Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-ħut ta' l-Akwakultura sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport annwali tad-Dipartiment għal dak li huwa taħriġ li pparteċipaw fih uffiċjali tad-Dipartiment barra minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-produzzjoni tat-titqis tal-bajd sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma' kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ fil-qasam tal-produzzjoni tat-tifqis tal-bajd matul l-1999, 2000 u 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-viti kultura sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarreġ speċifikament fil-qasam tal-vitikultura matul l-1999, 2000 u 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam ta' l-Api Kultura sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 27740.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-ortikultura sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma kien hemm l-ebda uffiċjal/tekniku/ħaddiem li tħarrġu fil-qasam tal-ortikultura matul l-1999, 2000 u 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tal-landscaping sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Uffiċjal wieħed attenda kors ta' ġimgħatejn imnidi miċ-CIHEAM fit-Tunisia dwar il-maniġġ ta' siġar taż-żebbuġ.
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 24739, jirriżultalu li ħamrija, anke jekk mhux tajba għal skop agrikolu, intremiet fil-baħar, kif fil-fatt ġara?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sezzjoni tal-ħamrija tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamlet superviżjoni kull meta kien hemm bżonn fuq dan il-proġett u jiena nfurmat li qatt ma ntremiet ħamrija fertili. Nżid ngħid li kien hemm xi każijiet fejn materjal li kien fih kontenut ta' ħamrija, ittieħed mill-kuntrattur biex il-ħamrija tiġi sseparata fl-impjant tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-majjal sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li f'Malta m'hawnx korsijiet speċjalizzati fil-qasam tat-trobbija ta' l-annimali ħafna mit-training isir 'in house' u 'hands on' fis-Servizz Veterinarju. F'dak li hu Animal Welfare, veterinarju uffiċjali attenda numru ta' korsijiet u konferenzi u fil-futur qarib dan sejjer ikun il-facilitator għat-training lokali fl-Animal Welfare.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-fniek sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li f'Malta m'hawnx korsijiet specjalizzati fil-qasam tat-trobbija ta' l-annimali ħafna mit-training isir 'in house' u 'hands on' fis-Servizz Veterinarju. F'dak li hu Animal Welfare, veterinarju ufficjali attenda numru ta' korsijiet u konferenzi u fil-futur qarib dan sejjer ikun il-facilitator ghat-training lokali fl-Animal Welfare.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-tjur sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li f'Malta m'hawnx korsijiet speċjalizzati fil-qasam tat-trobbija ta' l-annimali ħafna mit-training isir 'in house' u 'hands on' fis-Servizz Veterinarju. F'dak li hu Animal Welfare, veterinarju uffiċjali attenda numru ta' korsijiet u konferenzi u fil-futur qarib dan sejjer ikun il-facilitator għat-training lokali fl-Animal Welfare.
Barra minhekk, il-
Veterinary Support Officers
sejrin jattendu kors ta' sitt xhur fl-Olanda
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' uffiċjali/tekniċi u ħaddiema li tħarġu fil-qasam tat-trobbija tal-baqar sabiex itejbu l-kapaċita u kwalitajiet tagħhom matul l-1999, 2000 u 2001? Fejn tħarġu u x'tip ta' taħriġ ingħataw? Kemm minn dan it-taħriġ kien barra minn xtutna u fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li minħabba li f'Malta m'hawnx korsijiet speċjalizzati fil-qasam tat-trobbija ta' l-annimali ħafna mit-training isir 'in house' u 'hands on' fis-Servizz Veterinarju. F'dak li hu Animal Welfare, veterinarju uffiċjali attenda numru ta' korsijiet u konferenzi u fil-futur qarib dan sejjer ikun il-facilitator ghat-training lokali fl-Animal Welfare.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat illi qatt ma kellna kuntatt ma' din il-kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li tiġi msewwija l-kaxxa ta' l-ilma ta' Sant Antnin li hemm f'tal bidni u li hi magħrufa bħala l-kaxxar nru 3 li tinsab fl-għalqa tal-bidwi li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament għax ilha ħafna mkissra u l-bidwi konċernat ilu żmien twil jirrapportaha?
Possibbli l-Ministru ġentilment jara lil min hu responsabbli jsewwi din il-kaxxa fl-aqsar żmien possibli biex nevitaw aktar inkonvenjent u ġiri lil dan il-bidwi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ix-xogħol ta' manutenzjoni tal-kaxxa ta' l-ilma msemmija jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru ta' l-Ambjent.
