Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34685 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Beach Cleaners

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-beach cleaners f'Għawdex ma jaħdmux taħt l-istess kundizzjonijiet u ħinijiet bħal sħabhom f'Malta? X'inhi r-raġuni li matul il-ġranet tax-xogħol qegħdin jiġu mġiegħla li jidħlu mis-6.00 a.m. sal 11.30 a.m. u l-ħadd u fil-festi pubbliċi jidħlu jaħdmu u ma jitħallsux kif hu bid-dritt u xieraq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l­Beach Cleaners f'Għawdex qegħdin jaħdmu ħinijiet skond l­esiġenzi tas­Servizz. Il­ħaddiema li jaħdmu fil­ħdud u festi jiġu kkumpensati b' "time­off in lieu" kif maqbul magħhom.
Leg 9 PQ #34703 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Dwejra

Question

Bżriferenza għar-risposta ta' mistoqsija 34533, peress li l-Ministru għall-Għawdex qegħda tikkordina x-xogħol ta' tindif ta' terrapien mid-Dwejra, meta hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol jitkompla?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn x'inżid mar­risposta li ingħatat għall­mistoqsija numru 33946
Leg 9 PQ #34820 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għal Għawdex

Customer Services

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija 34110, tista' l-Ministru tgħid fuq liema time-table huma mqassma l-40 siegħa li jaħdmu l-EU co-ordinator u l-customer co-ordinator? Jekk hux qed jittieħed kont meta dawn ma jsegwux din it-timetable u jaħdmu inqas? Jekk hux se jitħallsu meta jaħdmu extra u b'liema rata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minħabba n­natura tax­xogħol taż­żewġ impjegati msemmija, ħafna drabi jaħdmu ħinijiet twal u rregolari. Nassigura lill­Onor Interpellant li dawn l­uffiċċjali qed jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil­ġimgħa u ma jithallsux tas­siegħat żejda li jaħdmu.
Leg 9 PQ #34045 Sitting 773 2002-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' xogħlijiet li saru u qed isiru wara sejħa għal tenders approvata lill-ministeru u/jew dipartiment u dekasteri li jaqgħu taħt il-ministeru li għadhom ma tħallsux kompletament? Kemm huwa l-ħlas pendenti u kemm huwa l-ħlas li sar f'ċifra globali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-numru ta' xoghlijiet li saru u qed isiru wara sejha ghal tenders dipartimentali huwa 9. Sallum sar hlas ta' Lm16,043.93 fir-rigward ta' dawn ix-xoghlijiet filwaqt li l-hlas pendenti huwa ta' Lm34,423.94.
Leg 9 PQ #34029 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'ċifra ta' flus f'safar ministerjali u dipartimentali tal-ministeru għax-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu April u Mejju ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija mogħtija fil-lista li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34533 Sitting 770 2002-07-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Dwejra

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk id-dipartimenti u ministeri li kienu involuti fit-tindif mill-iskart mitfugħa b'mod irrisponsabbli fid-Dwejra Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta’ tindif ta’ terrapien mid-Dwejra ġew kkordinati mid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex bil-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar (illum l-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar) u tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Ambjent (illum parti wkoll mill-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar).
Leg 9 PQ #34486 Sitting 769 2002-07-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bajjiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'prekawzzjonijiet qiegħed jieħu l-ministeru fuq il-bajjiet f'Għawdex dan is-sajf biex tiġi evitata xi diżgrazzja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qieghed jigi finalizzat ftehim bejn il-Ministeru ghal Ghawdex, il-Korporazzjoni ghall-Impjiegi u Tahrig (ETC) u l-Fergha ta’ Ghawdex tal-Malta Red Cross biex jigi pprovdut servizz ta’ l-ewwel ghajnuna fil-bajjiet principali ta’ Ghawdex matul ix-xhur t’Awissu u Settembru.
Leg 9 PQ #34441 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Co-ordinating Unit

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għal dan is-sajf ġiex imwaqqaf il-co-ordinating unit fi ħdan il-ministeru għal Għawdex sabiex jieħu ħsieb jikkordina l-ħtiġijiet ta' Għawdex minħabba il-Maltin u barranin li jiġu Għawdex fix-xhur tas-sajf?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Co-ordinating Unit ser titwaqqaf fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #34444 Sitting 768 2002-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Karta Anzjan

