Għargħur — Triq Santa Katerina - Fawran ta' Drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22955 u jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex tirrimedja l-problema ta' fawran tad-drenaġġ fi Triq Santa Katerina, l-Għargħur meta għandi għaliex nifhem illi kellhom jittieħdu passi ta' rimedju madwar sena ilu - fi Frar 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġa bdiet tagħmel ix-xogħol neċessarju biex tirrimedja din il-problema.
Dan ix-xogħol huwa mistenni li jkun lest fi żmien erba' ġimgħat oħra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni barranin li għandhom top posts fil-Malta Shipyards? X'inhu s-salarju u l-benefiċċji l-oħra li għandhom? Jista' jgħid x'esperjenza għandhom u xi kwalifiki fis-CV tagħhom?
Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li ngħatat ittra lill-ħaddiema tat-Tarzna dwar possibbilta' ta' xogħol b'shift mis-7.00 a.m. sas-7.00 p.m. u mis-7.00 p.m. sas-7.00 a.m.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi mdawwla Triq Ħal Farruġ, f'Ħal Luqa li hija mhux biss mudlama iżda toffri perikli serji għal kulmin ikollu jgħaddi minnha filgħaxija?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat peress li dwal ġodda fit-toroq ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' proprjeta' li ġiet akkwistata mill-Enemalta sabiex tintuża bħala substations ta' l-elettriku f'dawn l-aħħar 12-il xahar, inkluż il-valur li nxtraw bih?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Għargħur — Triq Santa Katerina - fawran ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadet il-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex tirrimedja l-problema ta' fawran tad-drenaġġ fi Triq Santa Katerina, l-Għargħur meta għandi għaliex nifhem illi kellhom jittieħdu passi ta' rimedju madwar sena ilu - fi Frar 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet finanzjarji jew ta' xi tip ieħor lil għaqdiet jew clubs sportivi u kulturali matul is-sena 2006 mill-ministeru u enti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min ibbenefika u kemm kien l-ammont għal kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu impjegati l-ministeru? Kemm hemm minnhom on loan u minn liema post ġejjin? Kemm hemm bil-kuntratt? Kemm hemm li għandhom allowance u x'tip ta' allowance? Kemm hemm min għandu mobile, karozza, ħlas tat-telephone tad-dar u kemm għamlu overtime persuna b'persuna matul l-2006? X'inhuma l-gradi ta' kull impjegat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Air Malta ċ-chief officer, il-group head u l-heads ingħatawx performance bonus u għal kemm kien jammonta dan il-bonus u jekk dawn il-bonuses suppost kenux "frozen" bħal increments ta' l-impjegati skond il-perijodu mniżżel fil-memorandum of understanding li kien sar ma' l-unions?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persuni li qedin fil-grad ta’ Chief Officer u ta’ General Manager għandhom kuntratt ta’ tlett snin, u għalhekk mhumiex qedin f’din il-kariga b’mod permanenti. Parti mid-dħul tagħhom huwa bbażat fuq performance bonus.
Il-bonus relatat mal ‘performance’ għall-grad ta’ Chief Officer u General Manager huwa kkalkulat kif spjegat hawn taħt:-
- Jekk ir-riżultati operattivi tal-Grupp mill Operat ewlieni jiġi milħuq, 66.67% tal-bonus relatat mal performance jiġi mħallas.
- Jekk l-għanijiet (KPIs) li ġew stabbiliti għad-Divisjonijiet rispettivi jiġu milħuqa, 33.33% tal-bonus relatat mal-performance jiġi mħallas.
Fis-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta’ Marzu 2006, l-ebda Chief Officer jew General Manager ma ġie mħallas bonus relatat mal-‘performance’ fl-iskema marbuta mar-riżultati Operattivi tal-Grupp.
Is-somma totali ta’ Lm29,401 ġiet imħallsa lil 9 Chief Officers u 21 General Managers bħala bonus relatat mal-fatt li l-għanijiet tad-Diviżjonijiet u Dipartimenti (KPIs) ġew milħuqa.”
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22504, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-gvern laħaq ma' erba' skejjel privati fil-qasam ta' l-IT sabiex jgħallmu studenti li applikaw għall-kors ta' l-IT fl-MCAST u ma ġewx magħżula fl-ewwel intake? Liema huma dawn l-iskejjel u kemm se jieħdu studenti kull wieħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22590 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom l-Air Malta ddeċidiet li ma titfax l-offerta għall-ebda rotta maħruġa mill-gvern għal-low cost airlines bl-iskema ta' sussidju li ħareġ s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għall-riposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 22599. Bażikament ir-raġuni hi li r-rotot ġodda jridu jagħmlu sens kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha impjegati magħha l-kumpannija Air Malta sa Mejju ta' l-1987, kategorija kategorija u/jew skala skala u/jew kariga kariga?
