Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' l-operaturi (numri mhux ismijiet) settur b'settur, li jħallsu xi forma ta' liċenzja lill-awtorita' Maltija tat-turiżmu f'Malta u f'Għawdex, u settur b'settur kemm iħallsu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ristoranti kienu miftuħa f'Malta u f'Għawdex f'Settembru tas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ristoranti u snack bars reġistrati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu bejn l-2000 u l-2005, sena b'sena hu kief ġej:
Sena
Numru
2000
888
2001
905
2002
905
2003
944
2004
996
2005*
1,032
* Sa Novembru
Jista' il-Ministru jgħid jekk għandux, jew għandux il-ħsieb li jkollu, konsulent fil-qasam tal-media? Fil-każ li iva, min hu jew min se jkun? B'liema kondizzjonijiet huwa jew se jkun maħtur dan il-konsulent?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Ministeru għamel talba għal-konsulent fil qasam tal-media. Peress li t-talba għadha qed tiġi kkunsidrata ma jkunx prudenti li tingħata l-informazzjoni mitluba f'dan l-istadju.
Jista' il-Ministru jgħid kemm sena b'sena kemm ġew turisti miċ-Ċina mindu ċ-Ċina tat Approved Destination Status lil Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Approved Destination Status għat-turisti Ċiniżi bdiet topera fl-2002.
L-istatistika kif pubblikata mill-NSO għall-turisti Ċiniżi li żaru Malta mill-2002, hi kif ġej:
2002 – 1446
2003 – 1241
2004 – 1357
L-istatistika tas-sena 2005 għal dan is-suq għadha ma ġietx pubblikata mill-NSO.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk jiġux organizzati żjarat għat-tfal ta' l-iskejjel għal siti storiċi u/jew mużewijiet speċifiċi biex dawn jitgħallmu aktar dwar dak is-sit partikolari jew dwar xi esebiti f’mużew, minn xi organizzazzjoni li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Heritage Malta bħala aġenzija organizzat diversi żjarat għat-tfal ta’ l-iskejjel kemm f’siti u mużewijiet tagħha u fejn m’organizzathomx din l-aġenzija għax iż-żjarat kienu organizzati mill-iskejjel infushom, Heritage Malta rat li torganizza t-tours biex it-tfal jingħataw it-tagħrif kollu xieraq. Barra minn hekk, Heritage Malta torganizza wkoll attivitajiet oħra mmirati lejn it-tfal li fihom mhux biss jingħata tagħrif dwar l-istorja ta’ pajjiżna imma t-tfal jiġu mħajjra jipparteċipaw b’mod li jappella għall-kreattività tagħhom. Din l-aġenzija għandha wkoll programmi edukattivi apposta għat-tfal li għalissa huma limitati għal żewġ siti għax il-proġett għadu fil-bidu imma li se jkompli jiżviluppa skond l-esperjenza. Heritage Malta se tkompli b’dawn l-attivitajiet fi programm li diġà huwa mhejji għas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan serju ta' ħidma biex jiġu rkuprati postijiet storiċi fis-swar tal-Kottonera li bħalissa huma okkupati (f'każi anke illegalment) biex ma jibqgħux jiġu abbużati u minflok jibdew jintużaw b'mod aktar adattat bħala parti mill-wirt stoiku tagħna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kif jista' ikun li għas-sena d-dieħla l-Ministeru ser jonfoq Lm35,000 fuq utilities meta fis-sena 2004 in-nefqa kienet Lm40,348 meta tqis li għas-sena d-dieħla ser jkun hemm surcharge ta' 55% fuq id-dawl u l-ilma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-allokazzjoni tas-sena 2004 tal-kategorija utilities kienet ta' Lm 29,000. In-nefqa ta' Lm 40,348 fis-sena 2004 kienet dovuta għall-ħlas ta' darba li kienet tinkorpora ħlasijiet ta' dawl u ilma li jappartjenu lill-White Rocks Holiday Complex li issa m'għadux jopera.