Question

Tista' l-Ministru tgħid hijiex sodisfatta li l-karta anzjan qed tingħata għarfien sħiħ f'Għawdex? Jekk le, tista' tgħid għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jien ninsab sodisfatta bl-għarfien li jingħata mid-dipartimenti tal-Ministeru.
Leg 9 PQ #34368 Sitting 764 2002-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Environment Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-Environment Impact Assessment/Statement saru minn Settembru ta' l-1998 sal-lum, fuq talba tal-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Minn min saru u kemm swew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li minn Settembru 1998 sal-lum ma sar l-ebda Environment Impact Assessment/Statement fuq talba tal-Ministeru għal Għawdex u tad­dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #34318 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Karta Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'Għawdex ħafna outlets u mezzi tat-trasport lanqas jirrikonoxxu l-karta anzjan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Għar­rigward ta' outlets nitlob lill­Onor Interpellant igħid għal­liema outlets qed jirreferi. Rigward mezzi tat­trasport nirreferi lill­Onor Interpellant għat­tweġiba għall­Mistoqsija Parlamentari numru 18955.
Leg 9 PQ #34290 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Eżamijiet tas-SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti subien u bniet li qagħdu għall-eżamijiet tas-SEC, suġġett b'suġġett mill-iskejjel, sekondarji tal-istat, junior lyceums, tal-knisja u tas-snajja fis-sessjoni Mejju 2002?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­Onorevoli Interpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #34297 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom f'Għawdex fi tmiem is-sena skolastika 2001/02 bniet u subien fi skejjel sekondarji u tas-snajja, junior lyceums, u tal-knisja?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tinsab fil-lista ta’ hawn taħt. Skejjel Bniet Subien Total Junior Lyceum 180 81 261 Sekondarji 54 72 126 Skejjel tas-Snajja 11 32 43 Skejjel tal-Knisja 51 51 Total 245 236 481
Leg 9 PQ #34298 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ġgantija

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi pjani mill-ministeru għar-restawr tat-tempju tal-Ġgantija f'Għawdex? Jekk hemm, meta se jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minn meta twaqqaf il-Kumitat għall-Konservazzjoni tas-Siti Megalitiċi mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni f’April 2000, saru studji li identifikaw diversi problemi ta’ konservazzjoni ta' tempji neolitiċi. Żewġ tipi ta’ miżuri kienu identifikati. Fost dawk il-miżuri short term li kienu urġenti u neċessarji kien hemm il-ħtieġa li jinbena scaffolding f’partijiet tas­siti li kienu identifikati mill-esperti bħala l-iktar instabbli. Għar­rigward tal­Ġgantija dan ix-xogħol sar fl-2001. Miżuri aktar long term qed jiġu studjati u investigati. Fost dawn hemm il-bini ta’ shelters protettivi fuq is-siti prinċipali fosthom il-Ġgantija.
Leg 9 PQ #34117 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Kunsilli Skolastiċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'laqgħat għamlu l-kunsilli skolastiċi tul din is-sena skolastika tal-iskejjel fil-livelli kollha ta' Għawdex? Xi flus għandu kull kunsill skolastiku?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fil-lista ta’ hawn taħt. Skola Numru ta’ Laqgħ at Bilanċ tal-Fondi ta’ L-Iskola Skola Primarja Għarb 8 Lm 452.20 Skola Primarja Għajnsielem 8 Lm 139.00 Skola Primarja Kerċem 3 Lm 1,093.37 Skola Primarja Nadur 5 Lm 3,292.00 Skola Primarja Qala 5 Lm 517.22 Skola Primarja San Lawrenz 11 Lm 681.00 Skola Primarja Sannat 8 Lm 2,093.06 Skola Primarja Rabat 4 Lm 792.82 Skola Primarja Xagħra 7 Lm 1,499.11 Skola Primarja Xewkija 7 Lm 820.38 Skola Primarja Żebbuġ 5 Lm 629.86 Skola ta’ l-Agrikoltura u l-Bini 1 Lm 305.29 Skola Sekondarja tal-Bniet Agius de Soldanis 8 Lm 1,123.00 Skola Sekondarja tas-Subien Ninu Cremona 3 Lm 1,073.00 Skola Post Sekondarja Sir M.A. Refalo 3 Lm 2,898.00 Skola tas-Snajja Xagħra 7 Lm 69.45 Skola ta’ l-Arti 4 Lm 327.68
Leg 9 PQ #34110 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Customer Services

