Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Kontijiet ta' l-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-Awtorita' tad-Djar fir-rigward tal-ħlas tal-kont ta' l-elettriku tal-lifts li ġew installati fl-appartamenti tal-gvern? Dawn il-kontijiet jinqasmu bejn kull min juża l-lift? Fejn normalment ikun installat il-meter ta' l-elettriku għal lift? X'jiġri f'każ ta' kerrej jew kerrejja li jirrifjutaw li jħallsu sehemhom mill-kont ta' l-elettriku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn l-appartamenti jkunu inxtraw mill-benefiċjarji, ir-responsabbilta' tal-ħlas ta' l-elettriku tal-lifts hija tar-residenti. Fejn il-postijiet ingħataw bil-kera, jidhirli li r-responsabbilta' xorta hija tar-residenti iżda billi l-kirjiet huma amministrati mid-Dipartiment ta' l-Estates Management, nagħti parir lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Intern li taħtu jaqa' dan id-Dipartiment. Il-meter ta' l-elettriku naturalment ikun stallat fil-post komuni tal-blokk, aktarx fl-intrata. Meta l-Awtorita' tad-Djar talloka appartament ġo blokki taħt l-iskemi tagħha, dawn il-benefiċjarji jiffirmaw dokument fejn jobbligaw ruħhom li jifformaw Għaqda tar-Residenti tal-Blokk u jkunu membri tiegħu. Dan il-Kumitat huwa responsabbli għall-manteniment tal-blokk, inkluż il-partijiet komuni fosthom il-'lifts' u l-konsum tad-dawl. Kull benefiċjarju huwa għaldaqstant responsabbli flimkien mar-residenti tal-Blokk/Entratura għall-ħlas tad-dawl tal-'lift'. Meta l-Awtorita' tad-Djar tiġi informata b'xi nuqqas previst fil-ftehim tal-bejgħ jew kirja, hi tieħu l-passi neċessarji skond l-istess Kuntratt/Avviż relattiv. 30.11.98

Djar — Bejgħ ta' postijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li xtrat post mingħand l-Awtorita' tad-Djar snin ilu, u ż-żwieġ falla u issa huwa separat legalment, jistax ibiegħ dan il-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk il-persuna indikata titlob permess biex tbiegħ dan il-post, dan jingħata taħt il-kundizzjonijiet indikati fil-Kuntratt tal-akkwist, fosthom ir-rifuzjoni tas-sussidju, jew parti minnu skond il-każ, fuq il-prezz u fuq is-self li bbenefika minnhu dan il-benefiċjarju. 30.11.98

Benefiċċji Soċjali — Għajnuna medika

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mhijiex intitolata għall-għajnuna medika? X'inhu d-dħul applikabbli sabiex persuna tkun intitolata għal din it-tip ta' għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija fl-interpellanza tiegħu ġiet infurmata bir-raġuni għaliex ma tikkwalifikax għal-Għajnuna Medika. Ninfurmah ukoll illi biex persuna tikkwalifika għal-Għajnuna Medika tkun trid tisodisfa t-test tal-kapital kif ukoll it-test tal-mezzi kif jinsabu fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali li huma: (a) il-Kapital ma jridx jeċċedi Lm7000 f' każ ta' koppja miżżewġa jew Lm4000 f'każ ta' persuni oħra. (b) (i) f'każ ta' Pensjonanti, id-dħul fil-ġimgħa ta' koppja miżżewġa ma jridx jeċċedi Lm51.35 fil-ġimgħa jew Lm42.80 fil-ġimgħa għal persuni oħra. (ii) f'każ li l-applikant li ma jirċievi ebda pensjoni, id-dħul ma jridx jeċċedi Lm12.80 fil-ġimgħa f'każ ta' koppja miżżewġa jew Lm9.30 fil-ġimgħa f'każ ta' persuni oħra. Għal dawn il-każi, jew fejn pensjonant u l-mara tiegħu jkunu taħt is-60 sena, l-iskali (Lm12.80 jew Lm9.30) jiżdiedu bi Lm3.50 fil-ġimgħa għal kull membru ieħor fil-familja li ma jkunx impjegat jew jaħdem għal-rasu. 30.11.98

