Legislature:
Category:
Reset
Active:

Industrija tat-Tjur

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21352, qed nehmeż il-kopji relatati u cioe paġna 12 tat-13 ta' Ottubru u paġna 5 ta' l-14 ta' Ottubru rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinnota li d-dati oriġinali li huwa pprovda kienu \baljati. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifri li qed jikwota jirreferu għal-setturi differenti tàl-industrija tat-tjur.

MEPA — Sptar San Luqa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21442 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' u li issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma jeżistux rekords uffiċjali jew estimi ta' l-ammonti ta' particulate matter jew fly ash li jiġu emessi fl-arja mill-inċineratur ta' l-isptar San Luqa? Jekk iva, jista' jipprovdi din l-informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f’seduta oħra.

Birkirkara — Ċimiterju

Question

Wara li r-Riverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata ta' Birkirkara flimkien mal-Ven. Soċjeta' Don Filippu Borgio kienu għamlu talba biex f'Birkirkara jinbena ċimiterju, jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni? Jekk hi aċċettata, x'inhu d-dewmien biex jinħareġ il-permess? Jekk hi fin-negattiv, x'inhuma l-problemi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

MEPA — Korrispondenza

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21134, jista' il-Ministru jgħid jekk ir-reġistrar tal-korrispondenza tal-MEPA f'Għawdex mal-Maltapost tapplikax ukoll għall-korrispendenza li tittieħed by hand fl-uffiċċju tal-MEPA f'Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Iva, kull korrespondenza relatat mà l- applikazzjoni ta' żvillup tiġi trattata bl-istess mod.

MEPA — Skemi ta' żvilupp

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 21154, jista' il-Ministru jgħid jekk il-MEPA adottatx b'mod uffiċjali l-iskemi ta' żvilupp kif approvati mill-Parlament? Jekk fl-affermattiv, bdiet titħaddem is-sistema ta' building levy ibbażata fuq infrastractural service charge sħiħa u mhux sussidjata kif qal li se ssir il-ministru fil-każ ta' l-estensjonijiet ta' l-iskemi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed isir eżercizzju flimkien mà entitajiet oħra sabiex jiġu sorvelati xi diffikultajiet proċedurali u legali sabiex jibda jitħaddem il-proċess taż-żonar u tfassil ta' toroq għal xi wħud mill-inħawi li riċentament daħlu fiż-żona ta' l-iżvilupp. Dan il-proċess huwa wkoll marbut mà l-avviż legali li jikkonferma id-dħul ta' dawn l-artijiet ġewwa iż-żona ta' l-iżvilupp. Huwa mifhum li dawn iż-żewġ eżercizzji jintrabtu flimkien u l-eżitu tagħhom ser ikun magħruf fi żmien qasir

Ċentri għal riċiklaġġ ta' skart goff

Question

Fid-diskors tal-budget, il-Prim Ministru tkellem dwar ħames ċentri għal riċiklaġġ ta' skart goff u sussegwentement waqt il-konferenza għal Media wara dan id-diskors, fit-18 ta' ottubru, 2006, issemma l-Imrieħel bħala wieħed mis-siti magħżula għal dan iċ-ċentru, jista' għalhekk il-Ministru jagħti dettalji preċiżi, anke peremzz ta' site plan, dwar fejn eżatt se jkun dan is-sit? Jista' jgħid ukoll xi studji dwar l-impatti fuq l-ambjent, tniġġis ta' l-arja, iż-żieda fit-traffiku u vetturi ta' natura industrijali, il-ħsejjes, l-irwejjaħ, eċċ. saru li jistgħu jolqtu l-areas ta' l-abitat, bħal per eżempju l-area residenzjali ta' Tal-Blat II f'Ħal Qormi? Jista' għalhekk iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja tas-site plan u l-istudji li saru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit għal Centri ta ġbir tà skart ġoff ser issir fiż-żona industrijali ta’ l-Imrieħel. Il-Permess ta’ dan iċ-ċentru diġa ġie approvat mill- Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bin-numru PA 5170/04 maħrug fl-20 ta’ Marzu 2006. Fil-proċess ta’ l-applikazzjoni l-Awtorita’ ikkonsultat mà l-entijiet kollha ikkoncernati fosthom id-dipartiment tas-Saħħa Pubblika, l-Awtorita’ dwar it-Trasport, u l-Awtorita ta’ Malta għar-Rizorsi. L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar għamlet numru ta’ kundizzjonijiet biex taċċerta ruħha li l-iżvilupp ikollu l-inqas impatt possibli f’din iż-żona industrijali. Tajjeb li jingħad li f’dawn iċ-ċentri jitpoġġa materjal ġoff u mhux fdalijiet tà ikel (bio-waste) u għalhekk m’għandux ikun hemm impatt tà rwejjaħ.

