Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi meħtieġa kontra stabbiliment kummerċjali li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jdum ħinijiet twal, anke sas-sigħat bikrin ta' fil-għodu, jdoqqu l-mużika b'volum eċċessiv, b'inkonvenjent kbir għall-ġirien anzjani li joqogħdu fuq l-istabbiliment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kull meta rriżulta illi kien hemm xi ksur tar-regolamenti fil-ħanut imsemmi, il-Pulizija ħadet passi u nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta saret l-aħħar reviżjoni tal-kera u meta se ssir ir-reviżjoni li jmiss tal-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ir-reviżjonijiet tal-kirjiet ta' postijiet residenzjali isiru mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u għaldaqstant l-Onor. Membru huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Korp tal-Pulizija — Sejħa għall-kuntistabbli ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-compliment tal-Korp tal-Pulizija bħalissa? Jista' jgħid jekk hemmx l-ħsieb li jkun hemm sejħa għall-kuntistabbli ġodda fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Fil-preżent hemm 1,876 persuna fil-Korp tal-Pulizija; jekk ikun hemm bżonn, isir reklutaġġ ieħor kif dejjem sar taħt il-Gvern preżenti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 23997 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Viċi Ministru jgħid x'passi ħadet l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku biex tagħlaq St Anthony Street, f'Buġibba? X'jiġri fil-każ li r-residenti jkollhom bżonn ambulanza jew fire engine għal xi emerġenza f'din it-triq? Kif se tkun aċċessibbli din it-triq f'każ ta' emerġenza?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Inċidenti tat-traffiku — Zgħazagħ bejn 18 u 25 sena
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku (fatali u mhumiex) fl-aħħar ħames snin, sena b'sena u xahar b'xahar, li fihom kienu nvoluti żgħażagħ ta' bejn it-18 u l-25 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond statistika miżmuma mill-Pulizija, in-numru ta’ persuni ta’ bejn it-18 u 25 sena li weġgħu b’riżultat ta’ inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 5 snin kien kif jidher hawn taħt:
2002
2003
2004
2005
2006
Jannar
22
18
25
19
13
Frar
30
36
25
24
23
Marzu
30
26
38
25
24
April
30
29
26
21
24
Mejju
35
25
32
28
30
Ġunju
38
33
34
34
27
Lulju
40
44
51
34
29
Awissu
33
39
20
29
25
Settembru
31
18
36
21
24
Ottubru
43
24
27
11
27
Novembru
40
39
29
18
29
Diċembru
28
23
16
33
26
Inċidenti tat-traffiku — Persuni 'l fuq minn 25 sena
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku (fatali u mhumiex) fl-aħħar ħames snin, sena b'sena u xahar b'xahar, li fihom kienu nvoluti persuni ta' 'l fuq minn 25 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond statistika miżmuma mill-Pulizija, in-numru ta’ persuni ta’ l-fuq minn 25 sena li weġgħu b’riżultat ta’ inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 5 snin kien kif jidher hawn taħt:
2002
2003
2004
2005
2006
Jannar
49
57
64
48
51
Frar
60
32
54
44
55
Marzu
55
44
64
68
48
April
59
54
63
46
46
Mejju
74
62
77
84
77
Ġunju
59
56
69
89
71
Lulju
71
92
82
81
58
Awissu
86
86
61
81
81
Settembru
58
39
38
52
57
Ottubru
69
55
46
38
69
Novembru
46
61
56
47
53
Diċembru
59
80
52
63
100
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm seħħew inċidenti stradali (fatali u mhumiex) li fihom kienu: a) involuti żgħażagħ fl-eta' ta' bejn it-18 u l-25 sena; u b) żgħażagħ ta' l-eta' 'il fuq minn 25 sena? Jista' jagħti t-tagħrif riferibbilment mis-sena 2000 sas-sena 2006, iż-żewġ dati inklużi, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond statistika miżmuma mill-Pulizija, in-numru ta' persuni ta' bejn it-18 u 25 sena li weġgħu b'riżultat ta' inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 7 snin kien kif jidher hawn taħt:
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
363
395
400
354
359
297
301
Filwaqt illi n-numru ta' persuni ta' l-fuq minn 25 sena li weġgħu b'riżultat ta' inċident tat-traffiku, tul dawn l-aħħar 7 snin kien kif jidher hawn taħt:
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006
622
680
745
718
726
741
766
Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern — Żjara fl-Awstralja
Question
Il-Viċi Prim Ministru jħoss li huwa etiku li huwa rrappurtat li se jżur l-Awstralja ftit jiem biss qabel l-elezzjonijiet li se jsiru fi New South Wales, meta l-pajjiż ikun fl-eqqel tal-kampanja elettorali? Qed jiġu ppjanati taħditiet fuq livell ta' gvern ma' l-awtoritajiet Awstraljani in konnessjoni ma' din iż-żjara?
