Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29373 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bejn l-1 ta’ Jannar 2001 u l-aħħar ta’ Settembru 2001 il-Ministeru għal Għawdex nefaq b’kollox is-somma ta’ Lm7,596.69 fuq safar. Minn din is-somma l-ammont ta’ Lm1,144.23 intefaq fuq safar relatat ma’ l-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #29423 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma kien hemm l­ebda żieda fit­tariffi mid­dipartimenti li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex matul il­perijodu msemmi.
Leg 9 PQ #29293 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impjegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill­Onorevoli Interpellant hija mogħtija fil­listi annessi.
Leg 9 PQ #29089 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #29078 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għal Għawdex

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemm ħadd inkarigat speċifikament biex jagħmel spezzjonijiet fuq il­ħaddiema u li ma tinżammx statistika ta' l­ispezzjonijiet li jsiru.
Leg 9 PQ #29138 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti x-xogħol tal-ħaddiema l-ġodda kollha li daħlu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum fuq il-Gozo Channel persuna b 'persuna, xahar b' xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-ewwel ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru 2001 il-Kumpanija Gozo Channel impjegat persuni f’dawn il-gradi: Grad Xahar Numru Information Technology Lulju Wieħed First Officers fuq il-vapuri Lulju Tnejn Clerks Lulju Tlieta Inginerija Lulju Tnejn Inginerija Awissu Wieħed First Officer fuq il-vapuri Ottubru Waħda Customer Care Ottubru Waħda L-apprentisti li daħlu mal-kumpanija jaqgħu taħt l-Iskema TAS tal-ETC, filwaqt li t-tlett clerks ġew impjegati għas-sajf biss bħala ‘Student Workers’.
Leg 9 PQ #29139 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' ħaddiema li daħlu mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum mal-Gozo Channel xahar b' xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Kumpanija Gozo Channel impjegat persuni magħha kif hu mniżżel hawn taħt: Lulju - Tmienja Awissu - Wieħed Settembru - Xejn Ottubru - Tnejn
Leg 9 PQ #29140 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum persuna b' persuna xahar b' xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Kumpanija Gozo Channel m’għandiex informazzjoni kemm ilhom jirreġistraw il-ħaddiema li daħlu magħha.
Leg 9 PQ #29141 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom joqgħodu Malta / Għawdex dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum, persuna b'persuna xahar b' xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-persuni impjegati mill-Kumpanija Gozo Channel mill-1 ta’ Lulju 2001 sallum għandhom residenza skond il-Karta’ ta’ l-Identita’ kif hu mniżżel hawn taħt: · Dawk impjegati f’Lulju: 4 f’Għawdex u 4 f’Malta · Dak impjegat f’Awissu: 1 f’Għawdex · Dawk impjegati f’Ottubru: 2 f’Malta Madankollu l-Kumpanija m’għandiex informazzjoni dwar kemm dawn il-persuni ilhom joqogħdu Malta jew Għawdex.
Leg 9 PQ #29142 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Lulju 2001 sal-lum huma Għawdxin u kemm huma Maltin xahar b' xahar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li skond il-karta’ ta’ l-Identita, il-persuni mpjegati mill-Kumpanija Gozo Channel mill-1 ta’ Lulju 2001 sallum twieldu kif murija hawn taħt: · Dawk impjegati f’Lulju: 3 f’Għawdex u 5 f’Malta · Dak impjegat f’Awissu: 1 f’Għawdex · Dawk impjegati f’Ottubru: 2 f’Malta
Leg 9 PQ #29237 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L­informazzjoni għadha qed tinġabar u r­risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #28986 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Bordijiet u Kummisjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28517, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li l-etajiet tal-persuni fuq il-kumitati kif mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 28517, huma maqsuma kif indikat fit-tabella annessa. Nixtieq nikkjarifika li n-numru ta’ rġiel fil-Kunsill tas-Saħħa li fir-risposta numru 28517 ġie mogħti bħala seba’ jrid jinqara għaxra. BORDIJIET U KUMMISSJONIJIET ETA TA’ NISA ETA TA’ IRGIEL KUMITAT NRU <29 30-45 >46 <29 30-45 >46 GOZO SPORTS BOARD 07 NIL NIL NIL NIL 05 02 KUNSILL TAL-KULTURA 18 NIL 01 01 02 08 06 KUNSILL TAL-EDUKAZZJONI 20 NIL 01 04 01 03 11 KUNSILL TAL-EDUKAZZJONI 11 NIL NIL 01 NIL 03 07 KUMITAT TAL-WASTE MANAGEMENT 11 03 02 06 KUMITAT GHALL-KOORDINAZZJONI TAX-XOGHOL 10 NIL 01 NIL NIL 04 05 KUMITAT EZEKUTTIV TAS-SOCJETA AGRIKOLA INDUSTRIJA U KULTURALI TA’ GHAWDEX 14 01 03 03 07 KUMITAT GHALL-BINI TA’ CENTRU KOMUNALI F’GHAWDEX 08 01 02 05 KUMITAT GHAT-TITJIB TA’ L-AMBJENT F’GHAWDEX 09 01 01 07 WORKING GROUP GHAL AKTAR INDAFA F’GHAWDEX 05 01 04 TOTALI 113 Nil 04 07 11 31 60
Leg 9 PQ #28827 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' ħaddiema li daħlu mill-1 ta' Settembru sal-lum mal-Gozo Channel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill­ewwel ta' Settembru sal­15 ta' Ottubru 2001 daħlet persuna waħda biss mal­Kumpanija Gozo Channel.
Leg 9 PQ #28828 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Settembru sal-lum huma Għawdxin u kemm huma Maltin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­persuna konċernata hija Maltija.
Leg 9 PQ #28829 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom joqgħodu Malta / Għawdex dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Settembru sal-lum, persuna b'persuna

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­persuna konċernata kienet minn dejjem residenti f'Malta.
Leg 9 PQ #28831 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol dawk il-ħaddiema li daħlu jaħdmu mal-Gozo Channel mill-1 ta' Settembru sal-illum persuna b'persuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­persuna konċernata ma kenitx qed tirreġistra għax­xogħol imma daħlet skond il­permess mogħti mill­ETC.
Leg 9 PQ #28832 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti x-xogħol tal-ħaddiema l-ġodda kollha li daħlu mill-1 ta' Settembru sal-lum fuq il-Gozo Channel persuna b 'persuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­persuna li daħlet taħdem mal­Kumpanija Gozo Channel fil­perijodu msemmi qiegħda taħdem bħala First Officer fuq il­vapuri tal­Kumpanija.
Leg 9 PQ #28826 Sitting 621 2001-10-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija fil­lista annessa.
Leg 9 PQ #28748 Sitting 619 2001-10-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Malta — Għawdex - Persuni u Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ivvjaġġaw persuni u karrozzi bejn Malta u Għawdex minn Ġunju sa Settembru ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Passiġ ġ ieri Vetturi Karozzi Trakkijiet Ġunju 284369 72088 1854 Lulju 368417 84643 2163 Awissu 419473 99898 2083 Settembru 352040 78047 1537 Total 1424299 334676 7637
Leg 9 PQ #28656 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Servizz Pubbliku

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27774, jista' l-Ministru jwieġeb għad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u r­risposta tingħata f'xi seduta oħra.