Ċentri għal riċiklaġġ ta' skart goff

Question

Fid-diskors tal-budget, il-Prim Ministru tkellem dwar ħames ċentri għal riċiklaġġ ta' skart goff u sussegwentement waqt il-konferenza għal Media wara dan id-diskors, fit-18 ta' Ottubru 2006, issemma Ħal-Luqa bħala wieħed mis-siti magħżula għal dan iċ-ċentru, jista' għalhekk il-Ministru jagħti dettalji preċiżi, anke permezz ta' site plan, dwar fejn eżatt se jkun dan is-sit? Jista' jgħid ukoll xi studji dwar l-impatti fuq l-ambjent, tniġġis ta' l-arja, iż-żieda fit-traffiku u vetturi ta' natura industrijali, il-ħsejjes, l-irwejjaħ, eċċ saru li jistgħu jolqtu l-areas abitati f'Ħal-Luqa? Jista' għalhekk il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' kemm site plan kif ukoll studji saru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill- Onor Marie Louise Coleiro Preca, li s-sit għal –Centru għal-Skart Ġoff ‘Civic Amenity Site’ li qiegħed propost f’ Ħal-Luqa, kif indikat fil-pjanta annessa għadha qed tiġi ikkunsidrata mill-Awtorita ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar u l-applikazzjoni iggib in-numru PA 3300/06 L-Awtorita’ bdiet il-proċess ta’ konsultazzjoni fuq l-imsemmija applikazzjoni. Tajjeb li jingħad li f’dawn iċ-ċentri jitpoġġa materjal ġoff u mhux fdalijiet tà ikel (bio-waste) u għalhekk m’għandux ikun hemm impatt tà rwejjaħ.

Spinola — Xatt ta' San Ġiljan

Question

Jsita' il-Ministru jgħid jekk fil-mod kif qed jiġi wżat l-ispazju fix-xatt ta' San Ġiljan, Spinola hux qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi żgurat li jibqa' post biżżejjed fejn is-sajjieda liċenzjati jkollhom fejn itellgħu u jżommu d-dgħajjes tagħhom fuq l-art?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

MEPA — Bini ta' ħajt

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bżonn xi permessi mill-MEPA biex iddawwar b'ħajt art li tappartjeni lilha jew tista' ittella' dan il-ħajt biex ma tħallix terzi persuni jidħlu abbużivament f'din l-art?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika, permezz ta’ site plan, il-post eżatt li qed jirreferi għalih.

Sajjied — Sussidju fuq id-diesel

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħareġ is-sussidju dovut fuq id-diesel lis-sajjied li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien nfurmat li fid-databases tal-Fergħa tas-Sajd u l-Akwakultura m'hemm l-ebda traċċa la tan-numru, la tal-isem tal-bastiment u l-anqas tas-sid tal-bastiment li dwaru ntalbet l-informazzjoni. Dan ifisser li dan il-bastiment mhux irreġistrat ma' din il-Fergħa u għalhekk m'għandu l-ebda dritt ta' karburant mingħajr dazju.

Dairy premium

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21260 u jgħid kemm kienu l-pagamenti fl-2004 u l-2005 separatament tad-dairy premium? Meta saru dawn il-pagamenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Mellieħa — Triq Etna

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-MEPA beħsiebha tieħu passi u tesegwixxi enforcement notice li nħarġet xi għaxar snin ilu biex titneħħa rampa li nbniet illegalment f'Awissu 1994 li tagħti minn Triq l-Etna, Mellieħa għal fuq art li tappartjeni lill-familja li isimha qed jintbagħat separatament, li tabita fl-istess triq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal-Mistoqsija Parlamentari 21473.

Budget 2006 — Nefqa Kapitali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali li saret u ġiet minfuqa mill-gvern fil-qasam ta' l-ambjent minn dik li kien hemm allokata fil-budget għas-sena 2006?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Budget 2006 — Proġetti

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema kienu dawk il-proġetti mħabbra fil-budget 2006 li ġew finalizzati u tlestew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor Interpellant ikun aktar speċifiku billi jindika għall liema settur qed jirreferi.

