Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' studenti li applikaw biex joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC ta' April / Mejju 2003? Kemm minnhom huma subien u kemm bniet? Jista' jgħid kemm minnhom huma minn skejjel tal-istat, tal-Knisja u Indipendenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minħabba l-fatt li għadhom deħlin l-applikazzjonijiet tal-'Very Late Applications' tal-Matsec Certificate u s-Single Subjects, għadu kmieni wisq biex tinġabar u tingħata informazzjoni eżatta għal din il-Mistoqsija. It-tagħrif mitlub jingħata aktar tard.
Jista' il-Ministru jagħti nformazzjoni dwar kemm-il student ser joqħodu għal kull suġġett fl-eżamijiet tas-SEC ta' April / Mejju? Jista' jagħti breakdown ta' kemm għażlu Paper A u Paper B f'kull suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337
Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti biex joqgħodu għall-eżamijiet tal-MATSEC ta' din is-sena? Kemm hemm fil-livell avanzat u kemm fl-intermediate? Kemm hemm subien u bniet? Jista' jelenka kemm minnhom huma minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li talbu eżenzjoni mill-ħlas għall-eżamijiet tas-SEC ta' din is-sena? X'kienu r-raġunijiet? Kemm kien hemm li applikaw għall-istess għan minn dwk li ser jagħmlu l-eżamijiet fil-livell avvanzat u dak intermediate?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 38337.
Fl-iskejjel sekondarji ġenerali tal-gvern x'laboratorji tal-kompjuter hemm, skola bi skola, li fiha qed issir edukazzjoni tal-IT lil-istudenti? Xi kwalita' ta' personal computers hemm f'dawn il-laboratorji u x'faċilitajiet għandhom f'dik li hi ħeffa u kapaċita'? F'liema skejjel sekondarji ġenerali tal-Gvern hemm għalliema regolari tal-IT biex jgħallmu b'mod regolari lill-istudenti? Liema skejjel sekondarji ġenerali ma kellhomx għalliema regolari tal-IT tul din is-sena skolasitka s'issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat ukoll li dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, t-tagħrif ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fl-iskejjel Sekondarji ġenerali tal-Gvern kollha hemm għalliema regolari tal-IT biex jgħallmu b'mod regolari lill-istudenti. Ma kien hemm l-ebda skola sekondarja ġenerali tal-Gvern li ma kellhiex għalliema regolari tal-IT tul din is-sena skolastika s'issa.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38215 meta hemm il-ħsieb li jiġu proċessati l-applikazzjonijiet pendenti kollha li hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fi żmien qasir jiġu proċessati l-applikazzjonijiet pendenti kollha li hemm.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlametnari numru 38308 u cioe' kemm hemm każi appellati minn deċiżjonijiet tal-istatementing Moderating Panel? Kemm hemm appelli pendenti? Kemm ilhom jistennew? X'komunikazzjoni saret mal-ġenituri tat-tfal li qed jistennew li jinatgħu l-appelli?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li:
1. Każi appellati minn deċiżjonijiet ta' l-Istatementing Moderating Panel kienu 22 fis-sena 2002.
2. Appelli pendenti hemm biss 2 u ilhom jistennew minn Diċembru 2002.
3. Il-ġenituri ġew mitluba jiktbu ittra biex juru għaliex qed jappellaw.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu u fis-Segretarjat Parlamentari? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-onorevoli interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Nru.38415.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-istrutturi tal-ħarsien tal-wirt storiku biex ma tinqeridx il-binja tal-Palazz de Fremaux fiż-Żejtun li kien skedat bħala wirt arkitettoniku?
Response (GALEA, LOUIS)
L-istrutturi konċernati taw il-pariri tagħhom lill-awtoritajiet konċernati kif kienu jipprovdu l-liġijiet.
Jista' l-Ministru jgħid liema bini ta' skejjel se jiġu wżati fil-programm ta' edukazzjoni fl-IT wara l-ħin ta' l-iskola? Kemm tfal se jkunu qed jattendu f'kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni b'kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali nieda żewġ proġetti li fihom ser jintużaw il-laboratorji tal-Kompjuters fl-iskejjel sekondarji wara il-ħin ta' l-iskola.
L-ewwel inizjattiva 'My Web' bdiet fit-22 ta' Jannar. Din l-inizjattiva hija mmirata għal adulti fil-komunita' biex jiġu mħarrġa fil-kompetenza tal-kompjuter.
Dawn huma l-iskejjel li se jkunu ċentri ta' taħriġ fil-komunita'.
