Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30993 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Kemm qed jitħallsu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fil-Ministeru għal Għawdex, hemm erbataxil konsulent li kollha jaħdmu madDipartiment talCustomer Services u ssalarju bażiku tagħhom huwa ta' Lm9621 fissena.
Hemm ukoll advisor flistess Dipartiment li ssalarju tiegħu hu ta' Lm7612 fissena.
Il-vot tal-capital imprest funds għas-sena skolastika 2000 – 2001 għall-iskejjel f’Għawdex kien kif jidher fil-lista hawn taħt.
Skola Primarja Qala LM 800
Skola Primarja Sannat LM 900
Skola Primarja Victoria LM 900
Skola Primarja Għajnsielem LM 900
Skola Primarja Xewkija LM 900
Skola Primarja Kerċem LM 800
Skola Primarja Nadur LM 900
Skola Primarka Xagħra LM 900
Skola Primarja San Lawrenz LM 800
Skola Primarja Għarb LM 800
Skola Primarja Żebbuġ LM 800
Skola Speċjali Sannat LM1000
Agius de Soldanis School LM5000
Ninu Cremona Lyceum Complex LM4500
Sir M’Ang Refalo School for Further Studies LM3000
Mary Meilak Girls’ Trade School Xagħra LM 700
Kelinu Galea School of Agriculture & Building LM1000
Skola tad-Drama LM 600
Skola ta’ l-Arti LM1000
Skola tal-Mużika LM1000
Barra minn hekk, matul is-sena 2001 kien hemm spiża kapitali fuq diversi skejjel kif jidher fil-lista hawn taħt:
Skola Agius de Soldanis LM41338.16
Liċeo Ninu Cremona LM23635.87
Skola Sir M’Ang Refalo LM19865.10
Skola Primarja Għajnsielem LM23701.60
Skola Primarja u Special Unit Sannat LM 6791.00
Skola Primarja Qala LM 7200.87
Skola Primarja Nadur LM 709.51
Skola Primarja Victoria LM 433.46
Skola Primarja Għarb LM 153.43
Skola Primarja Kerċem LM 34.75
Skola tal-Biedja Xewkija LM 22.50
Total LM123886.25
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li xogħol li kellu jsir fin-Nadur Għawdex - Jobs number: J.N. 3489, J.N. 3490 u J.N. 3521 ġew kanċellati biex ma jsirux fit-8/1/2002?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħol mitlub bilJob No. 3490 filfatt sar millħaddiema tadDipartiment għallProġetti u Żvilupp filwaqt li xxogħolijiet mitluba permezz ta' Job 3489 u Job 3521 ma setgħux isiru minħabba raġunijiet legali.
Jista' l-Ministru jagħti skola bi skola l-vot tal-capital imprest equipment sena skolastika 2000-2001 għal kull skola governattiva
1) primarja
2) sekondarja/trade school/junior lyceum
3) post-sekondarja
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u rrisposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-policy tal-Ministeru dwar l-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola fil-ġzira matul dawn l-aħħar tlett snin? Liema huma l-varjetajiet li saru l-provi fuqhom u x'riżultati ħallew?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-policy Ministeru dwar l-immodirnizzar u l-iżvilupp tal-biċċerija f'Għawdex? X'sar matul dawn l-aħħar tliet snin u x'makkinarju nġieb? Kemm saru korsijiet tal-biċċiera tal-laħam f'Għawdex?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 29757 u cioe jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema fir-Rodent Section illum?
Kif inhuma mqassma u xi programm ta' kontroll jikkordinaw f'Malta u Għawdex separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
F’Għawdex, is-sezzjoni tal-Pest Control taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tad-Dipartiment tal-Customer Services u fiha hemm jaħdmu tmien impjegati li huma Supervisor, tliet General Hands, tliet Health Attendants B u Tradesman.
Żewġ impjegati jagħmlu xogħol regolari ta’ tqiegħid ta’ velenu fis-sistema tad-drenaġġ, tnejn jagħmlu xogħol ta’ tqiegħid ta’ velenu fil-miftuħ (għelieqi) fl-irħula u l-lokalitajiet kollha ġewwa Għawdex kif indikat lilhom mis-Supervisor u t-tnejn l-oħra jattendu għall-ilmenti rappurtati mill-pubbliku u jagħmlu trattament kontra l-ġrieden fil-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra.
Wieħed mill-impjegati jkun dejjem fl-uffiċċju biex jilqa’ l-ilmenti tal-pubbliku u jkun responsabbli mit-tqassim ta’ pakketti tal-velenu lill-pubbliku.
L-impjegati kollha f’din is-sezzjoni huma responsabbli għat-taħlit u ppakkjar tal-velenu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-mobile phones tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess spiża għas-snin 1997, 1998, 1999 u 2000 sena b'sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda nagħti hawn taħt l-ispiża tal-mobile phones li ntużaw mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu għas-snin 1997 – 2001 separatament.