Skart Goff

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif saret l-għażla tas-siti magħżula fejn se jitpoġġa l-iskart goff f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid ma' min saret konsultazzjoni u liema huma s-siti magħżula?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-għażla tas-siti fejn fihom il-pubbliku se jkun jista’ jiddisponi minn skart goff saret wara li ġiet evalwata d-densita` tal-popolazzjoni ta’ l-irħula tagħna ħalli dawn is-siti jkunu mferxin b’mod li kull lokalita` jkollha access konvenjenti għal xi wieħed minn dawn is-siti. Kunsiderazzjoni oħra kienet li s-siti jitpoġġew kemm jista’ jkun f’żoni industrijali u, fejn jeżistu, f’siti li diġa fihom jilqgħu, jew inkella ser jibdew jilqgħu, l-iskart fihom bħall-facilita` fil-Magħtab (Malta) u dik Tal-Kus (Għawdex) rispettivament. Dan il-process kien f’konsultazzjoni kontinwa mal-MEPA u l-Joint Office u, kull meta gie identifikat xi sit, saru l-analiżi kollha skond kif mitluba mill-awtoritajiet ikkoncernati fuqu. Is-siti magħzula huma: · Magħtab · Mrieħel · Ħal Far · Luqa · Tal-Kus, Xewkija (Għawdex)

Pembroke — Slipway

Question

Jista' il-Ministru jinformana dwar l-istatus ta' l-applikazzjoni quddiem il-MEPA għas-slipway ta' Pembroke, fiex waslet u meta se jinħareġ il-permess?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar qiegħda tistenna xi nformazzjoni mingħand l-applikant. L-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjannar tista' tgħid meta ser jinħareg il-permess meta l-informazzjoni kollha mitluba tkun ġiet sottomessa

Biċċerija — Veterinarji Barranin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20721, jista' il-Ministru jgħid minfejn huma l-veterinarji barranin li qed jaħdmu l-biċċerija? Meta jintemmilhom il-kuntratt? Hemm veterinarji Maltin li issa jistgħu jiġu mpjegati fil-biċċerija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-veterinarji barranin li qed jaħdmu il-biċċerija huma mill-Italja. Il-kuntratti ta’ dawn il-veterinarju jiskadu matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2007. Hija l-intenzjoni tal-Ministeru tiegħi li fil-futur qarib iniedi sejħa għall-ingaġġ ta’ veterinarji Maltin kif sar sena u nofs ilu.

Bdiewa/Raħħala/Sajjieda

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-assigurazzjoni li kellha tingħata lill-bdiewa, raħħala u sajjieda sabiex tissostitwixxi l-ħlas ta' nofs il-bolla tan-NI? Kemm fil-fatt tilfu fi ħlas il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda kawża li l-gvern neħħa din l-għajnuna lil dawn in-nies tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol konness mat-tfassil tal-assikurazzjoni konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea issa ġiet konkluża u l-iskema ġiet notifikata lill-Kumissjoni Ewropea.Għat-tieni parti tal-mistoqsija peress li l-iskema tan-nofs bolla kellha titneħħa abbażi tar-regoli tal-Unjoni Ewropea, kull tweġiba li tistà tingħata hi spekkulativa.

Jerma Palace Hotel

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-Hotel Jerma ta' Wied il-Għajn tiġi mibdula fi block ta' appartamenti? Dan huwa possibbli skond il-ftehim li sar bejn il-gvern u l-proprjetarji tal-Jerma Palace.

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iżvilupp fis-sit indikat huwa regolat permezz ta' policies fil-pjan lokali tan-nofs in-nhar ta' Malta permezz ta' policy SMMS 15. Din il-policy tikkontempla illi jsir "Development Brief" b'enfasi fuq il-prodott turistiku u li jistà jinkludi komponenti residenzjali u kummerċjali. Huwa indikat ukoll illi trid tingħata attenzjoni partikolari lil pożizzjoni strateġika ta' dan is-sit. Il-proċess legali jikkontempla li dan id-development brief joħrog għall-konsultazzjoni pubblika. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Industrija tat-tjur

Question

Kif jispjega l-fatt il-Ministru li fil-ħarġa tat-12 ta' Ottubru, 2006 tal-Malta Independent ġie rappurtat li l-industrija tat-tjur ingħatat f'għajnuna u sussidju Lm3,125,980 u fil-ħarġa tat-13 ta' Ottubru ta' l-istess ġurnal ġie rappurtat li s-somma kienet ta' Lm1,255,830?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jipprovdi kopji tà l-artiklu li qed jirreferi għalihom.