Response (BORG, TONIO)
Jiena ser nattendi l-Konferenza tal-Commonwealth f'Auckland, New Zealand fl-aħħar ta' Marzu dwar il-Gvern Lokal, flok il-Prim Ministru, waqt il-Presidenza ta' Malta tal-Commonwealth. Qabel ma nattendi għal din il-Konferenza, ser nieqaf l-Awstralja, sabiex niddiskuti il-proposti għal estensjoni taċ-ċittadinanza lit-tieni ġenerazzjoni mwielda barra minn Malta, mal-komunitajiet Maltin.
Ma naħsibx li dil-kwestjoni għandha xi effett fuq l-elezzjonijiet fl-istat ta' New South Wales.
Iva qed jiġu ppjanati taħdidiet kemm fuq livell ta' gvern ta' l-Istati, u anki fuq livell federali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm baqgħu pendenti inkjesti fis-sens li ma ġewx konklużi mill-Maġistrati Dennis Montebello u Ġuże Cassar, liema maġistrati llum irtiraw?
Jista' jgħid lil min ġew assenjati dawn l-inkjesti?
Jista' jgħid kemm minn dawn l-inkjesti ġew assenjati lill-maġistrat il-ġdid, ġew riferuti u konklużi lill-Avukat Ġenerali?
Jista' jgħid kemm ħalla inkjesti warajh mhux konklużi l-Maġistrat Karol Peralta qabel ma assuma kariga ġewwa l-Kosovo?
Jista' jgħid lil min ġew assenjati dawn l-inkjesti?
Jista' jgħid kemm minn dawn l-inkjesti ġew konklużi mill-maġistrat il-ġdid?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta rtiraw il-Maġistrat Dr Dennis Montebello LL.D. u l-Maġistrat Dr Joseph Cassar LL.D., kellhom is-segwenti inkjesti pendenti:
Maġistrat Dr Dennis Montebello LL.D. - 151 inkjesta u dawn ġew assenjati lill-Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera skond l-Assenjazzjoni tad-Dmirijiet tal-Maġistrati mill-President ta' Malta.
Maġistrat Dr Joseph Cassar LL.D. - 316 inkjesta u dawn ġew assenjati lill-Maġistrat Dr Giovanni Grixti skond l-Assenjazzjoni tad-Dmirijiet tal-Maġistrati mill-President ta' Malta.
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-kiri ta' għamara/pittura tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fid-dekasteru tiegħi ma kien hemm l-ebda infieq tat-tip kif indikat fil-Mistoqsija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għall-ikliet/hospitality tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal stationery tal-ministeru, dipartimenti, dekasteri u l-enti kollha li jaqgħu taħtu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija miżżewġa u tgħix Malta ma' żewġha u ilha hekk miżżewġa mill-1997, għadha sal-lum ma ngħatatx iċ-ċittadinanza meta dan huwa każ ċar li għandu jingħata mingħajr dewmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kieku dan huwa każ ċar fejn għandha tingħata ċ-ċittadinanza mingħajr dewmien, kieku dan diġa' sar mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza.
