B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 33656, tista' l-Ministru tgħid kemm-il fażi fih il-proġett tat-tindif tad-Dwejra? Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol li fadal u meta hu maħsub li jitlesta?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' karozzi, vannijiet u nġenji oħra li l-Ministeru u d-Dipartimenti, Entitajiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru, kellu mikrija jew le, matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2000, 1999, 1998 u 1997 separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena m’iniex sodisfatta li l-utilita’ ta’ l-informazzjoni dettaljata fuq firxa ta’ ħames snin mitluba fil-mistoqsija Nru. 31807 tiġġustifika li nordna li din għandha tinġabar.
Għalhekk sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 32537, tista' tgħid f'kull sezzjoni jew uffiċċju li jaqa' taħt il-ministeru tagħha, min huma dawk il-ħaddiema tal-gvern u l-grad tagħhom li fil-preżent qed iħallsu taxxa fuq fringe benefits? X'inhu s-servizz, eċċ, u l-valur f'ċifri ta' flus kull xahar li fuqu qed titħallas taxxa għal fringe benefits minn kull impjegat? X'inhu l-valur f'ċifri ta' flus li fuqu inħadmu dawn il-frindge benefits? Tista' tgħid f'kull dipartiment li jaqa' taħt il-ministeru tagħha, x'kien l-ammont u l-valur tal-accruals fl-ewwel ta' Jannar 2002 u f'liema voti kienu dawn l-accruals? Tista' tgħid x'kien id-dħul tal-gvern f'kull vot jew kategorija matul is-sena 2001 xahar b'xahar f'kull sezzjoni li taqa' taħt il-ministeru tagħha?
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru fl-1999, fis-sena 2000 u fis-sena 2001 fl-iskola sekondarja tas-subien tar-Rabat, Għawdex? Xi bżonnijiet ta' tiswija għandha bżonn din l-iskola? Meta se jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ix-xogħlijiet li saru fl-iskola tas-subien “Ninu Cremona” fir-Rabat Għawdex bejn is-snin 1999, 2000 u s-sena 2001 kienu jinkludu;
Provvista u twaħħil ta’ aperturi ta’ l-aluminium
Rinnovar ta’ l-istallazzjoni tal-gass fil-laboratorji
Provvista ta’ apparat tal-laboratorji
Provvista u tqeghid ta’ water proofing membrane
Rinnovar ta’ klassijiet
Bdil ta’ katusi tad-drenagg
Xoghol ta’ żebgħa fil-kuriduri u klassijiet kull sena
Rinnovar ta’ faċilitajiet ta’ toilets
Bdil ta’ store f’ games room
Twaħħil ta’ fence fil-ground
Bdil u attrezzar ta’ kamra biex isservi ta’ Home Economics room
Kisi tal-ground bil-crusher
Rinnovar tal-bankijiet fit-tennis courts
Xogħlijiet oħra li għad iridu jsiru minbarra l-manutenzjoni kontinwa tal-post jinkludu;
Ir-rinnovar tal-faccati ta’ barra ta’ l-iskola
Provvista u twaħħil ta’ aperturi ta’ l-aluminium
Stallazzjoni ta’ passenger lift li twassal għall-livelli kollha ta’ l-iskola.
Is-sejħiet għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet għalqu u jinsabu fi stadju ta’ adjudication.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus għar-rapporti li saru mill-ministeru u jew id-dipartiment u jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999, 2000 u 2001?
Liema kienu dawn ir-rapporti separatament u kemm minnhom tpoġġew fuq il-mejda tal-kamra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jekk l-onorevoli interpellant jippreċiżali x’tip ta’ rapporti għandu f’moħħu u jekk jindikali l-iskop għalfejn qiegħed jitlob tagħrif dwar in-nefqa għal kull rapport li sar fuq perjodu ta’ tliet snin sħaħ, inkun nista’ niddeċiedi jekk inhix ġustifikata li nordna li jintużaw ir-riżorsi meħtieġa biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kif ser isir ix-xogħol konness mat-traffiku fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat, fejn ser isiru iż-zebra crossings, x'ser isir f'salib it-toroq u meta huwa il-ħsieb li dan ix-xogħol jibda u jitlesta?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, azjendi u entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħu li jieħdu intake ta' summer workers?
