Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti għax-xogħlijiet għall-immaniġġar tal-ilma tax-xita fil-lokalità tal-Kalkara b’mod partikolari fiż-żona ta’ wara l-Knisja Parrokjali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li ħarġet sejħa għall-offerti biex isir dan ix-xogħol. Din is-sejħa għalqet u qegħdin jiġu aġġudikati l-offerti mitfuħa.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-pitch tal-waterpolo f’Birżebbuġa?
Response (MIZZI, JOE)
Ix-xogħol fuq il-bini tal-pixxina u l-‘pump room’ tlesta xhur ilu. Fil-fatt matul is-Sajf, il-Klabb ħa l-immaniġġar tal-pixxina f’idejh u għamel użu minnha fejn saru numru ta’ korsijiet indirizzati għat-tfal u żgħażagħ ta’ etajiet differenti.
Jista’ l-Ministru jelenka fiex waslu l-preparamenti fuq ix-xogħlijiet f’Misraħ il-Barrieri (Triq l-Irmiġġ)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħareġ il-permess tal-Awtorità ta’l-Ippjanar u li nħarġu żewġ sejħiet għall-offerti: waħda biex isir ix-xogħol ta' landscaping tal-pjazza u l-oħra biex isiru x-xogħlijiet tat-toroq. Dik tal-landscaping qed tiġi evalwata waqt li dik tat-toroq, ingħatat. Kif tingħata l-offerta tal-landscaping, ikun jista’ jinbeda x-xogħol.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li għandu problema ta’ parkeġġ quddiem il-ħanut tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għamlet kuntatt mal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament u se tkellem lill-Kunsill Lokal kkonċernat sabiex tinstab soluzzjoni għal dan il-każ.
Raħal Ġdid – Vjal Sir Paul Boffa – żabar ta’ siġar
Question
B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 22561, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-aħħar li ġew miżbura s-siġar li jinsabu fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid u jgħid jistax jiġu mdaħħla fil-programm biex fix-xhur li ġejjin jiġu miżbura?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn is-siġar ġew miżbura l-aħħar fil-21 ta' April 2016. Din it-triq tagħmel parti mill-programm ta’ żbir f’Malta u żabra oħra jmiss li ssir fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti rimanenti minn Triq it-Torri ġewwa Marsaxlokk hijiex fil-lista ta’ toroq sabiex jitkomplew? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, il-Ministeru meta beħsiebu jindirizza din l-unika parti minn triq sħiħa li ġiet imħollija fi stat ta’ abbandun u telqa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda mat-tindif tat-toroq mill-elezzjoni ‘l hawn? Xi grad għandhom u x’inhi l-ispiża addizzjonali għad-dipartiment kull sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li fis-sena 2014 iddaħħlu 80 persuna sabiex isir tindif f’żoni turistiċi.
Ftit tal-ġranet ilu ġew ingaġġati 40 persuna oħra sabiex iwettqu xogħol ta’ tindif fuq il-bajjiet u dan qed isir biex tingħata spinta nazzjonali fit-tindif ġenerali tal-pajjiż.
Il-ħaddiema kollha ġew ingaġġati fil-post ta’ labourer, u dan ir-reklutaġġ sar minħabba r-rata tal-irtirar għolja fid-Direttorat, kif ukoll minħabba żieda sostanzjali fit-talbiet għat-tindif mill-pubbliku inġenerali.
L-ispiża kull sena kienet kif ġej :
2014 € 366,320
2015 € 766,000
2016(sas-6 ta’ Ottubru) € 918,153
F’isem il-500 resident li jgħixu kemm fiż-żona ta’ Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan fejn ir-residenti jinsabu f’diffikultà minħabba l-inżul u t-telgħat f’Ta’ Ġiorni kif ukoll f’tarf San Ġwann, jista’ l-Ministru jispjega għaliex ir-rotta 110 tneħħiet milli tgħaddi minn Ta’ Ġiorni għal tas-Sliema, , ġaladarba tal-linja huwa servizz għall-pubbliku ssusidjat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 110 tgħaddi minn fuq il-bus stop “Mayr” li qiegħed fi Triq Birkirkara. Dan il-bus stop jinsab madwar 450 metru ‘l bogħod mill-bus stop li jġib l-isem ta’ “Giorni” li jinsab fi Triq Lapsi ġewwa l-lokalità ta’ Ta’ Giorni.
