Legislature:
Category:
Reset
Active:

EXPO 2015 – parteċipazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hix se tipparteċipa fl-EXPO 2015 li se ssir f’Milan? Jekk iva, jista’ jgħid xi preparamenti saru s’issa għal dan il-għan u x’hemm il-ħsieb li jsir aktar?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta ser tieħu sehem fl-Expo ta’ Milan u ser ikollha l-padiljun fil-Cluster tal-BioMediterranean ma’ 10 pajjizi oħra mir-reġjun. Għall-ewwel darba l-organizzaturi tal-Expo ħarġu bl-idea ta’ Clusters Tematiċi li huma marbuta mat-tema ġenerali. F’dawn il-Clusters, l-organizzaturi tal-Expo bnew numru ta’ padiljuni li nkrew lill- pajjiżi, speċjalment dawn żgħar, biex dawn jiddisinjaw u jlestuhom skond il-kunċett li huma jkunu ippreparaw. Bħalissa l-bini tal-padiljuni fil- BioMediterranean Cluster huwa avvanzat u dawn ser jingħataw lill-parteċipanti fl-1 ta’ Frar 2015. Wara public call għad-disinn u outfitting , intagħżel kuntrattur li bħalissa għaddej bil-proċess ta’ preparamenti sabiex is- set ikun jista’ jibda jintrama fuq il-post meta l-padiljun jingħata lill-Malta. Qed isiru wkoll arranġamenti għall-produzzjoni ta’ feature films qosra biex jintwerew fil-padiljun. Ser jibda wkoll proċess ta’ sejħa għall- personnel li ser ikunu fuq il-padiljun matul is-sitt xhur tal-Expo. Bħalissa l-organizzaturi tal-Expo qed jippreparaw aktar informazzjoni dwar postijiet fl-Expo site li jistgħu jintużaw mill-partiċipanti għall-attivitajiet tagħhom matul iż-żmien ta’ Expo. Ladarba jkun hemm din l-informazzjoni, jibdew isiru ukoll preparamenti għal attivitajiet li Malta tkun tista torganizza. Apparti minn hekk, hemm ħsieb ukoll li jsiru attivitajiet oħra f’Milan li jkunu business related . Minbarra il-padiljun fil- BioMediterranean Cluster , Malta ser tkun ukoll rappreżentata fil-padiljun tal-Unjoni Ewropeja mal-pajjiżi membri l-oħra. Fi Frar ta’ din is-sena inħatar ukoll il-Kummissarju Ġenerali ta’ Malta għall-Expo li huwa responsabbli mill-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-Expo.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Customer care – ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-iktar ħames ilmenti frekwenti li ġew irreġistrati fis-sistema jew sistemi li tuża mill-customer care tal-Ministeru tiegħu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Itrapriżi Żgħar — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – żidiet f’miżati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tal-Gvern li se togħla l-miżata tagħhom? Jista’ jgħid b’kemm se jiżdiedu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Internet Hotspots – kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali

Question

Billi fil-baġit jingħad li bejn issa u l-2016 mistenni li jkun hemm żieda ta’ 60% tal-hotspots ta’ internet b’xejn, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jiżdiedu dawn il-hotspots u x’tip ta’ kollaborazzjoni hu mistenni li jkun hemm mal-kunsilli lokali dwar dan? X’suġġerimenti hemm, mill-kunsilli lokali għal dak li jikkonċerna l-postijiet fejn għandhom jitqiegħdu dawn il-hotspots? Liema kunsilli wasslu s-suġġerimenti tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni diġà bdiet diskussjonijiet mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali u entitajiet oħra tal-Gvern dwar kif in-network ta' hotspots se jiġi estiż sabiex ikopri spazji oħra li bħalissa m’humiex koperti u jsaħħu l-hotspots eżistenti. Fil-futur qrib se jibdew diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali biex jiġu eżaminati possibilitajiet ta' kif is-servizz kurrenti jista' jiġi mtejjeb.

