Jista' l-Ministru jgħid minn hi l-kumpanija li ħadet it-Tender għall-provista ta' tiġieġ lill-pazjenti fl-isptar San Luqa?
Min huma s-shareholders tal-kumpanija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-Kumpanija li rebħet l-offerta għall-provvista ta` tiġieġ fl-Isptar San Luqa hija C & K Ciappara Ltd.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, d-Diviżjoni tas-Saħħa m'għandiex din l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31456 li ġejt infurmat ngħaddi lilek, cioe jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar każ li l-dettalji tagħhom qed jintbagħat under separate cover? Jista' din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li wara spezzjonijiet fil-fond indikat ma jirriżultax li hemm xi ksur ta` Liġi, peress li l-imsemmi post qiegħed jopera fil-parametri tal-liċenzja tal-Pulizija. L-ilment irreferut huwa dwar inkonvenjent (nuisance) u għalhekk ġie mgħoddi lill-Pulizija għall-investigazzjoni neċessarji taħt il-Kodiċi tal-Pulizija (Kap 10).
Għaldaqstant, kif diġa` ġie infurmat l-Onor. Interpellant u kif ġiet infurmata l-persuna li għamlet l-ilment, fit-22 ta` Novembru 2001, id-Dipartiment tas-Saħħa ma jkunx f'pożizzjoni li jieħu passi sakemm ma jiġix ippreżentat ċertifikat mediku li juri l-aggravju għas-saħħa b'tali sitwazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31070, 31205, 31408, jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti li sat-30 ta' Novembru 2001, kellhom l-permessi meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġi importanti f'Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mhux possibbli li tingħata risposta dwar is-sitwazzjoni f'dati speċifiċi fil-passat. Nista` nagħti informazzjoni dwar il-lista tal-prodotti li llum għandhom il-permessi meħtieġa, iżda l-Onor. Interpellant japprezza li din hija lista voluminuża u li tinbidel kuljum għaliex tiġi aġġornata kontinwament.
Ninsab infurmat li MRU ser ipoġġu din l-informazzjoni fuq il-website tagħhom sa tmiem dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ta' Jannar 2002, kemm u liema kienu l-prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti li l-importaturi laħqu bagħtu l-kwestjonarju lill-MRU skond it-timetable li ngħatat lill-istess importaturi u rappreżentanti tagħhom fl-aħħar ta' Novembru 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li xi mediċini partikolari m'humiex iktar indikati għal xi pazjenti ta' 75 sena u aktar, il-Ministru tas-Saħħa lest li jħalli lill-konsulenti tiegħu jippreskrivu l-istess mediċini b'xejn meta dawn ikunu għandhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mediċini li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għalihom huma "statins" (bħal Lescol u Zocor). Id-Dipartiment tas-Saħħa għadu miexi bil-protocol li kien ġie stabbilit fin-1998 taħt amministrazzjoni preċedenti skond parametri tal-WHO li kien impona 'age limit' ta` 75 sena fuq dawn il-mediċini.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jitlesta x-xogħol fil-Berġa taż-Żejtun li ilu li inbeda minn Awwissu 2001 u li issa ilu wieqaf għal ħafna żmien? Jaf l-Ministru li l-pazjenti li jkollhom bżonn imorru l-Berġa f'ħafna każi qed ikollhom jistennew fil-bitħa tal-Għassa, billi bħala Berġa qed jintuża uffiċċju żgħir li qabel kien jintuża mill-ispettur sanitarju li trid tidħol għaliħ mill-bitħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta` rinovazzjoni fil-Berġa taż-Żejtun mistenni li jitlesta kollu sa l-aħħar ta` Mejju li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li użaw is-section ta' l-Emergenza f'Isptar San Luqa matul is-sena li għaddiet? Jista' jgħati l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta` persuni li użaw is-section ta` l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa kien:-
Year
Numru ta` persuni li uż
aw is-section ta` l-Emerġ
enza
1996
100,448
1997
97,425
1998
101,328
1999
106,676
2000
105,569
2001
109,875