Kif isiru l-għażliet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jindirizza ddomanda lil Ministru ta' lEdukazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ikun servizz ta' trasport pubbliku limitat, jiġifieri xarabank waħda 'express' miċ-Ċirkewwa għall-Universita', kull nhar ta' Tnejn filgħodu partikolarment? Peress li qed jitħallew għadd kbir ta' studenti universitarji ċ-Ċirkewwa bil-konsegwenza li jaslu tard għal-lectures, peress li l-istess ċirkostanza seħħet fil-perjodu ta' l-eżamijiet ta' -Universita' bil-konsegwenza serja li studenti waslu biss ħames minuti qabel jibda l-eżami meta saħansitra kienu diġa tqassmu l-karti, meta suppost skond ir-regolamenti ta' l-Universita' l-istudenti jridu jkunu f'posthom min kwarta qabel u peress li lanqas dispatcher ma ssib fuq il-post biex jitwassal l-ilment, tista' l-Ministru tara li ssir xi ħaġa biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lillOnorevoli Interpellant jagħmel din ilmistoqsija lillMinistru konċernat.
B'referenza għall-PQ 27774 u 28656, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies fi grades industrijali mal-gvern u f'liema gradi minn Settembru 1998 sal-lum, sena b'sena, fis-servizz pubbliku kif ukoll f'entitajiet oħra bħal korporazzjonijiet u kumpanniji tal-gvern eċċ. entita', entita'?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ġewx ingaġġati nies ġodda fi gradi industrijali minn Settembru 1998 sallum middipartimenti li jaqgħu taħt ilMinisteru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti b'każijiet soċjali li qed jinżammu fl-isptar ġenerali t'Għawdex?
Tista' tagħti r-raġunijiet prinċipali għal dan?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
In-numru ta’ pazjenti meqjusa bħala każijiet soċjali huwa sbatax (17). Dawn huma maqsuma hekk
Is-sala tan-nisa 8
Is-sala ta’ l-irġiel 9
Ir-raġunijiet prinċipali għal dan ikun x’aktarx għax ikunu joqogħdu weħidhom u ma jkollhomx min jieħu ħsiebhom meta jerġgħu lura d-dar.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30676 u cioe jista' l-Ministru jgħid kemm tħawlu
siġar matul is-sena 2001, f'Malta u Għawdex separatament mid-Dipartiment ta'
l-Agrikoltura u x'tip u x'etajiet u daqs kellhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul is-sena 2001, f’ċirkustanzi ta’ xita limitata, f’Għawdex tħawlu madwar 1070 siġar u arbuxelli mill-Fergħa ta’ l-Agrikoltura tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp. It-tipi li tħawlu kienu:
Palm
Oleander
Ficus
Tamarix
Populus alba
Quercus Ilex
Eucalyptus
Pine carobs
Auricaria
Cupressus
Casuarina
Laurus Nobilis (rand)
Pittosporum
Hibiscus
Caprosma
Bianca
Widnet-il-Baħar
Evonymous
Dawn kienu ta’ bejn tlieta u sitt snin u bejn sittin ċentimetru u żewġ metri għoli.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru. 32431 u ċioe jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-fehma tal-Kunsill Edukattiv għal Għawdex dwar xi preżenza għandu l-MCAST f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill Edukattiv għal Għawdex huwa talfehma li jew (1) kull Istitut ta' lMCAST jkun jista' jagħti permess lilliskola PostSekondarja Sir Mikelanġ Refalo biex tmexxi korsijiet li jkunu utli għallistudenti Għawdxin u listudenti jagħmlu listess eżamijiet jew (2) li lMCAST jiftaħ MCAST Gozo Centre f'post f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm vakanzi ta' `hemm fit-taqsima medika t'Għawdex?
Kemm ila kull vakanza?
Għaliex ma intlewx dawn il-vakanzi?
Tapprezza xi tbatija inħolqot għal dawk li kien ħaqqhom jimlew dawn il-postijiet speċjalment dawk minn Għawdex li kien hemm min saħansitra kellu jirriżenja dan il-grad biex jerġa jmur ħdejn il-familja?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fit-taqsima medika f’Għawdex bħalissa hemm dawn il-vakanzi :
Konsulent fil-Psikjatrija
Senior Registrar fl-Anestesija
Senior Registrar fir-Radjoloġija
3 Medical Officers
Fil-kas tal-Konsulent fil-Psikjatrija u Senior Registrar fl-Anestesija ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet u bħalissa l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu pproċessati filwaqt li saret talba biex toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta’ postijiet ta’ Medical Officer. Fil-kas tas-Senior Registrar fir-Radjoloġija, minkejja li s-sejħa għall-applikazzjonijiet saret kemm il-darba ma kienx hemm applikazzjonijiet.
