Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti f’korsijiet tal-Information and Communications Technology (ICT) mill-MCAST fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti f’korsijiet tal-Information and Communications Technology (ICT) mill-provdituri edukattivi privati fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla bdiet il-ġbir tad-data dwar gradwati mis-sena akkademika 2014/2015. In-numru ta' gradwati fil-programmi fil-qasam tal-Information and Communication Technology (ICT) fis-sena akkademika 2014/2015 kien 915. L-isem tal-korsijiet u n-numru ta' gradwati għal kull kors huma kif muri fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din il-lista tinkludi l-korsijiet kollha offruti mill-provdituri edukattivi privati fis-sena akkademika 2014/2015. Dan ifisser li din il-lista tal-korsijiet tinkludi korsijiet akkreditati kif ukoll korsijiet mhux akkreditati mal-NCFHE. Din il-lista tinkludi wkoll korsijiet li huma kwalifiki kif ukoll korsijiet li huma
‘short course
s’
.
Skejjel primarji u sekondarji – tagħlim ta’ coding
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qiegħed jikkunsidra li jdaħħal aktar tagħlim ta’ coding fil-livelli primarji u sekondarji sabiex l-istudenti jkollhom aktar apprezzament ta’ kif effettivament taħdem it-teknoloġija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ilu għal dawn l-aħħar tlett snin jaħdem bis-sħiħ u jagħmel riċerka biex jiżdied it-tagħlim ta' coding li hemm attwalment fil-livell kemm primarju u sekondarju.
Fil-livell primarju, l-istudenti għandhom bosta riżorsi bħal ”Beebots” u “Probots” f'kull klassi, filwaqt li għandhom ukoll aċċess għal-Lego WeDo kits. Dawn kollha jservu biex isir tagħlim ta' coding f'livell primarju permezz ta' metodu ta’ tagħlim kross-kurrikulari. Jiġifieri l-għalliema jkunu qed jinvolvu l-coding f'suġġetti bħal matematika, letteratura, etc.
F'livell sekondarju il-coding bħalissa jkompli fid-disa’ sena permezz tas-suġġetti fakultattivi, fejn l-għażla hija f'idejn l-istudent. Dawn huma Computing u IT VET.
Wara riċerka li saret fis-sena 2014 bl-isem “Computing as a core competency” ġie deċiż li għandu jkun hemm aktar enfażi fuq dan it-taħriġ. Fil-fatt, tħaddnu proposti li ser jibdew jidħlu fis-seħħ permezz tal-introduzzjoni tal-Qafas tal-Kisbiet mit-Tagħlim. Dawn it-tibdiliet fil-qosor huma: l-introduzzjoni ta' kisbiet speċifiċi għal-livell primarju b'forma ta' tagħlim kross-kurrikulari, l-introduzzjoni ta' suġġett ġdid minflok l-ICT attwali fil-livell sekondarju li jmur lil hinn mill-ECDL u jagħti taħriġ li huwa mmirat sabiex jipprovdi l-ħiliet tas-seklu 21 għall-istudenti biex ikunu jistgħu jaħdmu u jgħixu fid-dinja diġitali ta’ għada. Id-Dipartiment tal-Elearning għadu wkoll kemm għamel investiment f'xiri ta’ Lego WeDo kits biex ikun hemm din ir-riżorsa wkoll f'kull klassi tal-primarja.
Dan imur id f'id mal-avvenimenti kontinwi nazzjonali li jorganizza l-Ministeru, bħal Hour of Code li saret f'Diċembru tal-2015 li introduċiet il-coding f'kull skola f'Malta u Għawdex u ħadu sehem fiha aktar minn erbat elef student. Permezz ta' “Technology Clubs” li qed isiru darba fil-ġimgħa, it-tim tal-Computing u ICT jħaddmu technology club fejn issir siegħa coding, siegħa robotika u siegħa diskussjoni fuq teknoloġija u karrieri tat-teknoloġija.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jaħdmu dawk il-ħaddiema li kienu jiffurmaw parti mill-iskema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, fejn bosta drabi ħadmu mal-kunsilli lokali? Jista’ jagħti tagħrif dwar kif qed taħdem issa l-Community Work Scheme Foundation? Jista’ jagħti tagħrif dwar x’inhi l-funzjoni tal-organizzazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li mingħandha jidher li rċevew il-ħlas l-individwi li qed jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-parteċipanti tal-Community Work Scheme kienu jagħmlu xogħol fi skejjel statali, fil-Kunsilli Lokali u ma’ NGOs. Kull parteċipant kien jagħti servizz għal tletin siegħa fil-ġimgħa. Minn meta l-parteċipanti ġew impjegati full-time mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation, is-servizz tagħhom lil dawn l-entitajiet bdew jagħtuh fuq bażi ta’ erbgħin siegħa fil-ġimgha.