Minbarra r-rotot 22 li hija r-rotta li isservi l-Ta’ Giorni u r-rotta 110, minn fuq il-bus stop “Mayr” tgħaddi wkoll ir-rotta 203. Kemm ir-rotta 110 kif ukoll ir-rotta 203 jipprovdu konnessjoni lejn tas-Sliema u San Ġiljan.
Ta’ min jirrimarka li r-rotta ta’ Ta’ Giorni, jiġifieri ir-rotta 22, wara konsultazzjoni kemm mal-pubbliku kif ukoll mal-Kunsill Lokali, ġiet modifikata sabiex minbarra konnessjoni għall-Belt Valletta u l-Isptar Mater Dei, issa qegħda tipprovdi wkoll konnesjoni diretta lejn l-inħawi ta’ Santa Liena ġewwa Birkirkara.
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li, ġaladarba l-parking f’parti minn Rue d’Argens tneħħa, almenu jkun hemm loading u unloading bay biex jintużaw kemm mill-ħwienet kif ukoll mir-residenti, peress li ħafna mir-residenti huma anzjani?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-un/loading bay li kien hemm fi Triq Rue D’Argens, Msida ġiet imressqa fi Triq it-Tabib Robert Naudi, Msida kantuniera ma’ Triq Rue D’Argens, Msida.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-lanes madwar Malta u Għawdex li huma kklassifikati bħala priority lanes (jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala bus lanes) minn Transport Malta u kif jista’ ċittadin jivverifika liema minn dawn il-lanes huma attivi u liema huma sospiżi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-priority lanes eżistenti huma kif indikati hawn taħt. Tul dawn il-priority lanes ikun hemm installati tabelli li jindikaw jekk dawn il-lanes humiex attivi jew sospiżi.
Bus / Priority Lanes
Aldo Moro (Northbound)
Aldo Moro (Southbound)
Msida Bus Lane
Pieta' Bus Lane
Triq Nazzjonali & Triq Sarria Floriana
Gzira Bus Lane
Sliema Ferries Bus Lane
Blata l-Bajda – Triq Nazzjonali - Bus Lane
Il-Mellieħa – Triq il-Kortin u Triq Għar u Casa — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ittieħditx deċiżjoni minn Trasport Malta dwar meta hu mistenni li jibda u jitlesta x-xogħol ta’ bini mill-ġdid fuq żewġ toroq fil-Mellieħa bl-isem ta’ Triq il-Kortin u Triq Għar u Casa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Għar u Casa hija mniżżla fil-lista ta’ toroq li jridu jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba t-triq tiġi ffurmata skont l-iskema u l-obbligi legali tal-iżviluppaturi/residenti. Rigward Triq il-Kortin nidderiġi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 22157, filwaqt li nżid li dawn ix-xogħlijiet isiru skont il-fondi disponibbli.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta ser jitlesta l-pont pedonali li għandu jsir fil-bypass tal-Imrieħel biex jgħaqqad iż-żona fuq tal-Blat f'Ħal Qormi u l-Imrieħel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbażi tal-pjan sottomess mill-kuntrattur, ix-xogħlijiet fuq il-pont pedonali mistennija li jkunu lesti sat-tieni kwart tas-sena d-dieħla.
Billi jidher li Transport Malta tagħti permessi biex ikun jista' jsir tħaffir fit-toroq, lil bosta entitajiet kemm tal-Gvern kif ukoll privati, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'follow up isir mill-istess Transport Malta biex jiġi assigurat li x-xogħol ta' patching isir kif suppost? Kemm kien hemm każijiet, matul l-aħħar 12-il xahar fejn Transport Malta talbet li jinqala' x-xogħol ħażin li sar u jerġa’ jsir mill-ġdid, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26775.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq is-Simar, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar tkun tista' tinbena, almenu fil-partijiet fejn l-istess triq hi kompletament mibnija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni tinsab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li għandhom jingħataw wiċċ minn Transport Malta ġaladarba jkunu ffurmati mill-iżviluppaturi jew residenti, skont l-obbligi tagħhom. Meta l-iffurmar ikun lest, Transport Malta tasfalta din it-triq skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akkwist.
Il-Mosta – Triq il-Qalbiena Mostin – traffic management
Question
Jista’ l-Ministru jintervjeni biex fi Triq il-Qalbiena Mostin, isir traffic management aħjar u forsi anke jsiru speed cameras fil-post?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tali triq taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsill lokali u t-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta m’għandha l-ebda talba pendenti għal Traffic Management f’din it-triq.
Skont il-proċedura eżisteni, il-kunsill lokali għandu jissottometti l-proposti tiegħu għal konsiderazzjoni tal-Awtorita’.
