Legislature:
Category:
Reset
Active:

OHSA – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata l-persuna li l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel refenza għaliha, bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-post tax-xogħol, għandha kuntratt li huwa ekwivalenti għall-livell ta’ Skala 2 tal-impjegati taċ-Ċivil. Il-kuntratt oriġinali li kien iffirmat fl-20 ta’ Settembru 2001, u kien mgedded fit-13 ta’ Marzu 2011 u minn dak iz-zmien ‘l hawn ma kienx hemm tibdil. Il-ħatra ta’ Kap Eżekuttiv saret direttament mill-gvern preċedenti u l-Kap tat-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol kien assuma din il-pożizzjoni, skont kif titlob il-liġi.

MCCAA – Executive Chairman – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Executive Chairman tal-Awtorità ta’ Malta għall-Affarijiet tal-Konsumatur? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-persuna li l-Onorevoli Interpellant qed jagħmel referenza għaliha, bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità dwar il-Mediċini, għandha kuntratt li huwa ekwivalenti għall-livell tnejn (2) tal-impjegati taċ-Ċivil u xi perkaċċi oħra. Għal din il-kariga ma jkunx hemm sejħa. Ara dokument PL 5071 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa, 27 ta' Mejju 2015 fis-Seduta 269

BICC – Executive Chairman – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupha l-kariga ta’ Executive Chairman tal- Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 7415 fis-seduta 124, fil-25ta' Frar 2014.

MEUSAC – għajnuna lill-kunsilli lokali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-MEUSAC għandux għad-dispożizzjoni tiegħu fondi speċjali biex jgħin lill-kunsilli lokali f’forma ta’ ko-finanzjament f’applikazzjonijiet ta’ proġetti u inizjattivi mill-/mal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, HELENA)

Minn mindu reġa’ twaqqaf fl-2008 sal-lum, il-MEUSAC qatt ma kellu għad-dispożizzjoni tiegħu fondi speċjali biex jgħin lill-kunsilli lokali f’forma ta’ ko-finanzjament f’applikazzjonijiet ta’ proġetti u inizjattivi mill-/mal-Unjoni Ewropea. Ir-rwol tal-MEUSAC dejjem kien u għadu dak li jassisti lill-kunsilli lokali fil-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament mill-UE għal proġetti tagħhom, kif ukoll fil-mili tal-applikazzjonijiet li jridu jiġu sottomessi biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi. Il-mandat tal-MEUSAC huwa li jgħin lill-kunsilli lokali jakkwistaw fondi tal-Unjoni Ewropea, kif fil-fatt isir, u l-fondi allokati lill-MEUSAC jitqassmu kif jara li hu meħtieġ il-MEUSAC.

MEUSAC – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-MEUSAC? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-pożizzjoni ta’ Kap tal-MEUSAC hi kkunsidrata bħala ekwivalenti għal skala 2 fl-istruttura tas-Servizz Pubbliku u għaldaqtsant, il-Kap tal-MEUSAC jirċievi salarju bażiku ta’ skala 2 u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-imsemmija skala. Il-persuna li fil-preżent tokkupa l-kariga ta’ Kap tal-MEUSAC kienet inħatret fuq bażi ta’ position of trust mill-amministrazzjoni preċedenti u l-ħatra tiegħu kienet ġiet approvata mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’Mejju tal-2008.

Malta National Laboratory Ltd — proċess ta' likwidazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess ta' likwidazzjoni tal-Malta National Laboratory Ltd?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-awdituri tal-Malta National Laboratory, Busuttil & Micallef, lestew l-awditjar u ġiet stabbilità l-pożizzjoni finanzjarja fid-data tat-22 ta’ Mejju 2011. Biss il-Likwidatur, is-sinjur John Busuttil, għadu ma kkonkludix il-proċess tal-likwidazzjoni.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — ingaġġ ta' impjegati mill-Air Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk mill-1 ta' Jannar 2015 sal-lum ġewx impjegati persuni fis-segretarjat, f'xi dipartiment jew fi kwalunkwe entità pubblika li taqa' taħt ir-responsabilità tiegħu/tagħha li kienu bbenefikaw minn xi skema għall-irtirar kmieni mix-xogħol imnedija mill-Air Malta? Jekk iva, tista' tgħid kemm kien l-ammont ta' dawn il-persuni u fejn qed jaħdmu?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ġiet impjegata persuna waħda li kienet irtirat minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Din il-persuna irtirat skont il-collective agreement li ġie negozjat bejn l-ALPA u l-Air Malta u mhux bl-iskema tal-Gvern. L-istess persuna taħdem bħala konsulent fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili.