Il-Fondazzjoni għamlet profiling biex tistabbilixxi l-ħiliet u x-xewqat tagħhom dwar it-tip ta’ xogħol li jixtiequ jagħmlu. Saret ukoll konsultazzjoni mal-entitajiet li kienu qed jieħdu servizz. Ħafna mill-parteċipanti ġew ikkonfermati fil-post fejn kienu qabel. Kien hemm uħud li minn jeddhom irriżenjaw għax sabu xogħol ieħor. Il-Fondazzjoni qiegħda regolarment tagħmel moniteraġġ biex tassigura li l-impjegati tagħha jagħmlu xogħlhom b’mod sodisfaċenti. Permezz tal-profiling exercise, laqgħat mal-entitajiet u l-moniteraġġ tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol, qed jinġabar tagħrif li jgħin lill-Fondazzjoni tħejji programmi ta’ taħriġ meta u fejn ikun hemm bżonn.
L-organizzazzjoni li ħallset lill-parteċipanti qiegħda tagħti servizzi amministrattivi ta’ payroll lill-Fondazzjoni.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li kien hemm tibdil fil-weighing tal-kriterji fl-għażla għas-sejħa ta' Regular Teacher? Jista' jgħid x'kienu dawn it-tibdiliet u għalfejn inħass li kienu meħtieġa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kien hemm tibdil fil-weighing tal-kriterji fl-għażla għas-sejħa ta' Regular Teacher. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ta' kull sena issir evalwazzjoni u konsultazzjoni interna sabiex jiġu stabbiliti kriterji li joħorġu l-ħiliet u l-kompetenzi tal-applikanti bl-għan li jkun hemm l-aħjar għażla.
Dawn il-kriterji ġew ippubblikati mas-sejħa u għalhekk l-applikanti kollha kienu jafu l-kriterji meta applikaw.
MCAST – Interviews għal apprentistat fuq manutenzjoni fl-avjazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu ta’ interviews li saru ma’ kumpaniji bħal dawk li isimhom qed jingħataw separatament, minn studenti li jattendu kors fl-MCAST fuq manutenzjoni fl-avjazzjoni għal work placements? Jista’ jgħid kemm minnhom intgħażlu u meta huwa ppjanat li jibdew xogħol? Jikkonferma li dawn l-istudenti se jingħataw apprentistat bi ħlas ta’ €80 fix-xahar matul is-sajf?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-intervisti msemmija saru bejn it-13 u l-25 ta ' Jannar 2016 u kienu relatati direttament ma' student placement u mhux apprentistat.
Dan il-placement għall-parti prattika tal-kors huwa parti integrali mill-istruttura tal-kors u mhuwiex apprentistat. Għaldaqstant l-istudenti jkomplu jirċievu l-istipendju regolari ta’ studenti kull ġimgħa, matul il-kors kollu u anki waqt it-12-il ġimgħa tas-sajf. Dan jammonta għal €86.85 kull erba’ ġimgħat, li huwa l-istess stipendju li jieħu kull student post-sekondarju f’dan il-livell.
L-intervisti li ġew organizzati saru minn tliet Maintenance Repair Overhaul Organisations (MROs - dawk li isimhom ingħataw separatament mill-Onor. Interpellant) ġewwa l-MCAST u bħala riżultat, nhar it-Tlieta 3 ta’ Frar 2016 l-istudenti ta’ dan il-kors magħruf bħala CAT "A" (Aircraft Mechanics) ġew kollha allokati u bdew il-parti prattika tal-kors.
