Nirriferi l-mistoqsija parlamentati nru. 20446 li oriġinarjament saret lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u li ġiet riferuta lilu u cioe: jista’ l-Ministru jgħid x'sit alternattiv se jingħata għal użu sportiv flok in-Nicholl Ground meta jibda l-proġett hemmhekk?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jiġi pprovdut 'ground' iehor fuq Manoel Island stess.
Jista' l-Ministru jgħid fejn sal-lum ġie konkluż l-eżerċizzju ta' door numbering u kemm-il bieb ġie innumerat?
Kemm fadal irħula li fihom għad irid isir dan is-servizz u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 20338 (Seduta 403).
Il-kumplament ta' l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex tibda tintuża vettura iżgħar biex tiġbor l-iskart fi Triq Correa, Ħal Qormi, biex jiġi evitat l-periklu li qed jinħoloq kuljum bil-vettura kbira li qed tintuża, peress li s-sewwieq ta' din l-istess vettura jkollha tirriversja tul it-triq li hija one way, b'periklu kbir għal karozzi pparkjati u għan-nies li jkun mexjin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 19895, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intnefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' ki
f intnefqu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 19895 jirreferi għaċ-ċifra allokata għal vot ta' hospitality. Għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab.
Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandnix x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19176 fuq l-istess suġġett.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 20659, u peress li din il-mistoqsija tirriżulta minn referenza speċifika li saret għal dan fir-rapport ta' ħidma tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jista' l-Ministru issa jagħtini risposta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ma saru l-ebda proposti lill-awtoritajiet Ġappuniżi dwar koperazzjoni fl-immaniġġar ta' l-iskart.
F'Marzu li għadda, pero', kien intbagħat rapport fil-qosor tal-Pjan għall-Immaniġġar ta' l-Iskart f'Malta li kien għadu kif ġie ppubblikat mit-Taqsima tax-Xogħlijiet, lill-Ambaxxatur ta' Malta għal Ġappun biex dan jgħaddih lill-korporazzjoni Ġappuniża li kienet uriet interess fil-pjanijiet tal-Gvern f'dan il-qasam.
Minn dak inhar sa llum ma kien hemm l-ebda żviluppi.
Jista' l-Ministru jara li minħabba d-drenaġġ li ilu ħiereġ ix-xhur, b'waqfa biss għall-ftit gimgħat tas-sajf fi triq u fil-post li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, issiru l-bżonnijet neċessarji mid-dipartiment konċernat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-drenaġġ iċċekjaw is-'sewer main' u instab li kollox huwa regulari. Ġie infurmat il-'Health Inspector' li se jagħmel 'pressure tests' ġo 'house connection' u li hemm suspett illi għanda xi ħsara.
Jista' l-Ministru jara li minħabba drenaġġ li dieħel f'kantina ta' familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, qiegħed ikun ta' ħsara kbira, tibda ħidma biex din il-problema tissolva mid-dipartiment konċernat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li matul il-ġimgħa d-dieħla ser isir 'survey' permezz tal-'Closed Circuit Television' biex jekk hemm xi ħsara fil main tal-gvern din tkun tista tissewwa. Barra minn hekk il-'Health Inspectors' ser jagħmlu il-'pressure tests' neċessarji biex jekk hemm xi ħsara f'house connection' din tinstab u tissewwa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li għandha l-vettura tad-dipartiment tax-xogħlijiet pubbliċi u li għandha n-numru tar-reġistrazzjoni 259?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-vettura li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tintuża għall-bżonnijiet tal-Main Stores ta' l-Imrieħel. Il-vettura tintuża għal tqassim ta' materjal lid-Distretti, ġbir ta' kwotazzjonijiet għal xiri ta' materjal, ġbir ta' statements mingħand it-Tarmac Plant ect... Il-vettura trid titla' ukoll kuljum il-Furjana minn fejn jinġabru il-karti li jsiru għall-ordnijiet, il-GSPOs u jinġabu wkoll l-invoices għall-pagamenti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta id-Dipartiment għall-Ambjent se jirranġa l-ħajt tal-barriera li kienet tintuża bħala refuse dump fi Triq Valletta, Ħal-Luqa, li parti minnhu huwa mwaqqa' u li b'konsegwenza qed jerġa' jitwaddab iż-żibel fiha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tajt struzzjonijiet biex dan il-ħajt jissewwa fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 19074?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
M'huwiex ċar għall-lhiema parti tas-swar qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant. Is-sistema tad-dwal tas-swar tal-Belt Valletta u l-Floriana tiffunzjona sewwa. Jrid jingħad li jkun hemm ħsara konsiderevoli, kaġun prinċipalment għal vandaliżmu. Tul ix-xhur tas-sajf saret manutenzjoni fuq il-parti l-kbira ta' din is-sistema.
Il-problema ta' vandaliżmu fuq is-sistema tad-dawl tas-swar saret waħda allarmanti ħafna. L-ispiża ta' manutenzjoni jija wahda konsiderevoli. Din il-problema, apparti dik finnanzjarja, żamm il-VRP milli jatwa t-tieni fażi tal-proġett li ilu snin biex isir. Hemm partijiet tas-sistema speċialment madwar il-Forti Sant' Jiemu, fejn il-lampi jitkissru immedjatament kif jsiru u fil-fatt hemm deciżjoni li din il-parti titħalla mitfija.