Ninforma wkoll lill-Onore. Interpellant li talbiet għal speed cameras għandhom jiġu sottomessi lil LESA.
Jista’ l-Ministru jintervjeni sabiex titnaddaf il-Housing Estate Ta’ Mlit fil-Mosta, in-naħa ta’ Triq in-Nasba?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni fit-triq imsemmija. Għalkemm din taqa’ taħt ir- repsonsabbilta’ tal-Kunsill Lokali sabiex titnaddaf, ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ser iwettqu intervent sabiex isir it-tindif neċessarju.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-tabella li tkissret fi Triq il-Kosta, qrib id-daħla ta' Buġibba fejn hemm il-lights wara tkun qbiżt Kennedy Grove, tiġi rranġata wara li tkissret xi jiem ilu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella in kwistjoni ġiet ordnata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26675 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma lill-Kamra jekk l-għaqdiet sportivi humiex eżenti mill-ħlasijiet ta' Transport Malta biex iwaħħlu tabelli?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 26770.
San Pawl il-Baħar — spezzjonijiet fuq xogħol ta’ toroq minn Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta wettqitx, matul l-aħħar xhur, xi spezzjonijiet fuq xogħol ta' toroq li saru mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, u dan minħabba l-kwalità ħażina tax-xogħol li sar? Jekk le, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb li jsiru tali spezzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-aħħar xhur ma saret l-ebda spezzjoni fuq xogħol tal-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar kawża ta’ xogħlijiet ħżiena. Hekk kif intqal fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 26250, 24655, 19628, 19629, 18802 u 17819, u kif indikat ukoll f’din il-mistoqsija, d-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta ma’ jimmaniġjax u lanqas jiċċertifika xogħol esegwit qabel ma jkun konkluż ix-xogħol min-naħa tal-entita’, iżda tispezzjona xogħlijiet tal-entitaijet kollha, li jkunu saru bil-permess taħt is-sistema RPS (Road Permit System), matul is-sentejn garanzija, wara li jkun ġie kkonfermat mill-perit f’isem l-istess entita’ responabbli, li tali xogħlijiet saru b’livell ta’ kwalita’ aċċettabli.
B’referenza partikolari għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 17819:
“Il-maġġoranza tax-xogħlijiet ikkummissjonati mill-kunsilli lokali jikkonsistu fit-tqegħid ta’ wiċċ ġdid fit-toroq residenzjali mmaniġjati mill-istess kunsilli. Għal dawn ix-xogħlijiet il-kunsilli lokali joħorġu sejħa għall-offerti u eventwalment il-kuntrattur nominat huwa obbligat li jsegwi l-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratt u jibqa’ responsabbli tul il-garanzjia mposta fl-istess kuntratt. Il-kunsill permezz tal-Perit imqabbad minnu huwa responsabbli li l-kuntrattur iwettaq ix-xogħlijiet skont is-sengħa.”
Jekk il-perit li qiegħed jirrapreżenta lil entita’ partikolari jsib li x-xogħlijiet ma sarux f’livell ta’ kwalita’ aċċettabli waqt l-andament tax-xogħol, dan għandu, f’isem u mal-entita’ kkonċernata, jaġixxi mal-kuntrattur responsabbli sabiex isir ir-rimedju neċessarju u jagħlaq ix-xogħol għas-sodisfazzjon tal-kuntratt tiegħu qabel ma jissottometti rapport ta’ konformita’ għall-approvazzjoni tal-perit ta’ Transport Malta.
Jekk matul is-sentejn garanzija, hekk kif stipulat fl-L.S. 499.57, jinstab li ix-xogħlijiet ma jkunux żammew il-livelli ta’ kwalita’ aċċettabli, Transport Malta tordna lill-entita’ u l-kuntrattur sabiex jerġgħu jsiru x-xogħlijiet mill-ġdid jew isewwu kif neċessarju.
Jista' l-Ministru jara li terġa' titpoġġa skip fiż-żona tas-Salina ħdejn l-islip way biswit is-salini tal-melħ limiti tas-Salina u jara ukoll li t-tindif taż-żona jibqa' jsir b'mod regolari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser isiru l-arranġamenti minn naħa tad-Direttorat tas-Servizzi tat-Tindif biex titpoġġa skip fis-sit imsemmi. L-istess Direttorat ser jieħu ħsieb li din l-iskip titnaddaf b'mod regolari. Dan l-arranġament jibqa’ fis-seħħ sakemm ikun hemm ftehim mod ieħor ma’ Ministeri u entitajiet oħra.