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterju l-ex-direttur tal-customer services intgħażel biex jieħu l-ħatra diretta ta' direttur ta' l-office of review fil-ministeru ta' Għawdex? Għaliex intgħażel huwa u mhux id-direttur corporate services jew id-direttur projects and development? Liema xogħol qegħdin jagħmlu ż-żewġ uffiċjali Skala 5 mad-direttorat ta' l-office of review f'Għawdex? Dawn iż-żewġ uffiċjali meta jgħalqilhom il-kuntratt? X'inhuma l-ħinijiet li suppost jaħdmu u minn liema vot qegħdin jitħallsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jaghmilha lill-ministru koncernat. Iz-zewg ufficcjali li ghalihom l-Onorevoli Nterpellant ghamel referenza huma assenjati l-posizzjoni ta’ EU Co-ordinator u Customer Care Co-ordinator rispettivament. Il-kuntratt ta’ dawn l-ufficcjali jaghlaq fit-23 t’Ottubru 2004. Huma jahdmu fuq bazi ta’ 40 siegha fil-gimgha u mistennija li, f’perjodi kritici, jahdmu sighat itwal u jipprovdu support f’hinijiet mhux normali. Dawn jithallsu mill-vot tas-Segretarjat Permanenti.
Leg 9 PQ #32342 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema Tekniċi — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sigħat ta' overtime li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru? Kemm minn dawn is-sigħat tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ħadmu l-overtime u f'liema dipartiment sar dan l-overtime?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba rigward in-numru ta’ sigħat li saru matul is-sena li għaddiet mill-ħaddiema tekniċi, eċċ f’kull dipartiment, in-numru ta’ dawn il-ħaddiema kif ukoll is-sigħat li tħallsu minnhom fl-2001. Dipartiment Numru ta’ Ħaddiema li ħadmu overtime fl-2001 Numru ta’ sigħat li nħadmu fl-2001 Numru ta’ sigħat li tħallsu fl-2001 Servizzi Korporattivi 3 296 ½ 276 Customer Services 535 17,937 11,342 Proġetti u Żvilupp 16 1,587 1,491
Leg 9 PQ #33928 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Bejgħ ta' ikel fuq il-Vapuri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies impjegati mal-Gozo Channel li qed jieħdu ħsieb il-catering fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? Tista' tgħid sarx profitt jew telf mill-catering fuq il-vapuri? Tista' tgħid kemm kien it-telf jew profitt għas-sena li għaddiet? Tista' tgħid hux minnu li xi xogħol ta' l-ikel li jinbiegħ fuq il-vapuri mhux isir mill-impjegati tal-Gozo Channel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-catering fuq il-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel isir mill-impjegati ta’ kuntrattur. Il-Kumpanija timpjega direttament bniedem wieħed biss biex jieħu ħsieb l-operazzjoni tal-catering, inkluż il-kontroll. Sal-ġurnata tal-lum dejjem sar profitt mill-catering fuq il-vapuri, iżda minn meta l-kumpanija ħadet f’idejha l-operazzjoni tal-bejgħ mis-sena 2000, il-profitti żdiedu. Fis-sena finanzjarja li għaddiet, il-catering operation ħallçt qlçgħ nett ta’ madwar Lm63,000. Nistgħu nikkonfermaw li x-xogħol ta’ l-ikel li jinbçgħ fuq il-vapuri ma jsirx mill-impjegati tal-Gozo Channel.
Leg 9 PQ #33946 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għal Għawdex

Dwejra

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija 33780 (B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 33656, tista' l-Ministru tgħid kemm-il fażi fih il-proġett tat-tindif tad-Dwejra? Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol li fadal u meta hu maħsub li jitlesta)?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xogħol li fadal isir mhux kompitu tal­Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #33999 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Forti Chambray

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' forti Chambray? Huwa minnu li l-gvern jixtieq li in-negozjant taljan Roberto Memmo jisganċja ruħu mill-proġett? F'hiex wasal il-proġett innifsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.