Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36274 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Skejjel Primarji — Għalliema

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji statali ta' Għawdex? X'inhuma l-kwalifiki tagħhom? X'inhuma l-etajiet tagħhom? X'inhi l-popolazzjoni ta' l-istudenti primarji u sekondarji statali f'Għawdex? Tista' tagħti t-tagħrif skola bi skola u klassi bi klassi? Kemm hemm għalliema fl-iskejjel statali primarji u sekondarji f'Għawdex? Tista' tagħti t-tagħrif skola bi skola?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l­informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda jekk l­Onor Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36701 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Servizzi Soċjali — Għawdex - Xagħra

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li żewġ anzjani (wieħed minnhom bedridden bil-feeding tube) u li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament ilhom 'il fuq minn seba' xhur mingħajr is-servizz ta' helper?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ż­żewġ anzjani li rrefera għalihom l­Onor Interpellant ingħataw is­servizz ta' ħames siegħat fil­ġimgħa fl­1993 liema servizz ġie estiż b'siegħa oħra fi Frar 2002 u dam jingħata sa Marzu 2002. Matul dan il­perjodu intbagħtu mhux anqas minn tliet Assistenti Soċjali Każwali differenti li lkoll ilmentaw li kienu qegħdin jingħataw xogħol li mhux relatat max­xogħol li suppost jagħmlu. Dan kien konfermat minn diversi home visits li għamlu s­supervisors. F'April ta' din is­sena, is­supervisors kellmu lit­tifel ta' l­anzjani biex jinfurmawh li l­helper ma kenitx ser tmur aktar peress li din irriżenjat mix­xogħol. Dan kellu jinforma lill­uffiċċju jekk l­anzjani kienux lesti li jdaħħlu helper oħra ġewwa darhom iżda sallum għadu ma tax risposta. Issa jiena tajt struzzjonijiet biex issir home visit mill­aktar fis possibbli biex il­każ jerġa' jiġi mistħarreġ.
Leg 9 PQ #36259 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem — Skola

Question

Tista' il-Ministru tgħid jistgħux jittieħdu passi biex it-tifel li ismu qed jintbagħat separatament, li suppost jattendi l-iskola primarja ta' Għajnsielem jerġa' jingħata l-persuna li kienet tieħu ħsiebu għax għandu bżonnijiet speċjali u issa ma jridx imur skola għax it-tneħħija u t-tibdil tal-persuna li kellha tgħinu ħarbtitu u affetwatu ħażin ħafna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #36600 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus globalment kull sena f'xiri ta' apparat għall-isptar ġenerali ta' Għawdex mill-1996 sa l-2002? Tista' tgħid ukoll kemm hu maħsub li tkun l-ispiża totali għas-sena 2002?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispiza kapitali totali fuq l-Isptar Generali ta’ Ghawdex matul is-snin 1996 – 2002 kienet kif tidher fil-lista hawn taht. Minn din l-ispiza, in-nefqa fuq apparat hija kif muri fit-tieni kolonna. SENA SPIZA KAPITALI APPARAT 1996 LM 95,766 LM52,786 1997 LM 80,301 LM49,394 1998 LM 91,147 LM85,186 1999 LM 84,957 LM74,958 2000 LM125,643 LM74,713 2001 LM120,500 LM51,153 2002 LM115,000 LM47,500
Leg 9 PQ #36601 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Segretarju Permanenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus biex inkriet karrozza għas-segretarju permanenti tal-ministeru għal Għawdex filwaqt li l-karrozza tiegħu kienet qiegħda tissewwa? Kemm-il ġurnata damet mikrija? Tista' tgħid fejn sar ix-xogħol ta' tiswija fuq il-karrozza msemmija u għaliex sar hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul iż­żmien li l­karozza użata mis­Segretarju Permanenti tal­Ministeru għal Għawdex damet tissewwa inkriet karozza KIA Mentor għall­prezz totali ta' Lm128.80. Din il­karozza damet mikrija għal sittax­il ġurnata, eżattament mit­30 ta' Settembru 2002 sal­15 t'Ottubru 2002. Ix­xogħol ta' tiswija sar għand Mizzi Automotive Services Ltd. ta' Qormi, Malta għaliex dawn huma l­aġenti tal­Volkswagen.
Leg 9 PQ #36155 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Tista' il-Ministru tgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tagħha? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36296 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment tas-Saħħa/Xogħlijiet Pubbliċi — Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet lill-ħaddiema fid-dipartimenti tas-saħħa u tax-xogħlijiet pubbliċi f'Għawdex matul din is-sena? F'liema gradi u kemm huma nisa u kemm irġiel? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001 separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma narax il­ħtieġa li tinġabar l­informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda jekk l­Onor Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36121 Sitting 799 2002-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Karozzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm għanda karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