Bdiewa — ċertifikazzjoni għall-produzzjoni organika

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa li huma ċertifkati li għandhom produzzjoni organika? Kemm hi l-art li hi hekk ċertifikata?

Response (DALLI, HELENA)

L-MCCAA hija appuntata mid-Dipartiment tal-Agrikoltura bħala wieħed mis-certification bodies. L-MCCAA iċċertifikat ħdax (11) il-bidwi li jkopru area totali ta' 34.6 ettari.

Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar

Question

Tista’ l-Ministru tispjega għaliex inġasset il-ħtieġa li jkun hemm uffiċjali tal-customer care impjegati mal-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kien hemm il-ħtieġa li jitwaqqaf “unit” fi ħdan il-Kunsill Konsultattiv biex fiħ jintlqagħu lmenti u anke idejat u proposti minn ċittadini u residenti tan-Nofsinhar ta’ Malta. Permezz ta’ dan l-uffiċċju se jkun hemm aktar ko-ordinament bejn il-Kunsill Konsultattiv u l-Kunsilli Lokali tan-Nofsinhar biex jindirizzaw il-ħtieġijiet kif ukoll proġetti li jkunu qegħdin isiru fin-Nofsinhar ta’ Malta.

MCCAA — stallazzjoni ta' lifts

Question

Tista' l-Ministru tagħi tagħrif dwar kemm hu stmat li hawn lifts stallati f'Malta? kemm minn dawn il-liftshuma ċertifikati mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-Awtorità ma tiċċertifikax lifts. Madankollu, hemm l-obbligu legali li kull lift istallat għandu jkun registrat mal-MCCAA. Bħalissa hemm 6,866 lifts li huma reġistrati.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – membri tal-Korp tal-Pulizija fis-Segretarjat Privat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fis-Segretarjat Privat tagħha fil-Ministeru hemmx impjegati membri fil-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, minn meta qed jaħdem hemm, x’inhu xogħlu u min ta l-permess biex dan il-pulizija jaħdem fil-Ministeru jew fis-Segretarjat Privat tagħha?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat Privat tiegħi u fil-Ministeru m'hemmx impjegati li huma membri fil-Korp tal-Pulizija.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – servizz ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru jew id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha jużawx is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet li jsiru? Tista’ tgħid kemm-il darba ntużaw dawn is-servizzi tal-interpreti f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru jew mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha fis-snin 2013 u 2014 rispettivament? Tista’ tgħid x’kienu dawn l-attivitajiet?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li s'issa qatt ma ntużaw is-servizzi tal-interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ għaliex ma kienx hemm il-ħtieġa. It-tali servizzi jingħataw meta jkun meħtieġ.

Direttur tax-Xogħol – ilmenti abbażi ta’ diskriminazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru lmenti mad-direttur tax-xogħol mill-2010 ’l hawn dwar diskriminazzjoni: (a) abbażi ta’ sess; (b) abbażi ta’ razza; u (c) abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma ngħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita tiegħi, fil-perjodu indikat f’din il-mistoqsija parlamentari.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — positions of trust

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 14177 u telenka u tgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tagħha u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħta?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar ta’ Malta – membri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar kienx hemm riżenji ta’ membri mill-Kunsill Konsultattiv tan-Nofsinhar ta’ Malta? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid min kienu dawk li rriżenjaw u liema settur kienu qed jirrappreżentaw? Tista’ tgħid jekk ġewx appuntati membri ġodda matul l-istess perjodu? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid min huma, minn liema lokalità ġejjin u liema setturi qed jirrappreżentaw f’dawn il-Kunsill?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta — Impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandu impjegati jaħdmu jew li ġew assenjati mal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta? Tista’ tgħid x’inhu x-xogħol ta’ dawn l-impjegati? Tista’ tgħid x’inhu l-grad u s-salarju tagħhom, flimkien mal-benefiċċji li qed jingħatalhom? Tista’ tgħid minn liema lokalità ġejjin, u meta dawn l-impjegati ġew ingaġġati maċ-Ċivil?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14261 u tgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tagħha? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Il-kuntratt ta’ impjieg tal-persuni msemmija huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013.

Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) — persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14262 u tgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust il-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili– xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma ngħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi, fil-perjodu indikat f’din il-mistoqsija parlamentari.