B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 883, tista' il-Ministru telenka x-xogħlijiet li jsiru regolarment fuq il-korsa taż-żwiemel tax-Xħajma u b'liema frekwenza jsiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħlijiet li jsiru filkorsa tażżwiemel taxXħajma jinkludu twittija ta' ramel, qtugħ ta' ħaxix ħażin, żbir u ħart. Minn Settembru 2002 sa Marzu 2003 sar ukoll xogħol ta' manutenzjoni li jinkludi brix u żebgħa tarrailing, manutenzjoni filgallerija talpremijiet, bini ta' ħajt kif ukoll manutenzjoni fluffiċċji u filgates.
B'referenza għal-mistoqsija parlamentari numru 839, tista' il-Ministru tgħid fejn ser tinbena l-pixxina, id-daqs tagħha, kif ukoll dwar il-faċilitajiet li l-pixxina hija maħsuba li jkollha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-bini ta’ pixxina f’Ghawdex ghadu mhux fl-istadju tad-dettal mitlub mill-onor interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża l-ministeru tagħha u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtha? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li n-numru ta’ mobile phones li juża l-Ministeru tiegħi u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu huwa għaxra.
L-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena kienet ta’ LM1756.03.
Sa llum, is-somma ta’ Lm1587.78 tħallset minn din is-somma.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħidilna hemmx il-ħsieb li tingħata facelift tajjeb it-triq tal-Wied ta' Żejta fejn tinsab il-miżbla tar-Rabat t'Għawdex? Tista' il-Ministru tieħu passi biex titranġa anki t-triq li twassal għall-miżbla fil-parti tagħha tan-naħa magħrufa bħala s-sellum tax-Xagħra?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
.Jiena nfrumata li l-manutenzjoni tat-triq tal-Wied ta’ Żejta hija responsabilta tal-Kunsill Lokali tal-Victoria. Għaldaqstant nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċerna dwar lewwel parti talMistoqsija.
Dwar it-tieni parti, jekk l-Onorevoli Nterpellant qiegħed jirreferi għallbini ta’ “retaining wall” fit-tarf tat-triq tal-Wied ta’ Żejta, jiena nfurmata li dan ix-xogħol qed isir u mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista' il-Ministru tara li titnaddaf Triq iż-Żewwieqa Qala minn fejn il-Belvedere għal fejn il-Country Club li hija mimlija skart, żibel u ħaxix ħażin, aktar u aktar meta din it-triq hija frekwentata minn numru kbir ta' turisti kuljum li jinġabru hemm jaraw il-panorama?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena tajt struzzjonijiet li Triq iż-Żewwieqa Qala titnaddaf aktar regolarment.
Għawdex — Qorti - Clerical staff - court messengers
Question
Peress li fil-Qorti ta' Għawdex qed jinħass il-bżonn ta' iktar clerical staff kif ukoll ta' court messengers, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsieb li dan in-nuqqas jiġi rimedjat?
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema tal-Gvern jaħdmu fil-korsa ta' Xħajma u fiex jikkonsistu l-mansjonijiet tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li filKorsa ta' Xħajma hemm 'roster' ta' tlett (3) ħaddiema li jaħgmlu 'watching duties' u hemm żewġ (2) ħaddiema oħra li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni.
Matul ixxhur taxxitwa ħaddiema tatTaqsima Indafa talBajjiet jagħmlu xogħol ta' tiswija u manutenzjoni.