Ta’ Qali – Villaġġ tas-Snajja’

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppi partikulari għal dak li jikkonċerna l-Villaġġ tas-Snajja’ f’Ta’ Qali? Meta hu mistenni li jkun hemm xi żvilupp fiżiku fl-istess post?

Response (CARDONA, CHRIS)

Wara li kienu ilhom isiru wegħdiet sa mill-1992 dwar proġetti għal crafts village f’Ta’ Qali minn Gvernijiet Nazzjonalisti, u li iżda baqa’ qatt ma sar xejn dwarhom, issa l-ippjanar tal-proġett ta' Ta Qali qiegħed fi stadju avvanzat ħafna u huwa mistenni li x-xogħol fuq il-proġett jibda s-sena d-dieħla.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – applikazzjonijiet għal Fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru tiegħu għall-fondi tal-Unjoni Ewropea? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tispeċifika għal liema fond qed tirreferi u fuq liema perjodu ta’ programmar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11750 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11531, jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-1 ta’ Ottubru 2014?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — safar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11018, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull booking sar wara sejħa ta’ kwotazzjoni.

Wi-fi Spots

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru wi-fi spots fis-sena 2013 u matul l-2014 s’issa? Jista’ jgħid kemm żdiedet iċ-ċifra mill-176 wi-fi spot li kien hemm sas-sena 2012?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2013 u 2014 saru 13-il wifi spot ġdida kif indikat hawn taħt: 2013 2014 Sliema Public Library Sliema Gnien ta' San Anton Attard Triq Wied Babu Zurrieq Gnien il-Gibjun Zurrieq Gnien Hal Warda Attard Gnien Misrah Kola Attard Swatar Garden Swatar Misrah Lewza San Gwann Misrah Awekarja San Gwann Taz-Zwejt San Gwann Misrah il-Ward San Gwann Santa Margerita San Gwann Cirkewwa Ferry Terminal

Għawdex – Yacht Marina u Cruiseliner berth/terminal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari 12272 u ċjoè liema postijiet f’Għawdex ġew indikati mill-Consortium Kala Marina Development biex fihom isiru yacht marina u cruise liner berth/terminal? In vista tal-fatt li kien hemm bidder wieħed biss, minkejja li qabel kien intqal minn esponenti tal-Gvern li kien hemm interess kbir għal dan il-proġett mill-privat, jista’ jgħid hux se jkompli miexi ma’ dan il-bidder jew jekk hux se jerġa’ jiftaħ is-sejħa?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.

Kumpaniji li jiffurmaw il-consortium għal yacht marina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-persuni u/jew kumpaniji li jiffurmaw il-Kala Marine Development Consortium li huwa l-uniku bidder għal yacht marina u cruise linerterminal f’Għawdex?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 12608.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – Segretarjat Privat – Customer Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-membri tal-istaff tas-Segretarjat Privat huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa' tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xiri ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, jekk inxtarax xi servizz ieħor, apparti biljetti tal-ajru mill-aġenzija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, matul din il-Leġiżlatura, jiġifieri bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Ottubru 2014? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn is-servizzi, kemm-il darba nxtraw u kemm swew?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma nxtara l-ebda servizz ieħor mingħand l-aġenzija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — spejjeż ta' assigurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xiri ta' biljetti tal-ajru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – kuntratti ta’ konsulenza

Question

B’referenza għat-tweġieba tal-mistoqsija parlamentari 11561, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Liċenzji ta’ casinos – Technical Committee u Financial Committee

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11985, fejn il-Ministru qal li skont l-opinjoni tal-Evaluation Committee il-proposta tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament kienet il-favorita u li l-analiżi tal-Evaluation Committee kienet ibbażata fuq l-analiżi profonda tiegħu stess u fuq il-findings tas-Sotto Kumitat Tekniku u dak Finanzjarju, allura jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ir-rapport tal-Evaluation Committee kienx ippreżentat lill-Privatisation Unit qabel ma nħatar it-Technical Committee u l-Financial Committee? Jista’ jagħti timeline ta’ meta ġew maħtura dawn it-tliet kumitati u meta tlestew ir-rapporti tagħhom rispettivament?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 12246.