Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32265 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ħlas ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32003?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il­mejda tal­Kamra.
Leg 9 PQ #32360 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Cold Store

Question

Tista' l-Ministru tara li l-cold store f'Għawdex li ilha min Settembru 2001 bil-ħsara, tissewwa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li qiegħda tittieħed azzjoni biex isiru tiswijiet fil­Cold Store f'Għawdex.
Leg 9 PQ #32420 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 32233 u cioe, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-individwu li tagħrif dwaru qed jintbagħat under separate cover li 9 xhur ilu kienu ħadulu l-qies tal-splints fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, sa illum għadu mingħajr dawn l-isplints u għadu jimxi bl-isplints li sarulu f'Lulju 1998?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #32232 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Kunsill Edukattiv għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iltaqa mindu twaqqaf il-Kunsill Edukattiv għal Għawdex? X'deċiżjonijiet ħa? Xi kwistjonijiet ittratta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Kunsill Edukattiv għal Għawdex iltaqa’ seba’ (7) darbiet mindu twaqqaf f’Jannar 2001. Fost il-kwistjonijiet trattati kien hemm: il-flus li jieħdu l-iskejjel f’Għawdex, il-vaganzi ta’ Kapijiet u Assistenti Kapijiet fl-iskejjel, Tourism Business Links fl-iskejjel, Servizzi ta’ nurses fl-iskejjel, il-Foundation for Tomorrow Schools, l-MCAST, l-assentejiżmu fl-iskejjel u l-Addendum ta’ l-MUT mal-Gvern. Il-Kunsill huwa organu konsultattiv u ma jiħux deċiżjonijiet.
Leg 9 PQ #32004 Sitting 710 2002-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ħlas ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31568 għas-sempliċi raġuni li dawn huwa fondi pubbliċi li joħorġuhom iċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi u wkoll għax hija funzjoni essenzjali tal-parlament li jiskrutinja n-nefqa pubblika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #32003 Sitting 709 2002-03-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ħlas ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31567 għax raġuni li dawn huwa fondi pubbliċi li joħorġuhom iċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi u wkoll hija funzjoni essenzjali tal-parlament li jiskrutinja n-nefqa pubblika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #30853 Sitting 708 2002-03-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Pubblikazzjonijiet — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-posta, stationeries, reklamar, pubblikazzjonijiet għas-sena 2001 tal-Ministeru u Dipartimenti, Dekasteri, Korporazzjonijiet, eċċ li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' Għawdex? Kemm tħallsu minn dawn l-ispejjes u kemm għadhom pendenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #31559 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenti

Question

It-12/13 konsulent imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija 31417, fejn u kif huma mniżżlin f'Appendix F fl-Estimi 2002 f'paġna 402?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Konsulenti msemmija fit-tweġiba għall­mistoqsija parlamentari numru 31417 huma mniżżlin f'Appendiċi F fl­Estimi 2002, parti taħt 'consultants' f'paġna 402 u l­oħrajn taħt 'on loan/contract' fl­aħħar ta' paġna 404.
Leg 9 PQ #31561 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega li waqt li skond it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 31417 intqal li f'Jannar/Diċembru 2001 kien hemm 12/13 konsulent u advisor fil-Qasam tas-Saħħa/Sptar Ġenerali ta' Għawdex, skond l-estimi 2002 paġna 402, kien hemm 3 consultants fil-Ministeru fit-30.09.2001?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar­risposta mogħtija għall­mistoqsija parlamentari numru 31559.
Leg 9 PQ #31567 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ħlas ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31420 u cioe, kemm hemm persuni jitħallsu mill-vot rikorrenti 47 Line Items 12 Staff-Salaries & Wages 05 taħt saħħa fejn hemm ivvotati Lm 3,815,000? Kemm jitħallsu f'kull każ? F'liema oqsma jaħdmu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l­ebda skop li tingħata l­informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31568 Sitting 703 2002-02-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ħlas ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31419 u cioe, kemm hemm persuni jitħallsu mill-Vot Rikorrenti 47 Line Item 12 Staff-Salaries & Wages 03, Customer Services fejn hemm ivvotati Lm 1,512,500? Kemm qed jitħallsu f'kull każ? F'liema oqsma jaħdmu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l­ebda skop li tingħata l­informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31518 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Segretarjat għal-Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha persuni jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministru għal-Għawdex? Kemm jitħallsu f'pagi, allowances u fringe benefits oħra? X'kien il-kont tal-mobile telefones tal-persuni li jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministru għal Għawdex matul is-sena 2001?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 31437 rigward l-ewwel parti ta’ din il-mistoqsija. Il-kundizzjonijiet ta’ xogħol għall-impjegati fis-Segretarjat Privat huma regolati bid-dokument “Engagement of Staff for Private Secretariats” li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fl-1999. Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab l-aħħar parti tal-mistoqsija, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #30754 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Phones — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001? Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Leg 9 PQ #31417 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm konsulenti/advisors fil-Ministru għal Għawdex fil-Qasam tas-Saħħa/Sptar Ġenerali ta' Għawdex fis-sena 2001 f'Jannar u f'Diċembru ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

