Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28787 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tal-impjegati kollha, inklużi industrijali, grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li kien hemm fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu fl-1 ta' Jannar 1998 u fl-1 ta' Ottubru 2001? Jista' l-Ministru jindika jekk hemmx minnhom li huma meqjusa żejda u jekk jeżistux vakanzi f' xi kategoriji ta' impjegati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­informazzjoni għadha qed tinġabar u r­risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #28708 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xini — Nadur, Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-triq tax-Xini limits Nadur, Għawdex għadha sal-llum, wara tlett snin, ma ġietx asfaltata.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi x-xogħlijiet fi Triq tax-Xini limits Nadur, Għawdex huma mdaħħla fil-Business Plan għas-snin 2002-4.
Leg 9 PQ #28710 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xemmiex — Nadur, Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq Tax-Xemmiex fin-Nadur, Għawdex għadha sal illum bla drenaġġ u asfalt?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi x-xogħlijiet fi Triq tax-Xemmiex fin-Nadur, Għawdex huma nkluża fil-Business Plan għas-snin 2002-4.
Leg 9 PQ #28711 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Wied ta' San Blas — Work Order

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-work order għar-rigward ta' bini ta' ħitan fil-Wied ta' San Blas, Nadur, Għawdex, li kienet ġiet approvata sabiex issir l-istess xogħol mill-Kunsill Lokali tan-Nadur, Għawdex b'materjal u ġebel provdut mill-istess kunsill pero bil-ħaddiema taċ-CMU ġiet kanċellata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li dan ix-xogħol ma setax isir prinċipalment minħabba diffikultajiet tekniċi.
Leg 9 PQ #28760 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Nadur — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni li għalkemm fl-inħawi ta' Kuxxina, fin-Nadur, Għawdex kienet inħarġet il-work order sabiex il-ħitan tas-sejjieħ jinbnew mill-Kunsill Lokali tan-Nadur, Għawdex mil-ħaddiema tal-Gvern, l-istess Ministru baqa' ma provdiex il-ħaddiema għall-istess xogħol lill-Kunsill Lokali tan-Nadur, Għawdex u addirittura l-istess Gvern Ċentrali ipproċeda biex jagħmel dan ix-xogħol huwa permezz tal-ħaddiema taċ-CMU?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-talba għax-xogħol li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma setgħetx tintlaqa’ peress li l-Kunsill talab li x-xogħol jitlesta fi żmien qasir ħafna u d-Dipartiment konċernat dak iż-żmien kellu diffikultajiet biex jassenja ħaddiema mħarrġa f’din is-sengħa.
Leg 9 PQ #28517 Sitting 613 2001-10-09 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru għal Għawdex

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet, l-awtoritajiet, l-kummissjonijiet mwaqqfa mill-gvern? X' inhu n-numru ta' nisa u ta' rġiel li huma membri ta' dawn il-bordijiet, awtoritajiet u kummissjonijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba dwar il-kumitati u bordijiet mwaqqfa mill-Ministeru għal Għawdex. Kumitat/Bord Membri Nisa Irġ iel Kunsill tas-Saħħa 8 1 7 Kunsill tal-Edukazzjoni 20 4 16 Kunsill tal-Kultura 18 2 16 Gozo Sports Board 7 Xejn 7 Kumitat għall- Waste Management 11 Xejn 11 Kumitat għall-Koordinazzjoni tax-xogħol tat-Toroq 10 1 9 Kumitat Eżekuttiv tas-Soċjeta’ Agrikola, Industrijali u Kulturali ta’ Għawdex 14 1 13 Kumitat għall-Bini ta’ Ċentru Komunali f’Għawdex 8 Xejn 8 Kumitat għat-Titjib ta’ L-Ambejnt f’Għawdex 9 1 8 Working Group għal Aktar Indafa f’Għawdex 5 xejn 5
Leg 9 PQ #28494 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Kumitat Konsultattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nżammet l-aħħar laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar iċ-Ċittadella u l-Wirt Storiku Għawdxi? X' ħidma saret minn dan il-Kumitat fis-sena 2000?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26422.
Leg 9 PQ #28354 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru għal Għawdex

GTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tingħata xi għajnuna lill-GTA mill-Ministru ta' Għawdex? Jekk iva, jista' jgħid f'hiex tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn meta twaqqfet il-Gozo Tourism Association l-għajnuna li ngħatat mill-Ministeru għal Għawdex tinkludi: · l-użu ta’ uffiċċju; · tgħammir ta’ l-uffiċċju; · servizzi segretarjali; · għen lill-GTA sabiex l-MV Xlendi jiġi mgħarraq bħala attrazzjoni ġdida għad-divers; · għajnuna biex jiġi kkummissjonat studju fuq it-turiżmu f’Għawdex lill-kumpanija Stevens & Associates kif ukoll għajnuna biex jiġi llanċjat dan l-istudju; · għajnuna għall-pubblikazzjoni ta’ guide book intitolat “Gozo, Island of Myth and Miracles”; · għajnuna taħt l-iskema finanzjarja għall-għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi f’Għawdex; · għoti ta’ l-istand mill-Ministeru ta’ kull sena fil-fieri internazzjonali, jiġifieri l-ITB ta’ Berlin, il-BIT ta’Milan u l-World Travel Market ta’ Londra kif ukoll għajnuna għat-tmexxija tagħhom fl-2001, għall-ewwel darba, il-Ministeru, għen ukoll lill-GTA billi taha l-għajnuna finanzjarja biex tieħu sehem fil-fiera Destinations 2001 f’Londra; · l-għoti ta’ l-istand tal-Ministeru fil-fiera internazzjonali li saret f’Malta fis-sena 1999. · koperazzjoni u konsultazzjoni kontinwa. Seduta Nru 607
Leg 9 PQ #28356 Sitting 607 2001-10-01 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru għal Għawdex

Turisti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-istatistika dwar: 1) numru ta' arrivals kemm Maltin u barranin f'Għawdex għal dawn l-aħħar ħames snin (jew tlieta jekk ta' ħames snin ma teżistiex) 2) numru ta' bednights f'Għawdex ta' Maltin u barranin fl-istess perjodu 3) Occupancy Rates ta' Maltin u barranin fl-akkommodazjoni f'Għawdex fl-istess perjodu 4) numru ta' sodod u f'liema livell ta' stilel fl-istess perjodu.

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant teżisti biss fir-rigward ta’ lukandi, guest houses u aparthotels u tinsab fuq l-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar numru ta’ arrivals f’Għawdex ma teżistix. Ta’ min jgħid li n-numru ta’ bednights naqas biss fl-1997 u żdied kull sena minn dak inhar ‘l hawn. Ta’ min jgħid ukoll li l-occupancy rate għas-sena 2000 hija anqas minn dik tas-sena 1999 anki jekk in-numru ta’ bed nights żdied. Dan għaliex matul l-1999 in-numru ta’ sodod fil-lukandi f’Għawdex żdied b’235. Seduta Nru 607
Leg 9 PQ #28199 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-PQ 27937?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-5 ta’ Lulju fil-5.15 ta’ fl-għaxija l-persuna li għandha l-karta ta’ identita bin-numru mogħti daħlet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex akkumpanjata mill-Pulizija peress li kienet ġiet riferuta l-Isptar għal ‘involuntary admission’ minn tabib. Il-persuna kienet qed tbati minn ‘alcoholic intoxication’ u peress li kienet aggressiva iddaħlet fis-Short Stay Ward taħt ‘constant watch’. L-għada fil-għodu jiġifieri fis-6 ta’ Lulju ġiet eżaminata mis-Senior House Officer (Psikjatrija) u wara li rrifjutat kull trattament ġiet ‘discharged’ kontra l-parir mediku wara li ffirmat għalih l-mara tiegħu.
Leg 9 PQ #27840 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Passes