Għar-rigward tal-Kottonera ma hemmx sistema ta' 'floodlighting' ħlief għal parti żgħira mill-Forti Sant' Anġlu. Dan l-aħħar kienet saret sistema ġdida għal Couvre Porte. Hemm il-ħsieb li jsir aktar dwal mas-swar fil-Kottonera fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 19075?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li il-proġett ta' restawr tal-monument tal-Granmastru Manoel de Vilhena beda f'dawn il-granet. Ix-xogħol stmat li jiswa mal-Lm10,000 u se jsir mir-restawratur Taljan Sante Guido li diġa wera l-kapaċita tiegħu sewwa fuq monumenti oħrajn tal-bronz f'Malta. Il-VRP se jieħu ħsieb il dan il-monument uniku jiġi konservat u jkollu protezzjoni mit-tniġġiż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 19072?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-V.R.P. diġa beda l-proġett tal-Mall billi ħa ħsieb li jissewew xi ħitan u ħwejjeg zgħar ohra. Sadanitant gie kkomissjonat rapport minn perit sabiex jsir proġett sħiħ għal dan il-Ġnien.
Dan il-proġett se jkun wieħed mill-proġetti ewlenin tal-VRP tul is-sena li ġejja.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal-protezzjoni ta' l-ambjent li Malta hi parti minnhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal-protezzjoni ta' l-ambjent li Malta hi parti minnhom huma dawn li ġejjin:
1948 The Convention on the International Maritime Organisation, as amended.
1949 Agreement for the Establishment of a General Fisheries Counsil for the Mediterranean.
1951 The International Plant Protection Convention.
1954 International Convention for the Prevention of Pollution of the Sea by Oil.
1958 The Convention on the Continental Shelf.
1958 The Convention on the Territorial Sea and the Contiguous Zone.
1963 Treaty Banning Nuclear Weapon Tests in the Atmosphere, in Outer Space and Under Water.
1969 International Convention on Civil Liability for Oil Pollution Damage.
1971 The Treaty on the Prohibition on the Emplacement of Nuclear Weapons and Other Weapons of Mass Destruction of the Sea-Bed and the Ocean Floor and in the Subsoil Thereof.
1971 International Convention on the Establishment of an International Fund for Oil Pollution Damage.
1971 The Convention on Wetlands of International Importance Especially as Waterfowl Habitat.
1972 The Convention on the Prohibition of the Development, Production and Stockpiling of Bacteriological (Biological) and Toxic Weapons, and their Destruction.
1972 The Convention on the Prevention of Marine Pollution by Dumping of Wastes and Other Matter.
1973 The Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora.
1974 The International Convention on the Safety Of Life At Sea.
1976 The Convention for the Protection of the Mediterranean Sea Against Pollution and the 1996 Amendments to it.
1976 The Protocol For the Prevention of Pollution of the Mediterranean by Dumping from Ships and Aircraft.
1976 The Protocol concerning Co-operation in Combating Pollution of the Mediterranean Sea by Oil and Other Harmful Substances.
1976 The Protocol For the Protection Of the Mediterranean Sea Against Pollution From Land Based Sources.
1979 The Convention on Long Range TransboundaryAir Pollution.
1979 The Protocol to the Convention on Long Range Transboundary Air Pollution on Long-Term Financing of the Co-Operative Programme for Monitoring and Evaluation of the Long Range Transmission of Air Pollutants in Europe (EMEP).
1982 United Nations Convention on the Law of the Sea.
1985 The Vienna Convention for the Protection of the Ozone Layer.
1986 The Protocol concerning Mediterranean Specially Protected Areas.
1987 The Montreal Protocol on Substances that Deplete the Ozone Layer.
1992 The United Nations Framework Convention on Climate Change.
1994 United Nations Convention to Combat Desertification in those Countries Experiencing Serious Drought and/or Desertification, particularly in Africa.
1996 Protocol Concerning Protected Areas and Biological Diversity in the Mediterranean.
1996 Protocol on the Prevention of Pollution of the Mediterranean Sea by Transboundary Movement of Hazardous Wastes and their Disposal.
Hemm deċiżjoni mill-Kabinett biex nirratifikaw:
1. 1979 Convention on the Conservation of Migratory Species of Wild Animals (Bonn Convention).
2. 1992 Convention on Biodiversity.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn environment inspectors illum u f'liema qasam ta' l-ambjent huma speċjalizzati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għandu 11 il-Spettur ta' l-Ambjent. Dawn qiegħed imqassmin kif jidher hawn taħt:
Sezzjoni tal-Pollution Control - 2
Sezzjoni tan-Nature Protection - 4
Sezzjoni tas-Sites and Habits - 4
Ministeru ta' l-Intern - 1
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jordna li tappieri tad-drenaġġ li hemm fi Triq il-Kbira, San Ġiljan issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa peress li dawn qed ikunu ta' inkonvenjent kontinwu matul l-iljieli għar-residenti speċjalment dawk anzjani, minħabba ħsejjes li qed jagħmlu kull meta tgħaddi karozza minn fuqhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li-ħaddiema tad-drenaġġ ser jirranġaw it-tappieri kif ikun hemm bżonn biex dawn ma jibqgħux iħabbtu.
B'riferenza għall-ilmenti tar-residenti ta' Triq l-Għollieq u Triq l-Inkurunazzjoni, Mosta, jista' l-Ministru jara li jitwettaq il-programm ta' xogħol meħtieġ?
Jista' jara li jinkludi programm ta' landscaping f'dawn l-inħawi residenzjali?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari numru 19922, seduta 399.