F’Jannar tas-sena 2001 kien hemm tnax-il konsulent jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex filwaqt li f’Diċembru ta’ l-istess sena kien hemm tlettax-il konsulent u Advisor.
Leg 9 PQ #31418 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 31247, meta ġew ingaġġati l-14 il-konsulent/advisor fil-Qasam tas-Saħħa/Sptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' t-tagħrif jingħata ndividwalment għal kull konsulent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tidħer fil-lista t’hawn taħt: Konsulent/Advisor Kariga Data ta’ Ingaġġ Mr Andrew Armatis Konsulent Ġinekoloġija 10.08.92 Mr John Mamo Konsulent Ġinekoloġija 10.04.95 Dr Julius Kwas Konsulent Kirurġija 23.04.95 Dr Antonin Pechar Konsulent Kirurġija 20.10.97 Dr Goran Milosavljevic Konsulent Anestesija 01.07.99 Dr Miodrag Stoianovic Konsulent Anestesija 07.09.99 Dr Rodovan Nemecek Konsulent Patoloġija 17.02.92 Dr Vaclav Svejda Konsulent Mediċina 16.02.89 Dr Frank Farrugia Konsulent Mediċina 20.06.98 Dr Robert Sciberras Konsulent Mediċina 17.08.01 Mr Ray Aquilina Konsulent Ortopedija 03.02.92 Mr Ivan Vella Konsulent Oftalmoloġija 15.12.00 Dr Victor Mercieca Konsulent Pedjatrija 17.06.91 Prof Maurice Cauchi Advisor Public Health 01.10.01
Leg 9 PQ #31419 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ħlas ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jitħallsu mill-Vot Rikorrenti 47 Line Item 12 Staff-Salaries & Wages 03, Customer Services fejn hemm ivvotati Lm 1,512,500? Kemm qed jitħallsu f'kull każ? F'liema oqsma jaħdmu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #31420 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ħlas ta' Persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jitħallsu mill-vot rikorrenti 47 Line Items 12 Staff-Salaries & Wages 05 taħt saħħa fejn hemm ivvotati Lm 3,815,000? Kemm jitħallsu f'kull każ? F'liema oqsma jaħdmu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #31437 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Staff fis-Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-staff fis-segretarjat privat tiegħek? Min huma? X'karigi jokkupaw? Kemm minnhom huma ħaddiema tal-Gvern? Kemm minnhom ġew mislufa minn kumpaniji u azjendi parastatali? Kemm hemm minnhom ta' kuntratt definit?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li fil-preżent hemm ħmistax-il membru fis-Segretarjat Privat tiegħi. L-informazzjoni dwarhom hija mogħtija fil-lista annessa. Erbatax minnhom huma ħaddiema tal-Gvern u mhemm ħadd minnhom li huwa misluf minn kumpaniji u azjendi parastatali. Lkoll kemm huma għandhom kuntratt definit. Uffiċċjali li huma membri tas­Segretarjat Privat tal­Ministru għal Għawdex ISEM POSIZZJONI Anthony Borg Personal Assistant Claire P. Camilleri Private Secretary Marion Zammit Assistant Private Secretary Emanuel Grech Office Co-ordinator Anthony Zammit Secretariat Officer Joe Mifsud Secretariat Officer Anthony Buttigieg Secretariat Officer Darlene Inguanez Officer in the Secretariat Pool Joseph Grima Officer in the Secretariat Pool Mario Camilleri Officer in the Secretariat Pool Charles Portelli Officer in the Secretariat Pool Alfred Grech Secretariat Messenger Anthony Grima Secretariat Messenger Louis Cassar Personal Driver / Security Officer Michael Camilleri Personal Driver / Security Officer
Leg 9 PQ #31247 Sitting 691 2002-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru tagħti l-ismijiet u l-lokalita' li minnhom ġejjin il-konsulenti msemmijja f'PQ 31030 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Irrid nippreċiża li hemm 14-il konsulent/advisor fil-Ministeru għal Għawdex li kollha huma fil-Qasam tas-Saħħa/Sptar Ġenerali ta' Għawdex. It-tagħrif mitlub dwarhom huwa kif jidher hawn taħt: Mr Andrew Armatis Konsulent Ġinekoloġija Polonja Mr John Mamo Konsulent Ġinekoloġija Malta Dr Julius Kwas Konsulent Kirurġija Slovakkja Dr Antonin Pechar Konsulent Kirurġija Repubblika Ċeka Dr Goran Milosavljevic Konsulent Anestesija Jugoslavja Dr Miodrag Stoianovic Konsulent Anestesija Jugoslavja Dr Rodovan Nemecek Konsulent Patoloġija Repubblika Ċeka Dr Vaclav Svejda Konsulent Mediċina Repubblika Ċeka Dr Frank Farrugia Konsulent Mediċina Malta Dr Robert Sciberras Konsulent Mediċina Malta Mr Ray Aquilina Konsulent Ortopedija Malta Mr Ivan Vella Konsulent Oftalmoloġija Malta Dr Victor Mercieca Konsulent Pedjatrija Malta Prof Maurice Cauchi Advisor Public Health Malta
Leg 9 PQ #30696 Sitting 689 2002-01-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' passiġġieri li użaw is-servizzi tal-Gozo Channel matul Ottubru, Novembru u Diċembru 2001? X'kienet is-sitwazzjoni għall-istess perjodu matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant qed titpoġġa fuq il­mejda tal­Kamra.