Kemm ġew impjegati ħaddiema mal-kumpannija sena b'sena minn Ġunju 1988 sa Diċembru 2006, kategorija kategorija u/jew skala skala u/jew kariga kariga?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-impjegati tal-CASMA li għal dawn l-aħħar tmien snin ġew mislufa lill-kumpannija Accor u llum Bariere?
Jista' jgħid jekk il-gvern hux jikkontempla li jġedded il-kuntratt lill-kumpannija Barriere ma' l-għeluq tal-kuntratt għal għaxar snin milħuq mal-kumpannija Accor?
Jekk il-kuntratt jiġġedded, il-gvern se jassigura li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li ġew mislufa mill-CASMA jitjiebu, wara li matul dawn l-aħħar tmien snin il-kunidizzjonijiet tagħhom ġew prattikament iffriżati u l-impjegati tħallew mingħajr ftehim kollettiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-gvern dwar l-istat ħażin li tħalla jaqa' fih il-bini tal-Casino Dragonara matul dawn l-aħħar tmien snin, għajr għal ftit irtokki ta' manutenzjoni li saru biss dan l-aħħar, wara li prattikament ma saret l-ebda manutenzjoni għal tmien snin sħaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fit-twassil ta' l-ittri minn Malta għal Malta/Għawdex u dan mhux fil-perijodu tal-Milied, iżda fi żmenijiet normali fejn saħansitra ittra tieħu aktar minn għaxart ijiem u f'ċerti każi anke kważi xahar? Jista' jgħid jekk il-gvern hux jintervjeni mal-kumpannija li tħaddem il-posta biex din is-sitwazzjoni ma tibqax? Jekk iva, x'sar s'issa? Jekk le, x'se jsir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li miċ-ċifri maħruga minn Konsulent indipendenti approvat mill-Malta Communications Authority, li jagħmel survey kull xahar dwar Kwalita ta’ Servizz ta' tqassim ta' ittri, ma jirriżultax li hemm dewmien fit-twassil ta’ ittri minn Malta għal Malta/Ghawdex. Fil-fatt ir-riżultat għas-sena finanzjarja 2005-2006 (Ottubru 2005 – Settembru 2006) jindika li medja ta’ 92.14% ta’ l-ittri kienu mqassma l-għada li ġew impustati, 6.5% ta’l-ittri kienu mqassma wara jumejn, 1.2% wara tlett ijiem u 0.2% biss ġew imqassma wara aktar minn tlett ijiem. Waqt li l-aħħar riżultat, dak ta’Novembru 2006 jindika li 94% ta’l-ittri kienu mqassma l-għada li ġew impustati, 3% kienu mqassma wara jumejn u 3% kien mqassma wara tlett ijiem.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22526 u jgħid: Issa li s-surcharge tniżżlet minħabba tnaqqis fil-prezz taż-żejt, jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jbaxxi l-cappingtal-prezz tad-dawl fuq il-lukandi u li jdaħħal capping fuq il-kont tad-dawl tar-ristoranti li qed ibatu ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li ninnota li l-Onor Interpellant qed jissuġerixxi li għandu jitnaqqas il-"capping" fuq is-"surcharge" li jibbenefikaw minnu l-lukandi, ninformah li l-Gvern jemmen li mhux iż-żmien li dan għandu jsir.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22524 u jgħid: Bħalissa l-Air Malta kemm għandha ajruplani li qed tillisja għal titjir f'pajjiżi oħra? Xi ħsieb hemm matul is-sena li ġejja li l-Air Malta tillisja ajruplani oħra barra minn Malta? X'effett huma maħsuba li jħallu fuq seat capacity f'rotot differenti għal min irid jiġi f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għall-istess raġunijiet li tajt fir-risposta għall-mistoqsija Nru. 22599, ma jidhirlix li din l-informazzjoni għandha tiġi pubblikata.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġunijiet l-Air Malta qed topera titjira minn Tripli li qed tkun tard wisq għall-konnessjonijiet internazzjonali minn Malta, meta qabel il-ħin kien aħjar wara nofsinhar?
Response (GATT, AUSTIN)
Jeżistu raġunijiet kummerċjali u strateġiċi għall-iskeda l-ġdida, iżda ma jidhirlix li billi nippublika informazzjoni kummerċjali u sensittivi se nkun qed nagħmel ġid lill-Air Malta u konsegwentament jidhirli li minħabba natura tagħha, din l-informazzjoni m'għandiex tiġi publikata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21814 u jgħid jekk jistax jgħid kemm nefaq il-gvern biex eżenta 13,000 familja mis-surcharge fuq id-dawl u l-ilma matul is-sena 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.