1. Dun Ġużepp Zammit Brighella BJL - Ħamrun
2. Kan. Gian Franġisk Agius De Soldanis - Victoria, Gozo
3. Santa Tereża GJL - Mrieħel
4. St. Joseph BJL - Paola
5. Lily of the Valley GSS - Mosta
6. Ġużeppi Dispott BJL - Cospicua
7. Kan Pawl Pullicino GSS - Rabat
8. Mikiel Anton Vassalli BJL - Qormi
9. Carlo Diacono GJL - Żejtun
10. Margaret Mortimer GJL - St Lucia
11. Sir Adrian Dingli GJL - Pembroke
Informat ukoll li minn din is-sena ġie rivedut is-sillabu ta' l-ICT biex jagħti possiblita` lill-istudenti kollha jersqu għall-European Computer Driving Licence (ECDL). Dan ġie ntrodott mill-ewwel klassi ta' l-iskejjel sekondarji. Biex tingħata opportunita` lill-istudenti tal-Form 4 u Form 5 biex jersqu għal dan l-eżami qed jiġi ppjanat biex dawn l-istudenti jiġu offruti tletin siegħa ta' taħriġ addizzjonali wara l-ħin ta' l-iskola.
Għal din l-inizjattiva l-iskejjel sekondarji kollha se jkunu nvoluti.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel qed isiru laqgħat dwar l-Unjoni Ewropea wara l-ħin ta' l-iskola matul ix-xhur ta' Jannar u Frar 2003? Min qed jorganizza dawn il-laqgħat u min qed ikun mistieden għalihom? Min huma l-organizzazzjonijiet li qed iressqu l-fehmiet tagħhom f'dawn il-laqgħat?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa ma jirriżultax li qed isiru l-laqgħat imsemmija mill-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel primarji u sekondarji f'Malta u Għawdex mhux se jsiru elezzjonijiet għall-kunsilli skolastiċi għax ma kienx hemm kontestazzjoni għall-ħatriet?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-Domanda mhix ċara jekk l-Onor. hux jirreferi għall-elezzjoni tal-ġenituri jew ta' l-għalliema.
Infurmat li in-numru ta' elezzjonijiet mhux kontestati huwa dan:
Malta Għalliema Ġenituri
Primarja 46 17
Sekondarja 29 22
Għawdex
Primarja 10 8
Sekondarja 4 4
Skejjel Speċjali 4 5
Eżamijiet tal-Junior Lyceum — Marki ta' l-istudenti
Question
X'bidliet sostanzjali se jkun hemm fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum li se jinżamm fis-sena 2003? Kif se jiġu kkalkulati l-marki tal-istudenti kandidati tal-eżamijiet b'differenza mill-eżamijiet li ġew orġaniżżati s'issa, sena wara sena?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa qed isir xogħol ta' riċerka fuq kif jistgħu isiru l-bidliet bla skossi, b'mod validu u fl-aħjar vantaġġ għat-tfal. Id-Dipartiment tal-Kurrikulu mhux biss jagħti sentejn 'notice qabel xi bidla bħal din iżda ukoll iħarreġ l-għalliema, l-istudenti u l-ġenituri stess għall-bidla. Waqt li il-preparazzjoni għal dan it-tibdil se tibda għaddejja permezz ta' program pilota f'numru ta' skejjel primarji żgur li jkun prematur li wieħed jagħmel xi bidliet sostanzjali minn din is-sena.
Kemm hemm Junior Lyceums tal-bniet u subien li bħalissa jew matul din is-sena skolastika se jispiċċaw bla kap? Xi pjani hemm biex jilħqu persuni oħra flok dawk li jispiċċaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li ser jispiċċaw żewġ kapijiet ta' l-iskola. L-interview ta' wieħed minnhom diġa sar u r-riżultat hu magħruf.
Meta kap ta' skola li jkun fiha aktar minn 500 student jasal biex jispiċċa, toħroġ sejħa interna fost il-kapijiet li huma diġa' fil-post. L-għażla tal-kap il-ġdid tkun minn din is-sejħa.
Kemm hemm persuni li applikaw għall-warrant ta' għalliema u qed jistennew li jingħataw dan il-warrant, minħabba li d-dewmien tal-għoti ta' warrant qed jikkaġuna tbatijiet għall-persuni li qed jitħallew jistennew b'detriment għal kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li matul is-sena li g[addiet, il-Board iltaqa' 33 darba u għadda tliet mija u tlieta u tmenin warrant permanenti, mija u għoxrin warrant temporanju, u ġedded mitejn disgħa u ħamsin warrant temporanju.
Bħalissa hemm pendenti disgħa u ħamsin applikazzjoni għall-warrant permanenti u wieħed u erbgħin applikazzjoni għall-warrant temporanju.
Jista' il-Ministru ġentilment jara li d-Dipartiment tal-Mużewijiet jieħu ħsieb jnaddaf il-car park li hemm ħdejn Għar Dalam għaliex dan il-car park hu maħmuġ u mimli boroż tal-garbage? Billi jien infurmat li dan il-car park jaqa taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet, possibli jittieħdu passi biex jindaf għax hu ta' eyesore anke għall dawk li jżuruh?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li għalkemm dan il-Car Park qatt ma kien taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet, il-Patrimonju Malti talbet lill-Kunsill Lokali ta' B'Bugia biex jieħdu ħsieb it-tindif ta' dan is-sit.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 37995 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel ta' l-Istat li l-faċilitajiet sportivi tagħhom jintużaw minn għaqdiet wara l-ħin tal-iskola? Liema huma l-iskejjel u l-għaqdiet? Isir xi ħlas? Jekk iva, kemm f' kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.