L-istudenti tal-kors magħruf bħala ‘Aircraft Structures’ għadhom kemm lestew il-parti teoretika u ser jiġu allokati fil-ġimgħat li ġejjin. Il-postijiet huma diġà stabbiliti għal kull student u ser jiġu kkomunikati mal-MROs rispettivi.
Proċess biex jiġi identifikat li tifel/tifla għandu learning disability
Question
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhu l-proċess li permezz tiegħu jiġi identifikat li tifel/tifla għandu learning disability u x’inhu l-proċess stabbilit li jidħol fis-seħħ meta ssir id-dijanjosi rispettiva?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta l-ġenituri jew l-għalliema jinnotaw li tifel/tifla għandhom diffikultajiet, dawn jirreferuhom lill-iSchools Psychological Services (SPS) jew is-CDAU, sakemm il-ġenituri ma jkunux iridu jagħmlu użu minn servizzi privati. Hemm it-tifel/tifla jiġu assessjati biex il-problema tiġi identifikata u jinbena pjan ta’ azzjoni kif it-tifel/tifla jistgħu jiġu megħjuna. Fost is-servizzi disponibbli hemm il-psycho-social teams fil-Kulleġġi u għalliema speċjalizzati. F’każijiet oħra is-sapport ta’ LSA jista’ jigi indikat wara li l-każ tat-tifel/tifla jkun tressaq quddiem l-iStatementing Board.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li joffri l-Gvern fir-rigward ta’ tfal li għandhom jew jista’ jkollhom learning disability?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi offruti mill-Gvern mid-Dipartiment Servizzi għall-Istudent fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi huma dawn li ġejjin: Early Intervention Service, Schools Psychological Service (SPS), Access Communication Technology Unit (ACTU) u Autism Spectrum Support Team (ASST).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal fi skejjel pubbliċi li għandhom Learning Support Assistant (LSA) fuq bażi individwali u jaqsam din l-informazzjoni skola b’skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija inkluża fit-tabelli li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24356.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal fi skejjel pubbliċi li għandhom Learning Support Assistant (LSA) fuq bażi shared u jaqsam din l-informazzjoni skola b’skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija inkluża fit-tabelli li tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24356.
Programmi/inizjattivi għal tfal b’learning disability
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi/inizjattivi qed jagħmel il-Gvern biex jgħin lil dawk il-familji li jkollhom tfal b’learning disability?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fi ħdan id-Dipartiment Servizzi għall-Istudent jingħataw dawn is-servizzi: Early Intervention Service, Schools Psychological Service (SPS), Access Communication Technology Unit (ACTU) u Autism Spectrum Support Team (ASST).
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol juża wkoll is-servizzi ta’ NGOs (Inspire u Equal Partners) biex, bil-programmi tagħhom, ikunu jistgħu jgħinu u jagħtu sapport lil dawn it-tfal u l-familji tagħhom. Dawn is-servizzi huma intiżi biex jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ tfal b’diżabbiltà li jattendu fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti (inkluż iċ-Ċentri ta’ Riżorsa). L-għan ġenerali tas-servizz huwa li jipprovdi approċċ ħolistiku li jinkludi kemm lill-individwu kif ukoll il-familja tiegħu/tagħha b’mod sistematiku u integrat, biex b’hekk tiġi żgurata l-inklużjoni sħiħa fl-iskejjel u fil-komunità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw studenti f’korsijiet tal-Information and Communications Technology (ICT) mill-Università ta’ Malta fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015 u jaqsam l-informazzjoni skont il-korsijiet rispettivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi bin-numri ta’ studenti fl-Università ta’ Malta li ggradwaw fis-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, kemm mill-Fakultà tal-Information and Communication Technology (ICT) (Tabella 1), kif ukoll minn fakultajiet u istituti oħra u li kellhom qasam ta’ studju fl-ICT jew qasam simili (Tabella 2).