Jista' il-Ministru jgħid fiex se jintnefqu l-Lm500,000 fis-sena 2006 fuq branding? Liema spejjeż tal-proċess se tkopri din in-nefqa? X'parti hi min-nefqa totali tal-branding in-Lm0.5 miljun vvutata għas-sena 2006?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern jinsab impenjat illi l-branding ikun suċċess. Għaldaqstant ivvota Lm 0.5 miljun lejn dan l-eżerċizzju għas-sena 2006.
Huwa ppjanat li l-Lm 500,000 li kienu allokati mill-Gvern għall-branding għas-sena 2006, ser jiġu utilizzati kif spjegat:
1) Eserċizzju ta' riċerka relatati mal-proċess ta' branding (stima): Lm 50,000
2) Preparazzjoni u implementazzjoni ta' strateġija ta' komunikazzjoni tal-brand barra minn Malta (stima): Lm 40,000
3) Proċess ta' Internal Branding immirat biex jinkoraġġixxi l-adozzjoni tal-valuri tal-brand fost l-industrija lokali tat-turiżmu u fost il-poplu Malti: Lm 50,000
Mhuwiex il-każ li wieħed jgħid, f'dan l-istadju, kemm ser ikunu l-bżonnijiet biex jitwettaq dan l-eżerċizzju fis-sentejn ta' wara. Il-Gvern jiddeċiedi dwar in-nefqa minn sena għall-sena: pero' żgur li dan il-proċess tal-branding ser ikompli jingħata l-importanza illi tixraqlu.
Jista' il-Ministru jgħid min inħatar biex jikkordina s-segments differenti tas-suq turistiku tagħha fl-awtorita' Maltija tat-turiżmu u għal kemm żmien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej:
Segment
Isem
Tour Operating and Leisure
Is-Sur Joe Galea
Sport
Is-Sur Michael Piscopo
Other and Growth Markets
Is-Sur Carlo Micallef
History and Culture
Is-Sur Dominic Micallef.
L-Awtorità ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet ta’
Segment Heads
għall-
English Language Learning,
għall-
Meetings,
Incentives, Conferences and Exhibitions (MICE)
u għal
Gozo.
Is-sejħa għalqet fis-16 ta’ Novembru 2005.
M’hemmx terminu ta’ żmien marbut ma’ dawn il-karigi.
Mindu għaddejna l-liġi dwar il-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali, kemm-il darba ntużat s'issa l-għodda ta' inċentiv fiskali biex inġibu 'l quddiem il-wirt storiku tagħna? F'liema każi ntużat din l-għodda ta' inċentiv fiskali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fuq xiex qed jiġi ppjanat li jintnefqu l-Lm100,000 fis-sena 2006 fuq golf course project?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Din is-somma hija maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż kollha relatati ma’ l-Environmental Impact Assessment, kif ukoll spejjeż relatati mad-disinn tal-korsa u l-koordinament neċessarju biex jiġi ffinalizzat l-EIA u spejjeż oħra relatati ma’ l-EIA ta’ l-iżvilupp propost ta’ korsa tal-golf.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-Jazz festival għas-sena d-dieħla, li kien jiġi organizzat għal dawn l-aħħar snin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-pjan tal-Gvern hu li nkomplu niżviluppaw il-Jazz Festival bħala wieħed mill-aqwa Jazz Festivals li jsiru fil-Mediterran. Dan hu avveniment li għandu valur kulturali u turistiku kbir.
Kif diġà kelli okkażjoni nħabbar, il-Ministeru u l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qegħdin jikkonsidraw offerta li saret minn kumpanija privata sabiex tidħol f’
partnership
mal-Gvern f’dan l-avveniment.