Djar — Xiri ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament, għal xiri ta' post taħt avviż 61 ġiet rifjutata bir-raġuni mogħtija tkun li kienu rrifjutaw post mogħti lilhom taħt Avviż 60, meta taħt dan l-istess avviż setgħu jirrifjutaw b'raġuni valida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għandi ninforma lill-Onor. Membru li dan il-każ kien diġa ġie rreferut lill-Ombudsman li ddeċieda li dan l-ilment mhux ġustifikat u għalaq il-każ. 30.11.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' nies jirreġistraw (Part I) li huma taħt il-25 sena u minn liema lokalitajiet jiġu f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1998 taħt il-25 sena, f'Malta u Għawdex kien ta' 2,094. Dawn kienu ġejjin minn dawn il-Kunsilli Lokali. Malta Għawdex Attard 22 Msida 32 Fontana 11 Balzan 8 Naxxar 23 Għajnsielem 12 B'Kara 101 Paola 45 Għarb 6 B'Buġia 42 Pembroke 8 Għasri 1 Cospicua 70 Pieta' 12 Kerċem 12 Dingli 13 Qormi 120 Munxar 7 Fgura 46 Qrendi 15 Nadur 18 Floriana 22 Rabat Malta 49 Qala 7 Għargħur 19 San Gwann 42 San Lawrenz 3 Għaxaq 37 Santa Luċia 26 Sannat 13 Gudja 29 Santa Venera 29 Victoria 46 Gzira 26 Senglea 25 Xagħra 19 Ħal Safi 10 Siġġiewi 41 Xewkija 15 Ħamrun 84 Sliema 19 Żebbuġ 19 Kalkara 20 St. Julian's 17 Kirkop 15 St. Paul's Bay 29 TOTAL 189 Lija 6 Swieqi 4 Luqa 37 Tarxien 42 L-Iklin 4 Ta' Xbiex 11 Marsa 66 Valletta 76 Marsascala 38 Vittoriosa 27 Marsaxlokk 24 Xgħajra 4 Mdina 0 Żabbar 121 Mellieħa 7 Żebbuġ Malta 86 Mġarr Malta 5 Żejtun 112 Mosta 42 Żurrieq 74 Mqabba 23 TOTAL 1,905 L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Settembru 1998. 30.11.98

Ġebla Maltija — Restawr

Question

Jidhirlu l-Ministru li numru ta' apprendisti f'oqsma differenti bħalma huma mastrudaxxi, electricians, restawr fil-ġebla Maltija - li ma ġewx ingaġġati - jikkostitwixxi ħela ta' riżorsi umani meta wieħed iqis il-bżonn ta' nies ta' sengħa f'diversi sptarijiet u proġetti tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ovvjament l-Onor. Membru qed jirreferi għall-ingaġġ fis-Servizz Pubbliku ta' dawk l-apprentisti li jkunu temmew b'suċċess il-kors tagħhom taħt it-Technician Apprenticeship Scheme (TAS) u l-Extended Skills Training Scheme (ESTS). Jidhirli li għal numru ta' snin il-policy f'dan ir-rigward kienet u għadha li dan it-tip ta' ngaġġ m'għandux ikun wieħed awtomatiku iżda skond il-bżonn. 30.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 579, jaf il-Ministru li l-fond li titlob li tiġi rikonoxxuta fih il-persuna huwa dak li qed jintbagħat separatament u li żgur jappartjeni lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna indikata mhux tapplika mill-post indikat. Anzi dan il-post, l-Onor. Interpellant jaf illi min kien joqgħod fih, ġie allokat post ieħor u hu obbligat jirritorna ċ-ċwievet fid-Dipartiment biex dan jiġi allokat lil xi ħadd mill-lista li jżomm. 30.11.98

ETC — Reġistrar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li marru jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-mumru ta' persuni li rreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ fix-xahar ta' Awissu kien ta' 1,341, f'Settembru 1998 kien 1,234 u f'Ottubru 1998 kien ta' 1,353. 25.11.98

Ministeru tal-Politika Soċjali — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' vetturi li għandu fil-ministeru, in-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom, u min hu nkarigat minn kull waħda minn dawn il-vetturi fid-dikasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' vetturi li bħalissa huma disponibbli fis-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi huwa ħamsa (5). Id-dettalji mitluba huma kif jidhru hawn taħt: MSW 002 - Honda Accord - Użata mill-Ministru għal Politika Soċjali GVN 043 - Ford Fiesta - Użata mis-Segretarju Privat Designate tal- Ministru MSW 001 - Rover Sterling Użati minn membri tas- MHS 026 - Holden Commodore - Segretarjat skond il- KAO 98 - Opel Omega ħtieġa 25.11.98

Social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati social workers ġodda mad-dipartiment mis-6 ta' Settembru' il hawn? Jekk fl-affermattiv, kemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nikkonferma li fil-ġranet li ġejjin għandhom jiġu ngaġġati seba' (7) 'social workers' ġodda mall-Programm Ħidma Soċjali (SWDP). Nirreferi wkoll lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajtu għall-Mistoqsija Nru. 1088. 25.11.98