F'dan ir-rigward ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet li jsiru dwar talbiet simili għadhom għaddejjin u deċiżjoni dwar din it-talba tittieħed meta dawn l-investigazzjonijiet jintemmu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb li jbiddel l-avviż legali 178/06 dwar l-armi (dwar il-klassifikazzjoni tal-liċenzji ta' l-armi) biex ikunu jirriflettu aħjar il-liċenzji kif indikat f'avviż legali 177/06?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-klassifikazzjoni tal-ħlasijiet dovuti għall-liċenzji kif stipulat fl-Avviż Legali 178 ta' l-2006, hija ntiża li tiġbor fl-istess partita' jew partiti, dawk il-kategoriji ta' liċenzji kif meħtieġa skond l-Avviż Legali 177 ta' l-2006. Pero' jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi suġġerimenti x'jagħmel, nitolbu jgħaddihomli sabiex jiġu kkunsidrati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'deċiżjoni ttieħdet dwar l-użu ta' tagħmir magħruf bħala palm print fid-depot tal-pulizija wara li kien hemm ansjeta' li dan jista' jintuża b'mod kriminali minn min ikun irid iqarraq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-dettal ta' fingerprint fis-sistema tal-fingerprint reader installata fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija huwa maħżun f'forma ta' ritratt diġitali u mhux bħala impronta fiżika. Dan, għalhekk, ma jippermettix li t-tagħrif maħżun fis-sistema jkun jista' jintuża b'xi mod kriminali minn xi ħadd li jkun irid iqarraq kif semma l-Onorevoli Interpellant. Għaldaqstant m'hemm ebda deċiżjoni x'tittieħed.
Jista' pulizija jitlob sid ta' ħanut jipprovdi liċenzji tal-kaxxi tal-logħob tas-sena li tkun skorriet meta l-liċenzja tas-sena kurrenti tkun imħallsa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi jista' jkun hemm diversi raġunijiet għal x'hiex il-Pulizija titlob id-dokumenti kif imsemmija. Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jitlob parir legali fuq iċ-ċirkostanzi tal-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid:
1) kemm hemm pulizija Maltin li llum huma stazzjonati Għawdex?
2) kemm hemm pulizija Għawdxin li llum huma stazzjonati Malta? Liema rank jokkupaw?
3) meta l-Maltin ikunu stazzjonati Għawdex u viċi versa, min hu responsabbli biex jipprovdilhom fejn joqogħdu?
4) jista' jgħidilna fejn qed jiġu alloġġjati dawk il-Maltin li ġew stazzjonati Għawdex u viċi versa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm Supretendent u Spettur residenti Malta li qegħdin assenjati xogħol Għawdex, filwaqt li hemm Supretendent, 5 Spetturi, 2 Surġenti Maġġuri, 11-il Surġent u 56 Kuntistabbli residenti Għawdex li huma assenjati xogħol Malta. Kif kienet minn dejjem il-policy, dawk il-membri tal-Korp li minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom ikunu meħtieġa li jibqgħu on call, bħal ma huma l-fizzjali fid-Distretti, il-Korp jipprovdi akkomodazzjoni lilhom ġewwa Għases li jkollhom din il-faċilita'. Fil-każ ta' dawk il-membri tal-Korp l-oħra, min jagħżel li jibqa' Malta jew Għawdex bejn shift u ieħor, jista' wkoll jagħmel użu minn għases li għandhom il-faċilita' għal tali akkomodazzjoni. Ta' min iżid, illi l-Korp għadu kemm xtara appartament ġewwa l-Qala sabiex jinbidel mal-appartament li l-Korp kellu f'Taċ-Ċawla, fejn ikunu jistgħu jkunu alloġjati dawk il-membri tal-Korp, residenti Malta, li n-natura tax-xogħol tagħhom tkun tenħtieġ li jibqgħu on call.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' l-esperti tal-qorti li ntużaw dan l-aħħar tliet snin dwar id-DNA u testijiet oħra dwar id-drogi? X'inhuma l-kwalifiki tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Kull ġudikant huwa liberu li jqabbad persuna biex tagħmilha ta' 'espert tal-Qorti' dwar kull materja partikolari li dwarha l-Qorti jkun jidrilha li jkun jeħtieġ rapport tekniku. F'dawn il-materji, ovvjament hemm testijiet ta' DNA u Drogi.
Kull ġudikant ikun sodisfatt li l-persuna li tkun ser tiġi mqabbda li tirrediġi rapport tekniku bħala espert tal-Qorti jkollha l-kwalifiki meħtieġa biex taqdi d-dmirijiet tagħha.
L-inkjesta hija materja tal-Maġistrat Inkwerenti u mhux ta' xi Qorti jew tar-Reġistratur. Ir-Reġistratur ma għandux l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu trabi lil tfal taħt is-16-il sena kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Billi huwa ċar li sar abbuż fuqhom, x'passi ħadet il-pulizija fuq dawn il-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx statistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant fl-ewwel parti tal-mistoqsija, għalhekk nissuġġerilu li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi fil-każ ta' korruzzjoni ta' tfal ta' taħt l-eta', il-Pulizija tipproċedi kif provdut fl-artikolu 203 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9).