Software & IT industry — Twaqqif ta' venture capital fund
Question
Iħoss il-ministeru li flimkien mal-ministeru konċernat għandu jinkoraġixxi t-twaqqif ta' venture capital fund ħalli jippromwovi l-iżvilupp indiġenu tas-software and IT industry? Għandu jkun hemm national task force on information technology and software development?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Ministeru jaqbel li l-kuncett ta' venture capital ghal-kumpanniji tas-software ikun inkoraggit sakemm dan isir f'kuntest shih tal-venture capital fil-pajjiz, li ghalih huwa responsabbli Ministeru iehor. Dan il-Ministeru jemmen ukoll li fl-izvillup ta' kull inizzjattiva f'dan il-kuntest ghandha tghaddi minn gharbiel strett li jizgura li l-venture capital jintuza biss fi progetti b'vijabilita finanzjarja soda.
Nikkonferma wkoll illi l-Gvern qieghed jibni l-istrutturi necessarji biex ikun jista jisfrutta l-investiment li qieghed isir fil-pajjiz f'dan il-qasam kif ukoll il-vantaggi li l-industrija tgawdi minn shubija shiha fl-UE.
Jista' il-Ministru jgħid kemm spiċċaw ħaddiema miż-żewġ tarznari fis-sena 2002? Jista' jagħti l-etajiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta` ħaddiema li spiċċaw miż-żewġ tarznari fis-sena 2002 huwa kif muri hawn taħt:
Terminations during 2002
Age Group MDD MSCL
56 Years and over 371 55
between 50 and 55 years 50 4
between 40 and 49 years 161 43
under 40 127 18
----- ----
709 120
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Baċir nru. 1 qed ikollu l-kexxun magħluq u mimli bl-ilma? Jista' il-Ministru jara li t-Tarzna tagħmel studju/investigazzjoni jekk dan hux kaġun ta' infestazzjoni ta' nemus f'Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Bacir jinzamm mimli bl-ilma minhabba l-fatt li jekk jinzamm xott issir il-hsara lill-istruttura tieghu.
Madankollu, il-bacir jigi parzjalment imbattal u mimli darba fil-gimgha sabiex l-ilma ta' go fih qatt ma jsir "ilma qieghed".
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dawl ma' l-istores fil-Baċir nru. 1 kienu qed jixgħelu filwaqt li dan il-moll kien qed jiġi wżat minn tal-films u issa reġgħu intfew sabiex is-suq ta' Bormla hemm id-dlam?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-dwal imsemmija normalment jinzammu mitfija. Mit-28 t' April sat-23 ta' Mejju 2003, dawn kienu inxteghlu bhala parti minn ftehim kummercjali mal-produtturi ta' film.
It-Tarzna ma ghandha ebda obbligu li tipprovdi street lightning ghall postijiet barra mit-Tarzna.
Kumpanniji b'investiment pubbliku — Impjegati ġodda
Question
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija b'kumpannija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-gvern għamel mal-kumpannija Microsoft u li ġie ffirmat fi Frar li għadda? X'kienu it-ten implementation points li sar qbil dwarhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kunfidenzjali.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar il-punti ewlenin tal-ftehim.
Kumpannija Microsoft — Access to source codes/XP localisation
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma fiex waslet l-esekuzzjoni ta' l-access to source codes u l-XP localisation fil-kuntest tal-ftehim milħuq mal-Microsoft?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti ta' l-access għas-source codes ġew konklużi kollha, filwaqt li l-XP localisation (jiġifieri l-introduzzjoni tal-lingwa Maltija fis-software tal-Microsoft) miexi kif ippjanat.
Oracle Education Initiative — Sehem dirett tal-E Malta commission
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kien is-sehem dirett tal-E Malta commission fl-Oracle Education Initiative li tħabbar f'April li għadda in konnessjoni mat-twaqqif tal-Oracle Academic Initiative?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni eMalta mexxiet il-process kollu relatat ma' l-Oracle Academic Initiative bl-ghajnuna tar-rapprezentanti ta' l-Oracle Corporation f'Malta.
Jista' il-Ministru jgħid meta mistenni li jitwaqqaf il-Microsoft technology centre of excellence (MCE) fir-reġjun tal-Mediterran b'Malta bħala bażi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li gie finalizzat il-kuntratt bejn il-Gvern u l-Microsoft li permezz tieghu din il-kumpannija ser toffri lill-Gvern Malti l-possibilita li juza s-source code taghha biex fuqu jinbena software minn kumpanniji tas-software Maltin kif ukoll ohrjan barranin. Dan huwa l-qafas tac-centru ta' eccelenza li permezz tieghu dawn il-kumpanniji jkollhom ukoll l-access ghal-marketing u support networks tal-Microsoft.
