Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta' ħaddiema fil-grad ta' care workers jew assistant care workers full-time fid-djar ta' l-anzjani ta' Malta, meta tieħu kull dar f'każ għaliha partikolari u b'konsiderazzjoni ta' kemm hemm residenti u l-ħteġijiet tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nuqqas ta' ħaddiema fil-grad ta' care workers jew assistant care workers full-time fid-djar ta' l-anzjani ta' Malta, meta tieħu kull dar f'każ għaliha partikulari u b'kunsiderazzjoni ta' kemm hemm residenti u l-ħtiġijiet tagħhom huwa kif ġej:
Dar
Care Workers
Assistant Care Workers
Floriana
3
0
Msida
3
0
Gżira
0
0
Mtarfa
0
0
Mosta
0
0
Total
6
0
Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha nklużi) li saret matul l-2005 u minn Jannar, 2006 sal-lum fejn kien involut hu separatament, safra b'safra? Meta saru dawn is-safriet, kemm damu iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom f'kull safra separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1 fil-ministeru, dekasteru u l-enti li jaqgħu taħtu, vettura b'vettura separatament, bejn Ottubru, 2005 sa Diċembru, 2005 u Jannar, 2006 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhix qed tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhijiex tintuża u fejn tinsab?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Ministeru , dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu m'għandhomx proprjeta' li mhix qeda tintuża.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għall-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħtu taħtu? Kemm qiegħda titħallas kera fix-xahar minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament? Jista' jgħid fejn tinsab din i-proprjeta' mikrija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Call for Applications
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu mpjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, dekasteru jew enti tiegħu bejn Ottubru, 2005 sal-lum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew mgħażula l-applikanti, jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jista' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx mgħamul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u f'każ li fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma ħarġet l-ebda sejħa għal applikazzjonijiet sabiex jiġu mpjegati persuni minn redeployment fi ħdan il-Ministeru u d-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 u s-sena 2006 sal-lum ma kienx hemm uffiċjali tal-gvern fil-Ministeru tiegħi u fl-iskali indikati fil-Mistoqsija li siefru fuq xogħol tal-gvern.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala pazjenti li jattendu ċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla għall-viżta ta' l-għajnejn qed isirilhom appuntament f'ċentru tas-saħħa ieħor? Jista' jgħid jekk dan ifissirx li dan is-servizz mhux se jibqa' jingħata fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-viżta ta' l-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa jingħata minn Optometrists. Is-sena li għaddiet dawn irreżenjaw kollha minn mal-gvern, u d-Diviżjoni tas-Saħħa għamlet attentati mingħajr suċċess sabiex jimpjega Optometrists ġodda. Safrattant, biex dan is-servizz ikompli jingħata, id-Diviżjoni tas-Saħħa għamlet ftehim ma' Optometrists privati u s'issa nstabu biżżejjed Optometrists privati sabiex naqdu l-bżonnijiet tal-pazjenti fiċ-Ċentri kollha ħlief dawk ta' Raħal Ġdid u ta' Bormla. Għalhekk, sakemm jiġu mpjegati Optometrists ġodda, il-pazjenti ta' dawn il-lokalitajiet qed jiġu offruti appuntamenti tal-għajnejn fi Ċentri tas-Saħħa oħrajn.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jingħataw sussidju statali fi djar privati għall-anzjani? Jista' jgħid b'liema kriterji jiġu deċiżi min jingħata dawn is-sussidji?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 109 anzjani li huma fl-Iskema tal-Private Public Partnership.
Il-proċess tad-dħul ta' dawn l-anzjani huwa l-istess bħal dak tad-djar tal-anzjani statali jiġifieri skond l-Admission Board.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi fl-isptar San Luqa li jintużaw bħala stand byil-casualty? Ta' liema tip huma u f'liema sena nxtraw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-casualty ta' l-isptar San Luqa hemm żewġ ambulanzi stand by. Dawn huma tat-tip Ducato li huma l-aktar ambulanzi attrezzati li nxtraw fl-2003.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex ikunu mneħħija b'mod permanenti l-ġrieden u siringi li qed ikunu ta' periklu bejn is-sur ta' Bormla u Blokk 3A, San Ġwann t'Għuxa, Bormla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li dan id-Dipartiment qatt ma rċieva lmenti rigward ġrieden bejn is-sur ta' Bormla u Blokk 3A, San Ġwann t'Għuxa, Bormla. Madankollu, trattament kontra l-ġrieden sar fl-akwati msemmija fit-23 ta' Ġunju, avolja minn investigazzjonijiet li saru ma rriżultax li kien hemm xi evidenza ta' ġrieden. L-anqas ma nstab li kien hemm xi akkumulu li jista' jġib il-ġrieden.