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-ispouses ta' persuni li għandhom nieshom (familjari) jgħixu Għawdex għadhomx intitolati għal pass fuq il-vapuri ta' Għawdex (Tal-Gozo Channel)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-iskop tal-pass li toffri l-Kumpanija Gozo Channel hu li jgħin lill­ulied ta' l­Għawdxin li jgħixu Malta sabiex isibuha aktar faċli li jżuru l­ġenituri tagħhom f'Għawdex. Il­persuni ntitolati għall­pass huma dawk li jgħixu Malta iżda għandhom il­ġenituri, nanniet u/jew aħwa li twieldu u jgħixu f'Għawdex. L­ispouses u l­ulied tal­persuni li għandhom nieshom jgħixu Għawdex huma ntitolati għall­pass meta l­familjari Għawdxin huma l­ġenituri jew in­nanniet tal­persuna li tgħix Malta. Wieħed jista' jifhem, li l­użu ta' dan il­pass minn spouses ta' dawk li huma biss reġistrati bħala residenti (ID Card) Għawdxin, imur kontra l­iskop ta' dan il­pass. Dan għaliex normalment l­ispouses jgħixu fl­istess dar f'Malta u allura l­użu tal­pass ma japplikax.
Leg 9 PQ #27788 Sitting 594 2001-07-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol tat-tqiegħed tad-drenaġġ ma ġiex estiż fix-Xwejni, Għawdex għal quddiem is-sorijiet Dumnikani?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol ta' estensjoni tad­drenaġġ fix­Xwejni msemmi mill­Onorevoli Interpellant qed jiġi kkunsidrat biex ikun inkluż fil­programm tax­xogħolijiet skond il­prijorita' tiegħu.
Leg 9 PQ #27694 Sitting 591 2001-07-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Proximus

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-kumpanija Proximus ma qiegħda tagħmel l-ebda xogħol mal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #27730 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Windmill Street, Rabat

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li f'parti minn Windmill Street, Rabat, Għawdex, ġiet maqtugħa trinka għal main ġdid tal-ilma u tkisser il-main ta' l-erba' pulizieri u min flok qiegħed jiġi mgħoddi ieħor tal-tlett pulzieri? Tista' jassigura li dan ix-xogħol qegħed isir skond l-arti u s-sengħa? Taf li abitanti tal-istess triq ilhom mill-10.00 am tal-bieraħ mingħajr ilma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #27498 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdexç — Operatur tat-Telefon

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz ta' l-operatur tat-telefon 120 ġewwa Għawdex ġie mneħħi? Peress li dan il-pass qed joħloq inkonvenjent kbir fost il-pubbliku Għawdxi li qed iħossu mhux moqdi, u peress li filwaqt li l-operaturi Għawdxin kienu jafu xogħolhom inside out u saħansitra kienu jagħtuk in-numru bit-telefon anke jekk tagħtihom il-laqam ta' l-individwu - ħaġa li llum mhux talli mhix issir iżda bosta drabi l-operaturi Maltin isaqsuk għat-triq eċċ., - tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa biex dan is-servizz jerġa' jibda jiġi mħaddem fuq kollox mil-lat soċjali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onorevoli Interpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #27544 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Mobile Telephones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' mobile telephone li jeżistu fil-ministeru tagħha, inkluż ukoll dawk li jaqgħu taħt is-segretarjat permanenti fil-ministeru tagħha? Kemm kienet l-ispiża ta' l-istess mobile telephones is-sena li għaddiet u cioe' mill-1/1/2000 sal-31/12/2000 u din is-sena u cioe' mill-1/1/2001 u sal ġurnata tal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n­numru ta' mobile phones li jeżistu fil­Ministeru għal Għawdex huwa 8. L­ispiża tagħhom mill­1 ta' Jannar 2001 sallum hija ta' Lm2,214.97. Rigward l­ispiża tal­mobile phones għas­sena 2000 nitlob lill­Onorevoli Interpellant jirreferi għar­risposta għall­Mistoqsija Parlamentari numru 24563.
Leg 9 PQ #27442 Sitting 583 2001-07-17 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Isptar Ġenerali, Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li bosta linji tat-telefon fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex tneħħew? X'inhi r-raġuni li sar hekk? Konxja li pass bħal dan qed joħloq inkonvenjent kbir fost il-ħaddiema ta' dan l-isptar? Konxja li dan hu pass perikoluż għaliex f'każ ta' emerġenza f'diversi partijiet ta' l-Isptar, il-ħaddiema/uffiċjali ma jkollhomx faċilitajiet biżżejjed biex jittieħdu l-passi meħtieġa fl-iqsar żmien possibbli biex tiġi evitata xi traġedja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma tneħħew l-ebda linji tat-telephone mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex iżda tneħħa l-aċċess mill-maġġoranza tat-telephones għal-linji għal barra mill-isptar. Dan sar biex jitnaqqas l-ammont eċċessiv ta’ linji għal barra u biex ikun hemm aktar kontroll fuq l-istess telephones. Dan m’għandu joħloq ebda inkonvenjent lill-impjegati ta’ l-isptar għaliex kull sezzjoni għandha linja diretta tat-telephone li minnha jkunu jistgħu isiru telefonati għal barra mill-isptar u li jkunu relatati max-xogħol ta’ l-isptar. Barra minn hekk, kull linja għandha aċċess dirett għall-Isptar San Luqa u għalhekk m’għandu jkun hemm ebda periklu f’każ ta’ emerġenza.
Leg 9 PQ #27408 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numra ta' persuni li direttament jaqgħu taħt il-Ministru għal Għawdex? Kemm huwa n-numru ta' persuni li huma mas-Segretarjat Permanenti fl-Ministeru Għal Għawdex? Kemm minnhom jitħallsu xi forma ta' allowance? Kemm minnhom jitħallsu xi forma ta' allowance? Kemm minnhom jitħallsu xi rata ta overtime? Kemm tħallsu dawn f'overtime u allowances is-sena li għaddiet u ċioe mill-1.1.2000 sal-31.12.000 u mill-1.1.2001 sal-llum

