jissupplixxu xi skola.
L-informazzjoni dwar liema huma l-operaturi ma tistax tingħata għax hija meqjusa ta` natura kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħti s-servizz ta' barbier fl-Isptar San Luqa? Billi dan il-post ilu vakanti x'passi qed jittieħdu biex dan il-post jimtela? F'każ li jibqa' ma' japplika ħadd għal dan il-post, tikkonsidrax id-Diviżjoni tas-Saħħa li tuża s-servizzi tal-privat sakemm jimtela dan il-post?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-barbier li kien jaħdem fl-Isptar San Luqa rtira mis-servizz. Bħalissa, dan ix-xogħol qiegħed isir minn Nursing Aides u kultant anke minn infermiera.
Saru sejħiet permezz ta` ċirkularijiet indirizzati lill-Health Assistants biex min ried jiġi delegat lilu xogħol ta` barbier. Ninsab infurmat li ħadd ma applika għal dan il-post.
Saret talba wkoll biex jiġi impjegat barbier part-time, pero` sa issa din it-talba għadha ma ntlaqgħetx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġewimpjegati ħaddiema mall-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi minn Settembru 1998 sallum? F'kull każ xi grad għandha kull persuna mpjegata, meta ġiet impjegata, jekk hux full-time jew part-time, fejn ġiet posted fid-dekasteru tas-saħħa u għall-liema terminu ġiet impjegata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Waqt li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi minn Settembru 1998 sal-lum impjegat 58 persuna: 52 full-time, 5 part-time, u wieħed (1) apprentist.
Illum l-impjegati fil-Fondazzjoni jgħoddu total ta` 47: 41 full-time, 5 part-time, u apprentist.
Dettalji jinstabu skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti, li għandhom il-permessi meħtieġa biex jistgħu jiġu impurtati f'Malta? F'kull każ x'inhu l-pajjiż ta' l-oriġini ta' dawn il-prodotti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.