Rigward is-siringi, ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ma jaqax taħt il-kompitu ta' dan id-Dipartiment. Għalhekk tali Mistoqsija għandha jsir lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid fir-rigward tal-ħaddiema tal-gvern, kemm jekk professjonisti u kemm jekk mhux: a) kemm hemm minn dawn il-ħaddiema li jaħdmu abbażi ta' kuntratt definit mal-gvern fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu u min huma? b) kemm minn dawn il-ħaddiema tal-gvern fi ħdan l-istess dekasteru ilhom jaħdmu fuq din il-bażi għal aktar minn erbgħa snin? min huma dawn il-ħaddiema tal-gvern u f'liema dipartiment, sezzjoni, eċċ jaħdmu? xi grad ta' xogħol, kariga jew professjoni jaħdmu; u skond liema scale qegħdin jitħallsu u min huma dawk li għandhom grad sostantiv u min huma dawk li m'għandhomx;? c) ipoġġi fuq il-medja tal-Kamra kampjun ta' kull tip ta' kuntratt definit illi bih il-gvern impjega lil dawn il-ħaddiema fuq bażi definita fis-snin 2000-2006?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19676 , jista' il-Ministru jgħid meta se jkun jista' il-persuna msemmija tiġi annessa għar-residenza ta' San Vincenz peress li ma taffordjax li tibqa' f'Villa Messina?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li l-każ ġie eżaminat u meta ttieħed inkonsiderazzjoni l-aspetti soċjali, dan il-każ ġie impoġġi fuq l-urgent list.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19535 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jinvestiga jekk huwiex qiegħed jiġi rrapportat mushrooms frisk li x-shelf life tiegħu teċċedi l-ħamest ijiem?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mushrooms friski bħal kull frott u ħaxix ieħor mhux meħtieġ li jkollu ndikazzjoni tad-data ta' durabilita' (shelf life), dan skond ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar Twaħħil ta' Tikketti, Preżentazzjoni u Reklamar ta' Oġġetti ta' l-Ikel (Avviż legali 483 ta' l-2004.)
Tul ix-xhur tas-sajf meta l-ġurnata titwal, jikkonsidra l-Ministru proposta li l-ħaddiema taċ-ċimiterju ta' l-Addolorata jibdew jidħlu ftit aktar tard fil-għodu u jdumu ftit aktar fil-għaxija u dan biex id-dfin ma jibqax isir biss sat-3.45 p.m. u dan fid-dawl ta' ilmenti li ta' spiss isiru minn membri tal-kleru li l-funerali jkollhom isiru kmieni wara nofsinhar (bejn is-1 p.m. u s-2.30 p.m.) meta x-xemx tkun fl-aqwa tagħha u dan biex ilaħħqu d-difna sat-3.45 p.m.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dfin fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata jista' jsir bejn is-sebgħa ta' filgħodu u nofs in-nhar, u bejn is-sagħtejn u l-erbgħa ta' wara nofs in-nhar. Barra mid-dfin, ix-xogħol fiċ-ċimiterju jinvolvi tindif ta' oqbra pubbliċi u privati u anke transport ta' kadavri minn qabar għall-ieħor.
Il-proposta biex il-ħaddiema ta' dan iċ-ċimiterju jidħlu għax-xogħol iktar tard u jdumu aktar fil-għaxija m'hijiex prattikabbli għaliex trid tieħu n'konsiderazzjoni dak ix-xogħol l-ieħor li jrid isir barra d-dfin. L-aktar fattur li jillimita l-ħinijiet li fihom isiru l-funerali huwa dovut għal ħinijiet allokati mill-kappillani għal quddies fil-knejjes.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn ċimiterji f'Malta u Għawdex? Kemm għandu talbiet pendenti l-gvern għal xiri ta' oqbra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li f'Malta u Għawdex hawn tnejn u sittin (62) ċimiterju. Numru konsiderevoli minn dawn iċ-ċimiterji ma jintużawx u oħrajn huma tal-militar.
In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta' oqbra f'ċimiterji tal-Gvern huwa ta' 5,032. Dawn huma mqassmin skond kif ġej:
Ċimiterju
Numru ta' applikazzjonijiet pendenti
Addolorata
2796
Burmarrad
445
Kalkara
26
Mellieħa
69
Mġarr
29
Mosta
502
Qormi
201
Rabat
614
Ta' Braxia
127
Żebbuġ
223
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm taw donazzjonijiet f'apparat mediku jew xorta oħra il-Life Cycle kemm ilu mwaqqaf?
Il-leave ta' l-impjegati tad-diviżjoni tas-saħħa li jieħdu sehem fil-life cycle ta' din is-sena, liema leave issemma mill-ministru dan l-aħħar, huwa leave bi ħlas u li ma jonqosx mill-leave ta' l-impjegati kif fuq kollox għandu jkun?
Kemm hemm tobba u nurses jew membri ta' professjonijiet oħra jieħdu sehem?
Jista' jagħti breakdown ta' dawk li se jieħdu sehem skond il-professjoni?
Jista' ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-apparat mediku li ngħata mill-Life Cycle lir-Renal Unit ta' l-Isptar San Luqa minn mindu ġiet mwaqqfa il-Life Cycle huwa kif ġej:
1999/2000- 4 kidney machines
2000/2001- Airconditioning System
Part funding of the Reverse Osmosis Plant
2002/2003- 6 Kidney machines
3 Automated Peritoneal Dialysis Machines (APD)
2003/2004- 1 Kidney machine
1 Dialysis Couch
Extension & Refurbishing of Renal Unit
9 APD Machines
2004/2005- Ultrasound Machines
Portable Vascular Ultrasound Machine
14 APD machines
1 Kidney machines
2006 - Computerized Cycling Machine for patients on Dialysis
Donazjonijiet- 4 Kidney machines
futuri għall-2006 2 Dialysis couches with weighing scale
1 Patient hoist with scale
Apparti l-apparat imsemmi hawn fuq, il-Life Cycle taw donazjonijiet għal użu personali lill-Pazjenti tar-Renal Unit.
Fir-rigward tal-leave ta' l-impjegati, il-Life Cycle għan-nom ta' dawk li ser jieħdu sehem din is-sena, kitbet lill-Ministru tas-Saħħa biex jingħataw special leave. Din it-talba qed tiġi kkunsidrata.
Il-Persuni li għalihom saret it-talba din is-sena huma kif ġej:
1 Consultant Psychiatrist
4 Medical Doctors
5 Physiotherapists
4 Staff Nurses
1 Radiographer
1 Senior Medical Lab Scientist