Jista' il-Ministru jgħid fiex intnefqu s-somom ta' Lm16,205 fis-sena 2004 u Lm18,000 fis-sena 2005 fuq Hotel's Improvement Sceheme (subsidy)?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Fis-sena 2002, il-Gvern nieda skema ta' sussidju ta' 2 fil-mija fuq ir-rata ta' interessi fuq self li sid/operatur fis-settur tal-akkomodazzjoni jieħu biex jagħmel proġett ta' ristrutturar. L-iskema qed tiġi offruta lis-sidien/operaturi ta' propjeta' liċenzjata b'mitt sodda jew anqas. Il-ħlas tas-sussidju jingħata fuq massimu ta' għaxar snin mid-data tas-self.
Matul is-sena 2004 żewġ sidien operaturi applikaw u bbenefikaw min din l-iskema. Is-somma ta' Lm 16, 205 intefqet kif jidher hawn taħt:
Hotel Ta' Ċenċ - Lm 9,219
Hotel Calypso - Lm 6,986
Fis-sena 2005 applika sid/operatur ieħor għal din l-iskema. Sal-15 ta' Novembru 2005 intnefqet is-somma ta' Lm 9,827 kif jidher hawn taħt:
Hotel Petit Paradis - Lm 5,000
Hotel Ta' Ċenċ - Lm 4,827
Id-Dipartiment għadu jistenna talba mill-Hotel Calypso għall-perjodu mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Awissu 2005.
Jista' il-Ministru jgħid fiex se jintnefqu l-Lm150,000 fuq tourism zone management fis-sena 2006?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Lm 150,000 allokati għat-tourism zones ser jitqasmu kif ġej:
Tindif Lm 50,000
Ħasil ta' Promenades u Toroq Lm 50,000
Interventi fiż-żminijiet li ġejjin:
Mellieħa/San Pawl il-Baħar Lm 10,000
Sliema/San Ġiljan Lm 10,000
Valletta/Port il-Kbir Lm 10,000
Mdina/Rabat Lm 10,000
Għawdex Lm 10,000
Jista' il-Ministru jagħti rendikont dettaljat kif intnefqu Lm500,000 fis-sena 2005 s'issa għall-Public Service Obligation - PBS Ltd?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bħalma jaf l-Onor Membru l-PBS illum qed jopera fuq bażi kummerċjali u peress li l-informazzjoni mitluba hija meqjusa kummerċjalment sensittiva ma nħossx li din għandha tkun ippubblikata.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm vetturi wżati mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti? Kemm minnnhom huma mikrija? Kemm tħallas s’issa matul din is-sena għall-kiri ta’dawn il-vetturi? Kemm tħallas s’issa matul din is-sena fl-użu ta’ petrol/diesel?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jagħmel użu minn erba’ vetturi:
FQZ 123 – Mitsubishi Van
CBK 165 – Daewoo Matiz
DAK 247 – Hyundai
GVH 066 – Toyota Van
Tlieta minnhom huma mikrija u l-ispiża s’issa għall-kiri ta’ dawn il-vetturi hija ta’ Lm 4,284.
Għar-rigward ta’ konsum ta’ fuel għal din is-sena s’issa tħallas l-ammont ta’ Lm 1,260.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet li saru fit-tieni fażi tal-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ, San Ġiljan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru fit-tieni fażi tal-proġett tal-Bajja ta’ San Ġorġ kienu jinkludu: l-kostruzzjoni ta’ żewġ terzi ta’l-istorm water culvert, (l-ewwel terz tlesta fl-ewwel fażi tal-proġett); il-kostruzzjoni ta’ promenade li kien jinkludi l-aċċess għall-bajja; il-bini mill-ġdid tal-bankini kollha tal-madwar; id-dawl tal-promenade li jinkludi wkoll l-installazzjoni u x-xiri tad-dwal; xogħol ta’ landscaping li jinkludi railings, bankijiet, pjanti u qsari; u tqegħid mill-ġdid tal-wiċċ tat-triq.
L-ispiża għal dan ix-xogħol swiet Lm173,955 eskluża l-VAT.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm nies żaru l-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li żaru l-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu fis-sena 2004 kien ta' 49,874. Bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena n-numru ta' viżitaturi kien ta' 33,851.