B'kollox fis­Segretarjat Privat tiegħi hemm tlitt karozzi li lkoll huma petrol li jittieħed b'roaster minn sitt stazzjonijiet. Waħda biss minn dawn il­karozzi tittieħed id­dar.
Leg 9 PQ #35151 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qrati - Impjegati - Vetturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min mill-impjegati fil-qrati ta' Għawdex għandu dritt li jkollu l-użu ta' vettura b'xejn imħallsa b'kera mill-gvern ta' Malta? Tista' tgħid min attwalment qiegħed jużufruwixxi minn dan il-benefiċċju meta fir-realta' m'għandux dritt għalih?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li d-Direttur tal-Qrati u Tribunali u l-Marixxalli - dawn ta' l-ahhar waqt il-qadi ta' dmirijiethom - huma l-impjegati fil-Qrati ta' Ghawdex li ghandom dritt ghall-uzu ta' vettura bl-ispiza ghall-Gvern ta' Malta. Jiena nfurmata wkoll li hemm karozza mikrja mill-Gvern li qed tintuza mill-Assistent Registratur ta' l-istess Qrati. Sadattant naghatw struzzjonijiet biex jigi zgurat li hadd ma jithalla jaghmel uzu minn vetturi mhallsin minn flus pubblici jekk ma jkollux dirtt ghal dan l-uzu.
Leg 9 PQ #35005 Sitting 787 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-membri tal-bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex m'għandhom l­ebda benefiċċju.
Leg 9 PQ #35142 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jibqgħalna mill-bini, faċilitajiet u spazju li kellha s'issa l-iskola primarja tax-Xagħra wara li fl-istess bini se jidħol l-MCAST, biex l-iskola tax-Xagħra tkun f'pożizzjoni li jintlaħqu l-għanijiet tal-kurrikulu minimu Nazzjonali li jessiġi ċerti spazji li se jitlef?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l­iskola Primarja tax­Xagħra ser jibqgħalha bini, faċilitajiet u spazju biżżejjed biex jintlaħqu l­għanijiet tal­kurrikulu Minimu Nazzjonali wara li fl­istess kumpless ser jidħol l­MCAST.
Leg 9 PQ #353 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Vapur t'Għawdex

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk tneħħiex is-sussidju minn fuq il-biljetti tal-vapur għal dawk ir-residenti Maltin li għandhom familjari f'Għawdex? Jekk iva għaliex? Jekk le lil min qed jingħata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Is­sussidju fuq il­biljetti tal­vapur għal dawk ir­residenti Maltin li għandhom familjari f'Għawdex għadu fis­seħħ. Il­persuni ntitolati għall­pass huma dawk li jgħixu Malta iżda għandhom il­ġenituri, nanniet, u/jew aħwa li twieldu u jgħixu Għawdex. L­ispouses u l­ulied tal­persuni li għandhom nieshom jgħixu Għawdex huma ntitolati għall­pass meta l­familjari Għawdxin huma l­ġenituri jew in­nanniet tal­persuna li ġiet tgħix Malta.
Leg 9 PQ #34781 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Safar — Nefqa