Sena Ammont Numru ta’ mobile phones
2001 (minn Jannar sa Novembru): Lm 3,111.86 8
2000 : Lm 5,387.84 7
1999 : Lm 3,305.02 7
1998 : Lm 1,754.54 4
1997 : Lm 1,200.71 4
Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal temmu l-edukazzjoni primarja tagħhom f'Għawdex fis-sena skolastika 2000-2001? Fl-istess sena kemm adolexxenti Għawdxin temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom? Kemm żgħażagħ Għawdxin temmew l-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom fis-sena skolastika 2000-2001? F'liema istituzzjonijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fis-sena skolastika 2000-2001 spiċċaw l-iskola primarja f’Għawdex 426 student (328 mill-Primarji ta’ l-istat u 98 mill-Primarji tal-Knisja)
Numru ta’ studenti Għawdxin li spiċċaw l-iskola sekondarja fis-sena skolastika 2000-2001:
Aguis de Soldanis Girls’ Junior Lyceum & Secondary 214
Ninu Cremona Boys’ Junior Lyceum & Secondary 156
Girls’ Trade School 23
Skola Agrikoltura u Bini 22
Skola Sekondarja Seminarju 54
Total 469
Żgħażagħ li spiċċaw l-iskola post-sekondarja fis-sena Skolastika 2000-2001:
Sir MA Refalo post Secondary School 218
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ Għawdxin fi skemi ta' apprendistat?
F'liema sena differenti ta' apprendistat jinsabu dawn l-iskemi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt:
T.A.S.: L-ewwel sena 11 il-student
It-tieni sena 24 student
It-tielet sena 23 student
ESTS: L-ewwel sena 5 studenti (Elec. Servicing Course)
It-tieni sena 2 studenti (Agr. Course)
It-tielet sena 3 studenti (Bld. Course)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-aħħar statistika dwar il-qgħad f'Għawdex?
Jista' t-tagħrif jingħata kemm
1) irġiel
2) kemm nisa
3) bl-eta'
4) x'livell edukattiv u ta' snajja għandhom dawk bla xogħol
5) mil-liema lokalita' ġejjin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għarrisposta mogħtija għallMistoqsija numru 29760.
Jista' l-Ministru jgħid meta qed isiru l-cardiology clinics fl-isptar Craig f'Għawdex? Fl-aħħar tlett xhur, jista' l-Ministru jgħid x'kienet id-data li fihom saru dawn il-kliniċi? F'kull data separatament (1) kemm attendew pazjenti (2) min kienu t-tobba li raw dawn il-pazjenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li il-Professur Albert Fenech jattendi biex iżomm ‘Cardiology Clinic’ darba kull 5-6 ġimgħat.
L-aħħar tlett clinics kienu:
Nru ta’ Pazjenti
7 ta’ Lulju 2001
22
25 t’Awissu 2001
22
6 t’Ottubru 2001
10
Il-Clinic li jmiss ser jinżamm fl-24 ta’ Novembru 2001 u s’issa hemm ibbukjati 24 pazjent.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex il-miżbla tal-qortin taqbad u ddaħħan u tifga l-inħawi tax-Xagħra fl-ewwel jiem ta' Novembru 2001?
X'passi ttieħdu biex in-nar jiġi kkontrollat?
X'passi qed jittieħdu biex l-inċident ma jirrepetix ruħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li huwa ssuspettat li n-nar li kien hemm fil-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra fl-ewwel jiem ta’ Novembru 2001 ġie mqabbad minn persuna jew persuni mhux magħrufa.
Jiena nfurmata wkoll li sar tentattiv biex jintefa’ terrapien permezz ta’ makkinarju fuq in-nirien. Dan it-tenttativ ma rnexiex minħabba il-kwantita kbara ta’ duħħan li minħabba fiħ ma’ kienx hemm viżibilita li tippermetti li jsir ix-xogħol. Issejħu fuq il-post il-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jipprovaw jikkontrollaw in-nirien permezz tal-fire engine, iżda laqqas dan ma’ irnexxa. Eventwalment, malli kien possibli, iddaħħal il-makkinarju fuq il-post u beda jintefa’ terrapien u b’hekk ntfew n-nirien.
Qegħdin isiru sforzi biex l-iskart li jidhol kuljum jiġi mgħotti b’terrapien u materjal simili biex jitnaqqas il-periklu ta’ nirien.
Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
M'hemmx awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet statutorji fi ħdan ilMinisteru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-awtoritajiet tat-traffiku f'Għawdex biex jilqgħu t-talba tal-petizzjoni ta' 123 Għawdxin biex tingħalaq għat-traffiku t-triq quddiem l-entratura tal-iskola tas-Sannat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-proposti mressqa fil-petizzjoni msemmija mill-Onor Interpellant qegħdin jiġu studjati biex tinsab soluzzjoni permanenti għall-periklu li jista’ jkun hemm għat-tfal li jattendu l-iskola ta’ Sannat.
Sadanittant kemm waqt id-dħul kif ukoll waqt il-ħruġ tat-tfal mill-iskola qed ikun hemm pulizija biex jikkontrolla t-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment?
Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li b’risposta għal ċirkulari li permezz tagħha ilfergħat tad-dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex jagħtu return kull tliet xhur talvakanzi li jkollhom, dawn għamlu talbiet għal dawn il-postijiet vakanti flaħħar ta’ Settembru 2001:
3 clerks
3 Senior Operatives
3 Operatives
2 General Hands jew Charwomen
1 Principal Officer
1 Technical Officer
1 Messenger
Qed isir eserċizzju biex jiġi stabilit jekk dawn ilvakanzi jistgħux jiġu mimlija permezz ta’ redeployment intern.