Attachments:PQ 24049 - Università ta’ Malta – korsijiet tal-ICT.docx
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-Ministeru/Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, żewġ entitajiet taw xogħol lit-tieni kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant. Id-dettalji huma kif se nsemmi:
Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla
Xogħol li sar fl-2014 wara sejħa għal Kwotazzjonijiet - l-Audit Finanzjarju għas-Sena Finanzjarja 2013 - Total: Eur 1,300 (Exc VAT)
Xogħol li sar fl-2015 wara li ngħata permezz ta’ Direct Order - l-Audit Finanzjarju għas-sena Finanzjarja 2014 - Total: Eur 3,250 (Exc VAT)
Xogħol li beda fl-2016 wara li ngħata permezz ta’ Direct Order - l-Audit Finanzjarju għas-sena Finanzjarja 2015 - huwa stmat li jiswa Eur 3,250 (Exc VAT).
Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ
2013
Audit tal-EURES 2012/13
€ 1,770
Direct Order
Għajnuna f'tender
€ 247.80
Direct Order
Għajnuna fuq TAF Project
€1,202.67
Direct Order
2014
ETC Audit - 2013
€ 3,894
Tender
2015
ETC Audit - 2014
€ 3,894
Tender
Audit tal-EURES 2013/15
€ 1,770
Direct Order
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li ngħataw lill-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant huma kif se nsemmi:
Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST)
Financial Feasibility Study relatat ma’ sistema ta’ informatika fl-MCAST (Cloud-Based College Management Information System) - €4,118 – Tender
European Union Programmes Agency (EUPA)
2015 – provdiment ta’ servizzi esterni ta’ awditjar għall-proġetti Erasmus Mobility 2013 - €5,770.20 – Tender
L-Università ta’ Malta
L-Università ta’ Malta qabbdet lill-kumpanija indikata biex tagħmel studju ta’ impatt ekonomiku u profil ta’ riskju fuq proġett iffinanzjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija kif ġie stipulat f’waħda mill-kundizzjonijiet ta’ dan il-finanzjament. L-għażla ta’ din il-kumpanija sar permezz ta’ sejħa li kien għamel il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija għall-konsulenzi ta’ dan it-tip u l-Università u entitajiet oħra li bbenefikaw minn dan il-finanzjament kellhom jagħżlu minn din il-lista skont id-disponibiltà ta’ dawn il-konsulenti biex jagħmlu x-xogħol fiż-żmien stipulat. Dan l-istudju sewa €7,080.
Foundation for Tomorrow’s Schools (FTS)
Mill-2013 sal-lum, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada tat xogħol ta’ audit lill-kumpanija indikata fuq kuntratt li ngħata rigward re-surfacing works fl-iskola sekondarja tal-Handaq L/O Qormi. Dan sewa €5,583.17 u ngħata fil-bidu tas-sena 2014 permezz ta’ direct order.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi, inkluż id-Direttorati/Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fi ħdanu, ma taw l-ebda xogħlijiet lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi, inkluż id-Direttorati/Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fi ħdanu, ma taw l-ebda xogħlijiet lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom ingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministrujagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi, inkluż id-Direttorati/Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fi ħdanu, ma taw l-ebda xogħlijiet lill-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministrujagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi, inkluż id-Direttorati/Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu fi ħdanu, ma taw l-ebda xogħlijiet lill-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-Ministeru/Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, entità waħda tat xogħol lill-kumpaniji/individwu li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant. Id-dettalji huma kif ġej:
Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST)
09/2013 – €472 Konsulenza legali, Liġi Industrijali
02/2015 – €708 - Konsulenza legali, Liġi Industrijali
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – lista ta’ xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mill-Ministeru/Direttorati/Entitajiet fi ħdan il-Ministeru tiegħi, entità waħda tat xogħol lill-kumpanija li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant. Din hija SportMalta li f’Jannar u Frar tas-sena 2013 (dak iż-żmien il-Kunsill Malti għall-Isport) qabbdet lill-kumpanija indikata għal servizz ta’ kiri ta’ żewġ containers u servizz ta’ trasport. Dan is-servizz sewa EUR1,227.20 u ngħata permezz ta’ direct order.