Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26951 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Hastings

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tneħħa parti mill-ħadid madwar l-ġnien ta' hastings dan l-aħħar?

Response (BORG, TONIO)

Il-ġnien ta` Hastings jaqa` taħt ir-responsabbilita` tad-Dipartiment tal-Agrikoltura. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #26970 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbuġ — Triq Imdina

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 26743, jista' l-Ministru jgħid għaliex proprju din is-sena biss inħasset il-ħtieġa li t-triq arterjali Imdina Road, Ħaż-Żebbuġ ingħalqet għat-traffiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`din l-okkażżjoni l-Pulizija ħasset il-ħtieġa illi t-triq tingħalaq.
Leg 9 PQ #26971 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Stamperiji

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista' ta' stamperiji li għandhom il-permess biex jaħdmu raħal raħal f'Malta u Għawdex? Kemm fil-fatt hemm fiż-żewġt gzejjer separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26973 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-deċiżjoni tal-PA rigward it-twaqqiegħ ta' ħajt li qiegħed madwar barumbara fi Triq ir-Redentur Ħaż-Żabbar?

Response (BORG, TONIO)

L-applikazzjoni li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellanti hija PA 1584/00 - Demolition of backyard wall for scheme Road Formation and Rebuild wall according to scheme alignment. Din l-applikazzjoni għadha pendenti.
Leg 9 PQ #26734 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Re-Instatement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi il-policy attwali dwar ir-re-instatement fil-Korp tal-Pulizija? Kemm ilha fis-seħħ?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25986.
Leg 9 PQ #26743 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Triq l-Imdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ingħalqet Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ nhar il-Ħadd, 10 ta' Ġunju 2001 fil-festa ta' San Filep meta din it-triq hi waħda arterjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-għeluq tat-triq imsemmija kienet miżura temporanja bħala prekawzjoni għal waqt il-ħruq tan-nar.
Leg 9 PQ #26796 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Allowance

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?

Response (BORG, TONIO)

Rigward dawk l-uffiċjali pubbliċi fuq “performance agreement” minn Skala 5 `l fuq, nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26419. Dwar allowances oħra, kemm żidiet kif ukoll dawk ġodda li ngħataw fid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern, mill-1 ta` Jannar 2001, ninsab infurmat illi dawn kienu kif jidher hawn taħt:- Dipartiment/Entita` Pożizzjoni Żieda fl-ammont ta` allowances fis-sena Raġuni Awtorita` ta` l-Ippjanar Strategic Planning Unit Manager Lm300 Lm1,060 Vjaġġar bl-ajru (w.e.f. 02/05/2001) Expense allowance (w.e.f. 02/05/2001) Servizzi Korrettivi Direttur Lm3,000 ( allowance ġdida w.e.f. 15/03/2001) Market correctivity allowance In-nefqa, l-amministrazzjoni u l-politika fis-Servizz tas-Sigurta` huma soġġetti biss għall-eżami tal-Kumitat tas-Sigurta`, skond kif provdut fl-artiklu 14 ta` l-Att dwar is-Servizz tas-Sigurta` 1996.
Leg 9 PQ #26640 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25328, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25821. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f`dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26723 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Estates Management Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna għaddew mill-eżami għal Principal Technical Officer fl-Estates Management Department. Kemm min dawk li għaddew se jingħataw din il-ħatra u kemm ġew maħtura s'issa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-eżami li kien sar għal Principal Technical Officer fl-Estate Management Department kienu għaddew tlett persuni. Il-ħatriet li jsiru f`din il-pożizzjoni, bħal fi kwalunkwe pożizzjoni oħra, isiru skond l-esiġenza tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern li magħha jagħmel l-Estate Management Department u sa issa inħatret biss persuna waħda mit-tlieta li għaddew mill-eżami.
Leg 9 PQ #26724 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pubblikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tielet u r-raba parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 25550?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar pubblikazzjonijiet maħruġa mill-Ministeru ta` l-Intern u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26726 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Firem tar-Residenti

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 26425, jista' jagħti tweġiba fir-rigward tar-responsabilitajiet li jaqgħu taħt il-pulizija i.e jekk hiex ir-regola li jingħataw permessi għal bejgħ ta' nbid, birra jew likuri spirtużi, sigaretti etc, f'areas mill-aktar residenzjali mingħajr il-firem tar-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` spjegajt fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26425, fl-ipproċessar ta` applikazzjonijiet għall-liċenzja ta` bejgħ ta` inbid, birra jew likuri spiritużi, issir in-neighbours consent form, ċioe` jintalbu il-firem tal-ġirien li għandhom djarhom sa tmintax-il metru bogħod mill-ħanut li għalih issir l-applikazzjoni.
Leg 9 PQ #26733 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern

Garage

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li toqgħod f'Housing Estate u li ħadet biċċa art b'ċens għall-ħamsin sena biex tibni garage fuqha tistax 1) jew tixtri l-art li fuqha inbena dan il-garage 2) Tistax din il-persuna tikri dan il-garage lil xi terza persuna

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kull talba li ssir lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern sabiex tinxtara proprjeta` immobbli tal-Gvern, inkluż art li tkun ingħatat b`ċens temporanju, tiġi kkunsidrata fuq il-merti partikulari tagħha. Jekk persuna li jkollha art mogħtija b`ċens temporanju ta` ħamsin sena biex tibni garaxx fuqha tistax tikri dan il-garaxx lil terzi jew le jiddependi mill-kundizzjonijiet kuntrattwali li jkollha din il-persuna. Normalment pero` dawn il-kundizzjonijiet kuntrattwali jkunu jipprovdu illi 'l-enfitewta ma jistax jiddisponi mis-sit jew bini fuqu b`ebda titolu mingħajr ma jitlob minn qabel il-permess tal-Kummissarju tal-Artijiet.
Leg 9 PQ #26745 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Gattard House

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm permess tal-PA biex isir it-tibdil strutturali li sar riċentement f'Gattard House?

Response (BORG, TONIO)

Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li sar xi xogħol strutturali f`parti mill-bini li qasam sular għoli f`żewġ sulari internament u dan mhux kopert bil-permess. Il-każ qed jiġi mistħarreġ biex il-fatti kollha jiġu stabbiliti.
Leg 9 PQ #26611 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26622 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'livell ta' protezzjoni lesta tagħti l-Awtorita' ta' l-Ippjanar lill-Imtali, wirt storiku rurali, meta tikkunsidra l-proposta għall-bini ta' skola fil-Karwija f'Ħal Kirkop.

Response (BORG, TONIO)

Il-ħitan tas-sejjiegħ u wirt rurali huma diġa` protetti permezz tan-Notifikazzjoni tal-Gvern Numru 160/97 maħruġa taħt il-liġi għall-Ħarsien ta` l-Ambjent.
Leg 9 PQ #26634 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra f'liema pożissjoni tinsab l-applikazzjoni numru 03946/00 li saret mal-Awtorita' tal-Ippjanar għar-restawr tal-ħitan tal-Batterija Della Grazie, Xgħajra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 3946/00 li saret ma` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għar-restawr tal-ħitan tal-Batterija della Grazie, Xgħajra tinsab fi stadju fejn l-Awtorita` qed tistenna kopja tal-pjanti reveduti u kopja oħra tal-method statement, kif imfisser fl-ittra mibgħuta lill-perit u l-applikant fit-30 ta` Mejju u li għaliha għad ma hemmx risposta.
Leg 9 PQ #26660 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Pompi tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'liċenzji u/jew permessi tal-pulizija jeħtieġu persuni/kumpaniji li jixtru jew joperaw pompi tal-petrol? X'inhuma dawk il-kundizzjonijiet li jimponi l-kummissarju għar-rigward l-istess liċenzja/permessi? Jista' jgħid jekk tali liċenzji/permessi ta' xiri/operaturi jingħatawx lil-persuni ta' nazzjonalita barranija u lil kumpaniji lokali?

Response (BORG, TONIO)

Il-liċenzji għal-pompi tal-petrol ma jinħarġux mill-Pulizija u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26663 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

ETC

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 26437, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini quddiem l-uffiċji ta' l-ETC f'Ħal Far hux mikri lil terzi għax jidher li qiegħed jiġi użat? Jekk fl-affermattiv, b'liema kundizzjonijiet hu mikri dan il-bini?

Response (BORG, TONIO)

Billi quddiem l-uffiċċji ta` l-ETC f`Ħal Far hemm aktar minn bini wieħed li huwa proprjeta` tal-Gvern, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħti iżjed tagħrif dwar il-bini li qed jirreferi għalih.
Leg 9 PQ #26142 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Kontijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25349, jista' l-Ministru jgħati lill-kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba: 1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku 2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-posizzjoni tal-kontijiet finanzjarji tal-entitajiet governativi? 3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25821. Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f`dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26538 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Trakkijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew iż-żewġ trakkijiet li ilhom ipparkjati fi Blackley Str, Pieta għal żmien twil?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi msemmija mill-Onor. Interpellant tneħħew.