Ma jirriżultax li kien hemm xi individwi li kellhom jirriżenjaw mill-grad għar-raġunijiet li ta l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'apparat għas-safety ta' saħħet il-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol, inxtara għall-ħaddiema li jaqgħu taħt id-dekasteri tal-Ministeri matul is-sena li għaddiet?
U x'mistenni li jinxtara matul din is-sena?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni mitluba tidher fil-lista t’hawn taħt:
Apparat għ
as-sigurta’ li nxtara mid-dipartiment li jaqgħ
a taħ
t il-Ministeru għ
al Għ
awdex matul is-sena 2001.
Safety Shoes
Boiler Suits
Helmets
Earmuffs
Ingwanti
Safety Glasses
Flourescent Jackets
Double Respiration Masks
Single Respiration Filter
Safety Boots
Gas Detection Device
Ventilation Equipment
Harnesses
Leather Gloves
Protective Goggles
Night flash lamps
Disposable whole body suits
Filters for masks
Apparat għ
as-sigurta’ li nxtara jew mistenni li jinxtara matul is-sena 2002
.
Maskla tal-Bexx
Ingwanti
Fire Extinguishers
Safety Shoes
Safety Boots
Boiler Suits
Safety Hats
Metal Gloves
Masks
Flourescent Jackets
Protective Glasses
Earmuffs
Helmets
Breathing apparatus and ancillary equipment
Industrial gloves
Harnesses
Filters for face Masks
Body Suits
Apparat ieħor skond il-ħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid f'kull sezzjoni jew uffiċċju li jaqa' taħt il-Ministeru tagħha, min huma dawk il-ħaddiema tal-gvern u l-grad tagħhom li fil-preżent qed iħallsu taxxa fuq fringe benefits?
X'inhu s-servizz, eċċ, u l-valur f'ċifri ta' flus kull xahar li fuqu qed titħallas taxxa għal fringe benefits minn kull impjegat?
X'inhu l-valur f'ċifri ta' flus li fuqu inħadmu dawn il-frindge benefits?
Tista' l-Ministru tgħid f'kull dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru tagħha, x'kien l-ammont u l-valur tal-accruals fl-ewwel ta' Jannar 2002 u f'liema voti kienu dawn l-accruals?
Tista' l-Ministru tgħid x'kien id-dħul tal-gvern f'kull vot jew kategorija matul is-sena 2001 xahar b'xahar f'kull sezzjoni li taqa' taħt il-Ministeru tagħha?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-qagħa dwar l-assentejiżmu fl-iskejjel Għawdxin diskussa mill-Kunsill Edukattiv għal Għawdex? Kemm jaħseb li hi kbira din il-problema l-kunsill u x'pariri ta' dwarha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-Kunsill Edukattiv għal Għawdex innota b’sodisfazzjon li f’Għawdex issa hemm Welfare Officer u issa każijiet ta’ assentejiżmu fit-tul u bla bżonn qed jkunu mistħarrġa.
Il-Kunsill ra l-istatistika għal kull skola f’Għawdex kif maħruġa min-National Statistics Office fl-4 ta’ Lulju 2001 u jidher li filwaqt li l-medja għall-iskejjel Primarji f’Malta kienet ta’ 8.5%, f’Għawdex kienet ta’ 5.15% u fl-iskejjel sekondarji f’Malta kienet ta 14.22% u f’Għawdex lienet medja ta’ 10.94%. F’dawk li huma skejjel tas-Snajja’ il-medja f’Malta kienet ta’ 17.89% u f’Għawdex 10.5%. Dwar l-iskejjel privati l-medja f’Malta kienet ta’ 5.58% u f’Għawdex 5.32%.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pariri tal-Kunsill Edukattiv għal Għawdex dwar tourism-business links fl-iskejjel Għawdxin?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-Kunsill Edukattiv għal Għawdex qed jipprova jistabilixxi tourism business links agreements ma’ l-iskejjel Għawdxin fuq l-istess linji kif ġew stabbiliti f’Malta l-Education-Business Link Agreements.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul issena li għaddiet lammont ta' Lm4649.01 tħallas bħala kera lillprivat middipartimenti li jaqgħu taħt ilMinisteru għal Ghawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet?
Kemm għat-tindif?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Sakemm ma ningħatax raġuni ‘l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali għal dak li għandu x’jaqsam ma dipartimenti tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena u, għar-rigward ta’ Korporazzjonijiet u Awtoritajiet, fir-rapporti annwali partikulari tagħhom.