Is-sezzjoni li tagħmel dan ix-xogħol taħdem b'koperazzjoni mad-dipartiment ta' l-Agrikoltura. Għaldaqstant saru l-kuntatti neċessarji u ninforma l-interpellant illi x-xogħol diġa' ġie spezzjonat u ngħatat il-konferma illi x-xogħol ser jibda fl-1 ta' Awissu, 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sena b'sena f'dawn l-aħħar 5 snin f'upgrading tal-ġonna:
1) Barakka ta' Fuq
2) Barakka t' Isfel
3) Hastings
4) Argotti
5) Il-Moll
X'pjanijiet hemm għal dawn il-ġonna fiż-żmien li ġej?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma ġie allokat l-ebda vot speċifiku għal-infieq kapitali għall-upgrading tal-ġonna msemmija. Is-sistema ta' kif jinżammu r-rekords ta' nfieq mill-allokazzjoni ta' fondi kurrenti ma tippermettix li jkun hemm rekord fuq kull ġnien. L-upgrading ta' ġonna li hemm il-Belt isir ukoll mill-Valletta Rehabilitation Project. Jien infurmat li ser jinbeda xogħol minn din l-entita' fil-Mall, il-Furjana. Mandankollu xogħol ta' mantiniment u restawr, fosthom dak tal-funtana tan-Nettunu fl-Argotti, jitwettaq min nies tad-Dipartiment tal-Agrikoltura regolarment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-tunnellaġġ tal-basal esportat matul 1999, 2000 u 2001?
X'varjetajiet ġew esportati kull sena? Lejn liema pajjiżi ġew esportati dawn il-varjetajiet tal-basal?
X'prezzijiet ġabu l-bdiewa f'kull sena rispettivament?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-mistoqsija tal-Onor. Interpellant tixhed kemm hu maqtuh mill-kuntatti mal-bdiewa għaliex jidher li qajla jaf x'inhu jiġri madwaru. Infakkru fi żmien meta kien hu responsabbli mill-Agrikoltura, mhux biss tista tgħid li ma kienux saru esperimenti fuq is-safar tal-basal minn Malta iżda kompla naffar lil min kien ħa inizjattiva biex isiefer ftit mill-kwantita' żejda li kien hawn fis-suq lokali.
Bħal ma wieħed jaf, ħlief għal xi container 'l hawn u 'l hinn, l-esportazzjoni ta' dan il-prodott tista tgħid ilha li nqatgħet minn Malta sa mill-1983. Naturalment għalkemm hemm diffikultajiet kbar biex tqajjem din l-attivita ekonomika mill-ġdid, id-Dipartiment tal-Agrikoltura qiegħed jagħmel kull sforz biex jesplora
din il-possibilita billi jagħmel provi fuq varjetajiet preferuti fi swieq prospettivi.
Għaldaqstant matul l-aħħar tlett snin ma setax ikun hemm esportazzjoni tal-basal ħlief għal xi samples li jintbagħtu bħala prova.
Madanakollu nżid ngħid li fl-aħħar sena inbdiet inizjattiva mill-privat biex l-esportazzjoni ta' dan il-prodott terġa' tibda ssir kemm il-darba tinstab varjeta aċċettabbli fi swieq barranin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26764 u ċioe jgħid kemm qabel il-friża kif wkoll wara l-friża ta' l-applikazzjoni għall-sħubija ta' Malta fl-UE kemm inġabu flus mill-EU sabiex jingħataw f'għajnuna finanzjarja lill-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-Agro-Industrija sabiex dawn jimmodernizzaw u jkunu konformi mar-regoli tal-CAP. Kemm fil-fatt hija n-nefqa li jirrikjedu l-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-Agro-Industrija biex ikun konformi mal-CAP?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Onor. Interpellant jaf li minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea ġiet iffriżata, id-Djalogu Strutturat li kien inbeda bejn Malta u L-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-Agrikoltura u s-Sajd kellu jieqaf ħesrem. B'hekk Malta ma setgħetx tibbenifika minn fondi pprovduti mill-Unjoni Ewropea għall-għan imsemmi lill-pajjiżi kandidati oħra.
Jista' l-Ministru jgħid peress li xi bdiewa fl-inħawi tal-Wardija qed jiġu mistoqsija jekk humiex jaħdmu r-raba peress li r-raba tagħhom hija suġġett ta' xi żvilupp ta' Golf Course fl-inħawi; jista' l-Ministru jinvestiga s-sitwazzjoni?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-ebda bidwi fl-inħawi tal-Wardija ma lmenta mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar xi mistoqsijiet li sarulhom. Jien infurmat ukoll li ma saret l-ebda konsultazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura mill-Awtorita
tal-Ippjanar dwar xi żvilupp ta' Golf Course fl-inħawi kif allega l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba, fl-aħħar sena, annimali morda minflok inħarqu fl-inċineratur tal-biċċerija ġew mgħormija fil-miżbla tal-Magħtab minħabba ħsarat fl-inċineratur?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kemm karkassi kkundannati kif ukoll fdalijiet oħra mill-biċċerija ġew mirduma fil-Magħtab fl-aħħar sena bħalma kienet il-proċedura fl-aħħar snin. L-Inċinerator tal-Biċċerija m'għandux ħsara imma mhux qiegħed jintuża fuq talba tar-residenti viċin. F'kas ta' neċessita dan l-inċinerator jista' jitqabbad immedjatament.