Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatibilita' etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn daħal s'issa s-servizz tal-gwardjani lokali u għal kemm sigħat fil-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, kunsill b'kunsill?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-servizz tal-Gwardjani Lokali s`issa daħal f`dawn il-lokalitajiet:
- Pembroke, Sliema, Swieqi, San Ġiljan u San Ġwann.
- Attard, Balzan, Birkirkara, Dingli, Iklin, Lija, Mdina, Rabat u
Santa Venera.
- Għargħur, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Naxxar u San Pawl il-Baħar.
- Gżira, Ħamrun, Msida, Pieta` u Ta` Xbiex.
- Għaxaq, Gudja, Marsaxlokk, Paola, Santa Luċija, Tarxien u
Żejtun.
- Qormi, Siġġiewi u Żebbuġ.
- Rabat (Għawdex), Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Kerċem,
Munxar, Nadur, Qala, Sannat, Xewkija u Żebbuġ.
Rigward is-sigħat tal-Gwardjani Lokali għal dan is-servizz nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Kunsilli Lokali individwali imsemmija hawn fuq peress li din il-funzjoni taqa` taħt ir-responsabbilta` tagħhom.
Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra x'inhi r-raġuni għalfejn fil-każi tat-tribunal lokali hemm prosekutur imqabbad mill-kunsilli iżda effettivament il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-ispetturi fid-distretti konċernati? Ma jidhirlux il-Ministru li dan huwa duplikazzjoni ta' xogħol? Fid-dawl illi l-ispetturi qed imexxu s-seduti, jista' jispjega x'inhu r-rwol tal-prosekuturi tal-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Għat-taħrikiet li ħarġu f`isem il-Kummissarju tal-Pulizija, l-prosekuzzjoni issir minn rappreżentant tal-Kummissarju, filwaqt li taħrikiet li jsiru f`isem il-Kunsill Lokali ssir prosekuzzjoni mis-Segretarju Eżekuttiv jew d-delegat tiegħu.
Ġustizzja u Gvern Lokali — Economic Impact Assessment
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru tiegħi ma kkummissjona ebda studju msemmi.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-priġunieri kollha li gawdew minn xi amnestija mill-1987, għaliex kienu qegħdin jiskontaw sentenza ta' ħabs, u kemm-il jum jew snin ta' priġunerija tnaqqsitilhom? Minn fejn huma?
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-priġunieri jew ċittadini Maltin u barranin li gawdew minn xi maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama mill-1987 'l hawn? Fuq xiex kienu nstabu ħatja? X'akkużi kellhom u x'inħafrilhom? Minn fejn huma?
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri minn dak kollu, u cioe' l-proġett mniedi u li fuqu kien intlaħaq ftehim ma' l-Għaqda Sajjieda Dilettanti Wied iż-Żurrieq, peress li jidher car li dak kollu miftiehem sfuma fix-xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi ebda dipartiment li jaqa fid-dikasteru tiegħi ma daħal f`xi ftehim ma` l-Għaqda Sajjieda Dilettanti f`Wied iż-Żurrieq.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-ammont ta' Lm10,000 allokat mill-fond speċjali għall-iżvilupp konsistenti tal-bini u tagħmir tal-Coast Guard Room ġewwa Wied iż-Żurrieq? F'każ li dawn intefqu, jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat dwar l-ammont minfuq u f'hiex intefqu? Jista' l-Ministru jgħid min ta l-permess sabiex dawn jintefqu fuq proġett ieħor differenti minn dak allokat għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi l-flus imsemmija ġew allokati lill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li hu korp legali statutorju u awtonomu, l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jindirizza d-domanda tiegħu lill-Kunsill tal-Qrendi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama ingħatat mill-1987 'l hawn? Met ingħataw u għal-liema raġuni? Minn fejn huma l-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni qed tinġabar,ir- risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-maħfriet presidenzjali kollha li ngħataw mill-1987 sal-1996? Lil min ingħataw? X'kienet l-akkuża u/jew akkużi? X'kienet il-piena inflitta? X'tip ta' maħfra ngħatat għal kull waħda? Fejn kienu jirrisjedu dawk li ngħataw il-maħfra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Persuni bħal tobba, nurses, eċċ. għandhom permess speċjali mill-Kummissarju tal-Pulizija biex ikunu jistgħu jipparkjaw il-vetturi f'postijiet li mhux suppost isir parking fihom, sakemm ikunu fuq ix-xogħol uffiċjali tagħhom. Jista' l-Ministru jgħid għaliex ċerti wardens xorta qed joħorġulhom ċitazzjoni tal-kontravenzjoni tat-traffiku? Jaf il-Ministru li dan ifisser telf ta' ħin, kemm tal-persuni konċernati kif ukoll tat-tribunal?