Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30844 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-basal li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul l-aħħar ħames snin, skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' basal impurtata u l-valur relattiv kienet kif ġej:
SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F.
KWANTITA' KWANTITA'
IMPURTATA IMPURTATA
KILO Lm
1997 43,863 32,813
1998 48,576 45,008
1999 42,700 41,889
2000 33,648 36,705
2001 42,582 39,793
Ebda kwantita' ta' basal ma kienet eżentata mill-ħlas tal-levgħ matul is-snin indikati.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30842 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-karrotti li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul l-aħħar ħames snin, skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' karrotti impurtata u l-valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy kienet kif ġej:
SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA'
KWANTITA' KWANTITA' EŻENTATA
IMPURTATA IMPURTATA
KILO Lm KILO
1997 37,146 5,800 xejn
1998 26,367 4,445 xejn
1999 89,323 10,916 xejn
2000 59,150 7,561 10,000
2001 18,244 13,447 6,000
Jista' l-Ministru jwiġeb PQ 30852 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-laħam tad-dundjan li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul is-sena 2000, fix-xahar ta' Novembru ġew impurtati 47,256 kilogrammi għall-valur ta' Lm38,712. Matul dan il-perjodu ir-rata ta' Imposta kienet imnaqqsa minn 80 ċenteżmu għal 40 ċenteżmu kull kilo. Għaldaqstant l-ammont ta' levy li kienet eżentata matul dan ix-xahar kienet tammonta għal Lm18,902.
Fix-xahar ta' Diċembru ta' l-istess sena ma ġie impurtat l-ebda laħam tad-dundjan.
Il-figuri matul l-istess perjodu għas-sena 2001 għadhom ma ġewx pubblikati.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30847 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul l-aħħar ħames snin, skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' laħam taċ-ċanga impurtata u l-valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy kienet kif ġej:
SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA'
KWANTITA' KWANTITA' EŻENTATA
IMPURTATA IMPURTATA
KILO Lm KILO
1997 6,215,507 5,885,563 xejn
1998 6,987,229 7,153,476 600
1999 6,935,810 7,875,498 28,000
2000 6,263,786 7,644,297 32,000
2001 3,411,534 4,872,678 31,180
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30850 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-laħam tat-tiġieġ li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul l-aħħar ħames snin, skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' laħam tat-tiġieġ impurtata u l-valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy fuq partijiet tat-tiġieġ kienet kif ġej:
SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA'
KWANTITA' KWANTITA' EŻENTATA
IMPURTATA IMPURTATA
KILO Lm KILO
1997 163,934 106,014 xejn
1998 86,993 56,408 10,761
1999 81,417 48,721 5,534
2000 144,836 134,158 208
2001 24,557 24,547 1,775
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-ħawħ u frawli li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul l-aħħar ħames snin, skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' ħawħ u frawli mpurtata u l-valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy kienet kif ġej:
HAWH FRISK
SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. KWANTITA'
KWANTITA' KWANTITA' EŻENTATA
IMPURTATA IMPURTATA
KILO Lm KILO
1997 33,157 20,890 72,720
1998 44,718 24,725 xejn
1999 79,820 30,499 18,382
2000 36,681 16,105 101,928
2001 100,301 44,444 101,752
Il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levgħ kienet għal ħawħ ibbottiljat.
FRAWLI
1997 1,194 2,993
1998 390 675
1999 2,299 2,835
2000 16,223 6,938
2001 529 1,869
Ma kien hemm ebda kwantita' ta' frawli li kienet eżentata mill-ħlas tal-levy matul is-snin imsemmija.
Jista' l-Ministru jara x'sar mill-applikazzjoni tas-servizz ta' dawl ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applika madwar tliet xhur ilu?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta biex tittieħed l-azzjoni relattiva.
B'referenza għall-PQ 30054 fejn qed nibgħat kopja tal-pjanta mitluba, Jista' l-Ministru jara li din it-talba tiġi rimedjata ħalli jkun evitat xi inċident fatali li jistgħu isofru l-bdiewa ta' l-inħawi ta' Ġebel Imbarak, l-irdum tal-Qammieħ il-Mellieħa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li wara li saret l-investigazzjoni meħtieġa min-nies tal-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li t-talba mhijiex meqjusa li sejra taqdi l-ħtiġijiet tal-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30846 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-laħam tal-majjal li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul l-aħħar ħames snin, skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' laħam tal-majjal impurtata u l-valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy kienet kif ġej:
SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. TA' KWANTITA'
KWANTITA' KWANTITA' EŻENTATA
IMPURTATA IMPURTATA
KILO Lm KILO
1997 45,130 61,073 9,000
1998 5,451 11,704 xejn
1999 59,462 56,640 7,000
2000 527,808 540,099 430,959
2001 1,601,626 1,760,879 1,577,479
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30845 u cioe, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-importazzjoni tal-bżar kulurit li daħħlet s-sena li għaddiet bl-eżenzjoni tal-levy u jew bil-ħlas tal-levy? Jista' l-Ministru jwieġeb bl-istess informazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul l-aħħar ħames snin, skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, il-kwantita' ta' bżar kulurit frisk impurtata u l-valur relattiv kif ukoll il-kwantita' eżentata mill-ħlas tal-levy kienet kif ġej:
SENA TOTAL TA' VALUR C.I.F. TA' KWANTITA'
KWANTITA' KWANTITA' EŻENTATA
IMPURTATA IMPURTATA
KILO Lm KILO
1997 43,863 32,813 xejn
1998 48,576 45,008 xejn
1999 42,700 41,889 15,120
2000 33,648 36,705 14,760
2001 42,582 39,793 15,120
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena mhinix sodisfatt li l-utilita' ta' l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta' ħames snin mitluba fil-mistoqsija numru 31811 tiggustifika li nordna li din għandha tinġabar.
Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinqata' l-użu ta' petrol biċ-ċomb, u kemm jiswa llum l-additiv li se jkollhom jużaw dawk il-persuni li għandhom karozza li taħdem bil-petrol biċ-ċomb?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li hemm il-ħsieb li l-petrol bla ċomb jispiċċa sa l-aħħar ta' din is-sena.
F'l-eventwalita' li Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid jekk is-swieq tal-mini buses, fran, taxi's u pompi tal-petrol humiex se jiġu liberalizzati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bħala prinċipju ġenerali, l-Unjoni Ewropea tisħaq fuq il-benefiċċju li l-kompetizzjoni ġġib magħha, f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell aktar għoli u kwalita' aħjar ta' servizz kif ukoll prezzijiet aktar baxxi għal benefiċċju tal-konsumatur. Min-naħa l-oħra, l-istess Unjoni tirrikonoxxi li jista' jkun hemm fatturi li jitolbu element ta' kontroll fuq ċerti attivitajiet kummerċjali. Dan minħabba raġunijiet ta' spazju, regolamenti ta' l-ippjanar, eżiġenzi ta' traffiku, aspetti ambjentali u kunsiderazzjonijiet oħra simili. Minħabba dawn ir-raġunijiet varji, huwa maħsub li l-entitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-setturi konċernati jibqgħu jikkontrollaw attivitajiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom permezz ta' skemi ta' liċenzji li jistgħu ikunu wkoll limitati fin-numru.
Jista' l-uffiċċju nazzjonali tal-istatika jgħid x'persentaġġ:
1 miż-żgħażagħ 16 - 18 jattendu istituzzjoni post-sekondarja
2 miż-żgħażagħ 18 - 22 jattendu l-universita'?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn statistika miżmuma mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika jirriżulta li l-persentaġġ ta' żgħażagħ fl-eta' ta' bejn is-sitta u t-tmintax-il sena li attendew istituzzjoni post-sekondarja fl-2000 kien ta' 40.2 fil-mija, filwaqt li dak għal żgħażagħ fl-eta' bejn it-tmintax u t-tnejn u għoxrin sena li attendew korsijiet matul il-ġurnata fl-Universita' matul l-istess sena kien ta' erbatax fil-mija.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-petrol station li qiegħed imsemmi separatament li minħabba li għandu makna li minnha tordna l-petrol u diesel wieqfa u hemm kwistjoni fuqha pendenti, qed jigi wkoll penalizzat mil-profitt tieghu ta' 4mls fuq il-profitt normali tal-bejgħ u 3 mls oħra talli ma kienx qed jagħlaq is-sibt fit-300p.m. u tnaqqis ieħor ta' 7mls talli ġie magħluq bil-pulizija, meta ċertu ħwienet oħra li ma humiex dawk tal-petrol, zdidilhom il-ħin u inkluzi l-Hdud? Jarax li din hija forma lampanti ta' diskriminazzjoni f'dan ir-rigward? Jarax il-Ministru li dan huwa każ serju ta' abbuż mill-Enemalta u li għandu jingħata rimedju immedjata fiċ-ċirkostanzi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni Enemalta trid tara li l-ftehim li għandha mal-G.R.T.U. qiegħed ikun osservat minn kull parti. Min jikser il-parti tal-ftehim ma jistax jippretendi li ma qiegħed jiġri xejn. Jiena nfurmat li sid dan l-istation kull ma jrid jagħmel huwa biss li jikkonforma mal-ftehim, xejn aktar u xejn anqas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-kummerċ f'importazzjoni minn u f'esportazzjoni lejn l-Eġittu, il-Libja, it-Tuneżija, l-Alġerija u il-Marokk sena b'sena f'dawn l-aħħar 6 snin - mill-1996 'l hawn?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Membru qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 32598, b'riferenza għall-mistoqsijiet nri. 27774 ( Jista' jgħid kemm daħlu nies fi grades industrijali mal-gvern u f'liema gradi minn Settembru 1998 sal-lum, sena b'sena, fis-servizz pubbliku kif ukoll f'entitajiet oħra bħal korporazzjonijiet u kumpanniji tal-gvern eċċ. entita', entita'?) u 28631 (b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 27774, jista' jwieġeb għad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?), jista' jagħti tweġiba?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33562, jista' jgħid kemm qed jintefqu flus f'xogħol mogħti lill-kumpanija privata għaż-żamma tal-postijiet soft areas u ġonna propjeta' tal-Maltacom plc sena b'sena mill-1999 'l hawn?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li qabel is-sena l-oħra, il-Maltacom kienet tuża erba' impjegati tagħha għaż-żamma tal-postijiet soft areas u ġonna.
F'Diċembru tas-sena 2000, ġiet pubblikata sejħa għall-offerti li kienet ingħatat fit-22 ta' Jannar 2001 u l-kuntrattur privat beda jaħdem mill-1 ta' Frar 2001. Bejn Frar u Novembru 2001 il-kuntrattur tħallas is-somma ta' Lm6,747. Għad fadal is-somma ta' Lm1,579.50c li huma pagamenti għax-xogħol bejn Diċembru 2001 u Marzu 2002 li qiegħdin fil-proċess biex jitħallsu.
Dawk l-impjegati tal-Maltcom li kienu qed jagħmlu dan ix-xogħol qabel ma' daħal il-kuntrattur ġew deployed fil-Core Business u l-Maltacom iffrankat madwar Lm5,000 minbarra li qed tieħu iżjed produttivita' mingħand dawn l-istess impjegati.