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru għal Għawdex u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru għal Għawdex? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni qed tinġabar u rrisposta tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 650, tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx proġettat il-bini ta' pixxina f'Għawdex? Jekk le, ma taħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien sabiex ikun hemm pixxina ġewwa Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Huwa l-ħsieb talGvern li tinbena pixxina f'Għawdex.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 649, tista' il-Ministru tgħid kemm intefqu flus għall-isports f'Għawdex matul dawn l-aħħar snin separatament għal kull sena? Tista' tgħid ukoll separatament għal kull sena tul dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm flus budgeted għall-isports f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni qed tinġabar u rrisposta tingħata f'seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx proġettati xogħlijiet ta' manutenzjoni u anke xogħlijiet strutturali fil-korsa taż-żwiemel tax-Xħajma? Ma taqbilx il-Ministru li wasal iż-żmien li l-korsa f'Għawdex tingħata ħafna iktar attenzjoni u tiġi attrezzata adegwatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li xxogħlijiet fuq ilkorsa tażżwiemel taxXħajma jsiru regolarment.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm fondi budgeted għall-kultura f'Għawdex għal dawn l-aħħar ħames snin, kemm effettivament intnefqu u għal xiex kif ukoll telenka d-diversi attivitajiet li bbenefikaw minn fondi tal-gvern u kemm kienu dawk il-fondi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
L-informazzjoni qed tinġabar u rrisposta tingħata f'seduta oħra.
Tista’ il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ direct orders li ħarġu mill-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April ta’ din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta’ flus ta’ dawn id-direct orders? Tista’ il-Ministru tinformani bl-istess informazzjoni għall-perjodu tas-snin 2001 u 2002?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li b’kollox kien hemm hamsa u disghin (95) direct orders li hargu mill-Ministeru ghal Ghawdex u d-dipartimenti li jaqghu tahtu matul s-snin 2001 u 2002 kif ukoll bejn Jannar u April 2003.
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija moghtija hawn taht:
Dipartiment ghas-Servizzi Korporattivi u Segretarjat Permanenti
Sena
Numru ta’ ‘Direct Orders’
Ammont
2001
5
Lm5900
2002
9
Lm9729.79
Jannar sa April 2003
3
Lm6817.85
Dipartiment tal-Customer Services
Sena
Numru ta’ ‘Direct Orders’
Ammont
2001
25
Lm103.991
2002
25
Lm117.376
Jannar sa April 2003
9
Lm33.613
Dipartiment tal-Progetti u Zvilupp
Sena
Numru ta’ ‘Direct Orders’
Ammont
2001
5
Lm52,445.55
2002
9
Lm78198.21
Jannar sa April 2003
5
Lm13383.65
Tista' il-Ministru tgħid kemm ħarġu tenders għal xogħol ta' toroq u asfalt ġewwa Għawdex għas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 kemm tal-gvern ċentrali u kemm mill-kunsilli? Lil min ingħataw dawn it-tenders? Kemm kien il-contract value ta' kull tender?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ttenders li ħargu millMinisteru ghal Għawdex għal xogħolijiet ta' toroq u asfalt f'Għawdex għassnin 1999, 2000, 2001 u 2002 huma skond kif jidhru fliskeda li qed titpoġġa fuq ilmejda talKamra.
Dwar tenders li ħarġu minn korpi / organizzazjonijiet oħrajn nitlob lillOnorevoli nterpellant jirreferi lmistoqsija lillMinistru konċernat.
Fil-gżira ta' Għawdex, tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li bħalissa jaħdmu ġewwa Għawdex: a) mal-gvern; b) ma' intrapriżi pubbliċi; c) fil-biedja; d) fis-sajd; e) fil-fabbriki; f) fil-qasam turistiku; g) fil-qasam tal-ħwienet; h) jaħdmu għal rashom? Tista' il-Ministru tagħti l-istess figura għas-snin 2000 u 2001?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel ilmistoqsija lillMinistru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġie jiswa x-xogħol ta' rain water culvert fi Triq F. Mizzi, Victoria, Għawdex? Kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet? Meta nbeda x-xogħol, kemm kellu jieħu żmien sabiex jitlesta u kemm dam sabiex jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-rain water culvert ġie jiswa Lm105096.18,0. Listima oriġinali taxxogħolijiet kienet Lm40490.00,0. Ixxogħol beda f'Mejju 2002 u kellu jitlesta f'għoxrin ġimgħa. Filfatt ixxogħol tlesta f'Settembru 2002.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex kemm qabel kif ukoll wara l-elezzjoni u tindika s-sess u l-eta' tagħhom?