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-permess speċjali maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija hu permess li jista` jiġi użat biss meta t-tobba u n-nurses ikunu fuq xogħol uffiċċjali tagħhom. Kemm il-darba Pulizija jew Gwardjan Lokali jkollu suspett li l-permess speċjali jkun qed jiġi abbużat, l-Pulizija jew Gwardjan għandu obbligu li joħroġ `ticket`.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kunsill lokali jirrifjuta talba bil-miktub li jagħti l-isem tal-kuntrattur li jipprovdi l-wardens tal-lokal? Għaliex talba bil-miktub lill-kunsill lokali biex jiddentifika l-isem ta' warden li n-numru tiegħu jidher fuq ċitazzjoni għal kontravenzjoni tat-traffiku tiġi wkoll miċħuda?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi ma għandi ebda nformazzjoni dwar it-talba u r-risposta li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, nitolbu biex jgħaddili l-informazzjoni msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni saret din is-sena s'issa mill-gwardjani lokali? Jista' jagħti breakdown ta' dawn iċ-ċitazzjonijiet u f'liema belt/raħal saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Minsitru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-bejgħ bis-subbasta tal-fond bl-indirizz 146, Triq San Pawl, Valletta jsir bla dewmien peress li l-fond hu perikoluż u qed jikkawża diffikultajiet kbar lil sid ta' fond ieħor taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma jirriżultax li hemm talbiet pendenti fis-Subbasti għall-bejgħ tal-fond imsemmi f`din il-mistoqsija.
Ġustizzja u Gvern Lokali — Azzjonijiet industrijali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16630?
Response (GATT, AUSTIN)
`Fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m`hemm l-ebda ittra maqbuda b`riżultat ta` l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.`
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lokalitajiet fejn qed jitħaddem is-servizz ta' gwardjani lokali? Liema huma dawk il-lokalitajiet li se jintroduċuhom fix-xhur li ġejjin? Meta se jkun obbligatorju, jekk hu l-każ, li kull lokal jipprovdi s-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tal-Gwardjani Lokali qed jitħaddem fil-lokalitajiet kollha ħlief f`dawn li ġejjin:
- Valletta, Floriana, Marsa
- Birżebbuġa, Kirkop, Luqa, Mqabba, Qrendi, Safi u Żurrieq
- Birgu, Bormla, Fgura, Isla, Kalkara, Marsaskala, Xgħajra u Żabbar
- Mtarfa
- San Lawrenz u Xagħra
Hu Maħsub li fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq, dan is-servizz jiġi ntrodott f`qasir żmien.
L-ebda Kunsill Lokali m`hu obbligat li jintroduċi dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' mpjegati fil-qorti u x'inhuma l-gradi tagħhom? X'kien id-dħul mir-registry fees fl-1999?
Response (GATT, AUSTIN)
`B`referenza għall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Interpellant, in-numru ta`impjegati fil-Qrati tal-Ġustizzja huwa ta` 347 li jinkludi l-membri tal-Ġudikatura kif ukoll impjegati ingaġġati b`kuntratt. Din il-figura hija korretta sa l-aħħar ta` Mejju 2000.
Hemm 113 il-impjegat fi gradi amministrattivi u klerikali, 33 fi gradi professjonali, 9 fi gradi tekniċi u superviżuri, 106 fi gradi dipartimentali, 37 fi gradi industriajli, 13 fuq bażi każwali, 34 impjegati fuq bażi kuntrattwali u 2 mislufa lid-Dipartiment minn Dipartiment ieħor u minn korporazzjoni rispettivament.`
Id-dħul mir-Registry fees kien ta` LM672,656 għas-sena 1999.