Furjana — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jivverifika għalfejn mhux f'pożizzjoni li jgħid la kemm ġiet tiswa t-tiswija tas-saqaf tad-dar ta' l-anzjani tal-Furjana qabel Ottubru 1996 u lanqas kemm sewa t-trasferiment ta' l-anzjani f'hotels privati sakemm tlesta x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu uża l-frażi 'qabel Ottubru 1996' huwa jaf li dan ix-xogħol kien sar bejn l-1991/1992. Id-Dipartiment mhux f'pożizzjoni li jgħid kemm sewa ix-xogħol tas-saqaf tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana peress li l-informazzjoni mitluba ma nstabitx fir-records tad-Dipartiment. Għall-istess raġuni ma tistax tingħata risposta dwar it-trasferiment ta' l-Anzjani fl-istess perjodu. 25.11.98

Casa Notabile — Day care centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kura għall-Anzjani għandux il-ħsieb li jilqa' t-talba li kien għamel il-Kunsill ta' l-Imdina, cioe' sabiex tingħata Casa Notabile għall-użu ta' day care centre?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qegħdin jerġgħu jsiru taħdidiet mall-Kunsill Lokali ta' l-Imdina wara li l-Kunsill reċentement kiteb ittra li fiha hemm espressa x-xewqa li l-Kunsill jitħalla jagħmel użu minn Casino Notabile. 25.11.98

Public Accounts — Auditor General's Report

Question

When is the Auditor General's Report on the Public Accounts for 1997 to be made available to Members of this House?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond Sezzjoni 7 ta' l-Ewwel Skeda ta' l-Att ta' l-1997 dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika, ir-Rapport imsemmi fil-Mistoqsija ta' l-Onor. Membru għandu jintbagħat lill-'Ispeaker' tal-Kamra. Għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor. Membru li jitlob l-informazzjoni rikjesta lill-'Ispeaker'. 25.11.98

Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet jew onorarja qed jingħataw lill-membri tal-bord il-ġdid ta' l-Isptar Zammit Clapp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Isptar Zammit Clapp jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru tas-Saħħa u għalhekk nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli. 25.11.98

Koperattivi — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u tekniċi li jaħdmu f'azjendi privati u koperattivi konnessi ma' l-oqsma tal-Biedja u Sajd bħal KPM, MDP eċċ matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra. 24.11.98

Impjiegi — Bdiewa/Raħħala

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa u raħħala fulltime f'Malta u Għawdex, matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema mpjegati f'azjendi Agro Industrijali, proċessuri tal-laħam inkluż biċċiera tal-laħam lokali eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istatistika li żżomm il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ dwar in-numru ta' persuni li jaħdmu 'full time' fis-settur ta' l-agrikoltura u s-sajd tindika dawn il-figuri: Diċembru 1994 2,513 Diċembru 1995 2,578 Diċembru 1996 2,533 Diċembru l997 2,543 Awissu 1998 2,580 In-numru ta' ħaddiema mpjegati f'ażjendi agro-ndustrijali u proċessuri tal-laħam fis-settur privat f'Awissu 1998 kien ta' 4,172 24.11.98

ETC — Talbiet għal impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet talbiet għal impjiegi l-ETC matul Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u mil-liema settur ġew dawn it-talbiet? Jista' jgħid ukoll kemm ġew impjegati persuni li kienu qed jirreġistraw, bis-saħħa ta' dawn it-talbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' talbiet u mil-liema settur ġew dawn it-talbiet f'Awissu, Settembru u Ottubru huma kif ġej: SETTUR AWISSU SETTEMBRU OTTUBRU 1. Managers/Supervisors 2 4 8 2. Professionals 20 30 14 3. Technicians 33 21 35 4. Clerks 64 67 65 6. Farmers/Gardeners - 3 1 7. Crafts/Trades 75 114 89 8. M'Operators/Drivers 31 40 44 9. Elementary Trades 60 98 103 TOTAL 330 421 452 In-numru ta' reġistranti li ġew impjegati bis-saħħa ta' dawn it-talbiet sal-lum kien ta' 126. 24.11.98

ETC — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta r-rapport dettaljat ta' kull xahar tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ minn Lulju sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti hekk imsejħa 'Internal Statistics' tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għax-xhur ta' Lulju, Awissu u Settembru 1998. Nippresumi li dawn huma d-dokumenti li qed jitlob l-Onor. Membru. 24.11.98

ETC — Qtugħ mir-reġistru

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u r-raġuni li għaliha nqatgħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li nqatgħu mir-reġistrar xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru kien 13, 42 u 57 rispettivament. Ir-raġuni għaliex inqatgħu hi kif ġej: AWISSU SETTEMBRU OTTUBRU ------ --------- ------- M'accettawx impieg 3 1 15 M'attendewx taħriġ 5 12 1 Jirreġistraw u jaħdmu 5 13 38 M'attendewx għal intervista - 16 3 TOTAL 13 42 57 24.11.98

ETC — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-ispezzjonijiet li saru mill-uffiċjali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ f'Awissu 1998, Settembru 1998 u Ottubru 1998 kienu 589; 242; 978 rispettivament. 24.11.98