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34029, tista' l-Ministru tinfurmani kemm mill-flus tas-safar intefqu sabiex intbagħtu żgħażagħ għawdxin jitħarġu fuq il-produzzjoni agrikola organika?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul ix-xahar ta' Marzu, grupp ta' ħmistax­il bidwi flimkien ma' xi uffiċċjali oħra, attendew seminar ta' tlettax­il jum fil­Ġermanja li kien jinkludi sessjonijiet fuq produzzjoni organika. Dan is­seminar ġie organizzat mill­Ministeru għal Għawdex taħt programm ta' skambji li l­Ministeru għandu mal­Akademie Klausenhof. L­ispiża nvoluta kienet ta' Lm180.30.
Leg 9 PQ #35054 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati mhux fuq Xogħolhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema f'Għawdex li nqabdu li ma kienux fuq ix-xogħol tagħhom u dan matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? X'kien ix-xogħol tagħhom u x'passi ttieħdu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul l­ewwel sitt xhur ta` din is­sena kien hemm 24­il ħaddiem li nqabdu li ma kienux fuq il­post tax­xogħol tagħhom. Dawn kienu Assistant Principal, Ambulance Driver, Senior Tradesman, Operative, erba' Health Assistants B, tnax­il General Hand u erba' labourers. Ilkoll ittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom.
Leg 9 PQ #34859 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Ċentru Detox — Għawdex

Question

Tista' l-Ministru twieġeb dik il-parti tal-mistoqsija nru. 34565 dwar in-nies li attendew iċ-ċentru tad-Detox f'Għawdex fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm 45 persuna li marru ghall-ghajnuna ic-Centru tad-Detox f’Ghawdex li minnhom 38 kienu rgiel u 6 nisa. 2 minnhom kienu barranin.
Leg 9 PQ #34860 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Detox Centre — Għawdex

Question

Tista' l-Ministru twieġeb dik il-parti tal-mistoqsija nru. 34566 dwar dawk taħt l-eta` li attendew id-Detox f'Għawdex fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena minn dawk li rcevew ghajnuna ghall-abu¿ tad-droga fi-Centru tad-Detox f’Ghawdex kien hemm ¿agh¿ugh wiehed (m’hux ta’ nazzjonalita’ barranija) li kellu hmistax–il sena.
Leg 9 PQ #34861 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għal Għawdex

Detox Centre

Question

Tista' l-Ministru twieġeb dik il-parti tal-mistoqsija nru. 34567 fejn tirrigwardja lil Għawdex u fejn persuni li attendew id-Detox għall-ewwel darba fl-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li gewwa c-Centru tad-Detox ta’ l-Isptar t’Ghawdex ma jkun hemm l-ebda ersuna li tigi ghall-ewwel darba ghaliex dawn dejjem jigu referuti mic-centru f'Malta.
Leg 9 PQ #34941 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rikorsi

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34684 u cioe jista' l-Ministru jagħti dawk id-direttivi sabiex rikorsi ta' Għawdxin li għadhom pendenti quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji, jibqgħu jinstemgħu f'Għawdex quddiem l-assistent ġudizzjarju, Dr Aron Attard Hili u mhux ikomplu jinstemgħu quddiem assistent ġudizzjarju f'Malta, għaliex miżura bħal din ma tagħmel l-ebda sens ħlief li toħloq hardship u skariġġ bla bżonn lil Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jagħmel din il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #34942 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tara: 1) li extractor fan li hemm fil-Kċina ta' l-Isptar Ġenerali t'Għawdex li ilu 'l fuq minn sena bil-ħsara, jissewwa jew jiġi sostitwit minħabba s-sħana il-kbira li hemm? 2) li l-borma l-kbira li tintuża għall-brodu u li hemm fil-kċina ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex tissewwa jew tiġi sostitwita b'oħra peress illi l-condensed steam mill-boiler qiegħed jitħallat mal-brodu li jingħata lill-pazjenti u dan jista' jwassal għal food poisoning?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar l-ewwel mistoqsija se nassigura li jittieħdu l­passi kollha meħtieġa mill­aktar fis possibbli. Sadattant se jitwaqqaf Bord biex jara jekk kienx hemm xi traskuraġni fil­każ imsemmi. Dwar it­tieni mistoqsija, il­borma l­kbira li tintuża għall­brodu li hemm fil­kċina ta' l­Isptar Ġenerali ta' Ghawdex issewwiet immedjatament hekk kif rrapportawha l­koki u ma hemm l­ebda biża ta' food poisoning.
Leg 9 PQ #34653 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' l-Ministru tara li fl-isptar ġenereali ta' Għawdex tinxtara x-ray machine tal-bone density li hija bżonjuża ħafna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xiri ta' dan l­apparat qiegħed jiġi kkunsidrat ma' prioritajiet oħra ta' l­Isptar.