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni qed tinġabar u r­risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27410 Sitting 581 2001-07-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Self-Drive

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi u vetturi oħra self-drive ingaġġati mal-Ministeru għal Għawdex? X'inhi r-rata kuljum li titħallas għal kull vettura self-drive li fil-preżent hemm fil-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li b’kollox hemm 20-il karozza u vettura self-drive mikrija mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. L-informazzjoni dwarhom hija mogħtija hawn taħt: Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi Karozza mikrija bir-rata ta’ Lm 4.60 kuljum u oħra bir-rata ta’ Lm 5.20 kuljum. Dipartiment tal-Customer Services · Karozza bir-rata ta’ Lm 3.50 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 4.59 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 3.39 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 3.26 kuljum; u · karozza bir-rata ta’ Lm 3.45 kuljum Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp · Karozza bir-rata ta’ Lm 3.09 kuljum; · 2 trakkijçt bir-rata ta’ Lm 7.98 kuljum kull wçħed; · trakk bir-rata ta’ Lm 7.98 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 3.13 kuljum; · karozza bir-rata ta’ Lm 3.88 kuljum; · 2 karozzi bir-rata ta’ Lm 3.96 kuljum kull wçħed; · tliet pick up trucks bir-rata ta’ Lm 3.98 kuljum kull wçħed; · pick up truck bir-rata ta’ Lm 4.40 kuljum; u · karozza bir-rata ta’ Lm 2.88 kuljum.
Leg 9 PQ #27316 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Detox Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk f'Għawdex hemmx ċentru tad-Detox biex Għawdxin jew oħrajn li jkollhom bżonn il-kura jmorru hemm? Kif jopera dan iċ-ċentru? Kemm-il persuna talbet l-għajnuna fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm mit-total kienu: (1) taħt il-25 sena; (2) taħt l-20 sena; (3) taħt il-15-il sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

F’Għawdex hemm centru tad-Detox li jiftaħ kuljum, sebat ijiem il-gimgħa, mill-10.00a.m. sal-11.00a.m. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena għamlu użu minn dan iċ-ċentru erba u ħamsin (54) persuna, li bejniethom jammontaw għal tmien mija u tnax il-sessjoni (812). Minn dawn kien hemm tlieta (3) barranin. Mit-total: Tnax (12) il-persuna kienu taħt il-25 sena. Tmien (8) persuni kienu taħt l-20 sena. Ma kien hemm l-ebda persuna taħt il-15 il-sena.