Il-Microsoft bhalissa qeghda timpjega nies f'Malta biex ikunu jistghu mmexxu in-naha taghhom f'dan ic-centru.
Minn naha tieghu, bhalissa, l-Gvern qieghed ihejji l-istrutturi amministrattivi u teknologici (partikularment dawk marbuta mas-sigurta) biex dan ic-centru jigi varat lejn Ottubru ta' din is-sena.
Ministeru tal-ġustizzja u gvern lokali — Xiri ta' computers
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm, b'liema prezz u mingħand min inxtraw computers u printers fl-aħħar sena ta' l-elezzjoni mill-ministeru tiegħu meta kien għadu l-ministeru tal-ġustizzja? Dawn il-computers tħallew fil-ministeru preżenti tal-ġustizzja jew qed jintużaw fil-ministeru attwali tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-flotta ta' l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-flotta ta' l-AirMalta tikkonsisti f'żewġ ajruplani B737-200 , sebgħa B737-300, tlieta A320-211 u wieħed A320-214.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu mal-PBS, f'liema qasam, x'inhu x'xogħol tagħhom u xi ħlasijiet, allowances u perks oħra jieħdu bħala konsulenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-prezent il-PBS Ltd. timpjega zewg konsulenti fuq bazi ta’ kuntratt definit: wiehed Konsulent ghall-Bord tal-PBS u l-iehor huwa Marketing Consultant.
Ta’ l-ewwel jaghti pariri professjonali dwar: l-implementazzjoni tar-riformi u ristrutturar li hemm bzonn fil-kumpanija biex din tilhaq il-livelli mehtiega biex tkun vijabbli, strategija ta’ komunikazzjoni, thejjija ta’ skeda ta’ programmi ghar-Radju u t-Televizjoni, programmi ta’ tahrig ghall-impjegati u huwa wkoll membru tal-Bord Editorjali.
Il-Konsulent l-iehor huwa responsabbli biex ihejji pjan ta’ marketing ghall-approvazzjoni tal-Bord biex wara jiehu f’idejh ukoll l-implementazzjoni ta’ l-istess pjan. Huwa wkoll responsabbli ghall-hlas tan-nies li jahdmu direttament mieghu, jara li l-bookings kollha ta’ l-airtime isiru skond il-procedura tal-kumpanija, jigbor il-hlas dovut u johrog l-ircevuti. Jaghmel rapport kull xahar dwar il-bejgh li jsir u jaghti pariri dwar x’ghandu jsir biex jittejjeb il-qasam tax-xoghol li tieghu hu responsabbli.
Kif diga ntqal f’okkazjoniet ohra informazzjoni dwar hlasijiet hija ta’ natura kummercjali, u allura mhux fl-interess tal-PBS li jsiru pubblici.
Jista’ il-Ministru jgħid minn kemm nies hi magħmula s-sezzjoni għat-tiswija ta’ super yachts fit-Tarzna, Palmer Johnson? Kemm hemm barranin jagħmlu parti minn din is-sezzjoni? Meta sar il-ftehim ma’ Palmer Johnson? Fiex jikkonsisti dan il-ftehim u possibbilment, jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
In-natura tal-informazzjoni mitluba hija sensittiva kummercjalment u ghalhekk ma tistax tinghata.
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jitgħatta l-Baċir Nru. 3? Kemm se jqum dan il-proċess? Min se jħallas għalih?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Progett tal-Bacir Nru. 3 li qed ikun konvertit f'facilita' ghat-tiswija ta' super yachts ser jitmexxa minn kumpanija bejn it-Tarzna u kumpanija Amerikana. Sa' l-ahhar ta' Lulju 2003 mistenni li din il-kumpanija tkun tista' topera. L-informazzjoni finanzjarja mitluba hija ta' natura kummercjali u ghalhekk ma tistax tinghata.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fir-rigward tal-Baċir Nru. 1 issa li għaddew ħafna snin minn meta suppost sar xi bidla fih?
Response (GATT, AUSTIN)
Id-dock nru 1. hu parti ntegrali fit-trasferiment tal-artijiet kollha li llum tokkupa t-Tarzna u li trid issir bejn it-Tarzna u l-Gvern. Hu mistenni li l-aspetti legali ta' dan it-trasferiment jigu konkluzi fix-xhur li gejjin.