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni rapportati b'overdose, xorb eċċessiv, avvelinament ta' l-ikel matul is-sena li għaddiet? X'kienet is-sitwazzjoni għall-aħħar 3 snin sena b'sena separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analyses jirriżulta li minn Jannar sa Ottubru 2001 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa 180 każ ta' "overdose", 47 każ ta' xorb eċċessiv u kien hemm 372 każ ta' avvelenament ta' ikel rapurtati lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika matul 2001. Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt: (Il-figuri għall-aħħar tlett snin jidhru ma' ġenbhom)
It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament incidentali ikkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-9 codes E850-E858, ICD-10 codes X40-X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-9 codes E950.0-E950.5, ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija Ċ: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvenelament kienx inċidentali jew premeditat (ICD 9 codes E980.0-E980.5, ICD-10 codes Y10-Y14)
Kategorija
Jan-Ott 2001
2000
1999
1998
A
33
31
35
26
B
0
0
1
0
C
147
175
209
195
Total
180
206
245
221
It-tagħrif dwar in-numru ta' każijiet li ġew ammessi minħabba f'xorb eċċessiv fl-Isptar San Luqa jidher hawn taħt. Dawn jitqassmu f'żewġ kategoriji:
Kategorija A: Sindromu ta' dipendenza fuq l-alkoħol jew intossikazzjoni ikkawżata mill-alkoħol jew problemi ohra mentali minħabba l-użu eċċessiv ta' l-alkoħol (ICD-9 codes 303,3050 u 291, ICD-10 codes F10.0-F10.9)
Kategorija B: Mard tal-fwied attribwit għall-alkoħol (ICD-10 code K70)
Kategorija
Jan-Ott 2001
2000
1999
1998
A
39
54
83
103
B
8
8
17
27
Total
47
62
100
130
Il-każijiet ta' avvelenement ta' ikel irrappurtati lit-Taqsima Tharis tal-Mard huwa skond it-tabella ta' hawn taħt:
Sena
Numru totali ta' ka]ijiet irrappurtati
2001
372
2000
370
1999
539
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministru u Dipartimenti eċċ, li jaqgħu taħtu fuq telephones u mobile phones matul is-sena 2001?
Kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u l-hospitality matul l-istess perjodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul is-sena li għaddiet? Kemm użaw iċ-Ċentru tar-Rabat, Malta, B'Kara, Qormi u ta' Bormal matul l-istess perjodu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar 5 snin sena b'sena separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentri tas-Saħħa konċernati matul is-snin mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li ntbgħatu barra minn Malta għall-kura matul is-sena 2001? Fejn intbgħatu u kemm minnhom kienu tfal, nisa u rġiel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba dwar pazjenti li ntbagħtu għal kura barra minn Malta (kollha l-Ingilterra) matul is-sena 2001 kienet kif ġej:-
Adulti Rġiel
76
Adulti nisa
54
Tfal
115
TOTAL
245
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appuntament fid-diversi outpatient clinics fl-isptarijiet San Luqa u Boffa ġew posposti mindu bdew l-azzjonijiet tal-MAM ix-xahar li għadda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija u għat-tweġiba parlamentari nru. 24903 dwar il-problema tal-ġrieden fl-area ta' Ħal Farruġ f'Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod ġiet segwita regolarment matul is-sena li għaddiet mis-sezzjoni tal-pest control tad-Dipartiment tas-Saħħa, il-problema tal-ġrieden li hemm f'din l-area u kif indika l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tweġiba għal domanda simili (Mistoqsija Parlamentari Nru. 30800) diġa' ngħatat fil-15 ta' Jannar 2002 f'Seduta Nru 676.
F'Jannar ta' din is-sena saru żewġ trattamenti oħra mis-Sezzjoni tar-Rodent Control tat-Taqsima Saħħa Pubblika fl-inħawi indikati mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31172, u jgħid hemmx il-ħsieb li l-pazjenta li d-dettalji dwarha qed ngħaddi separatament li kellha kumplikazzjonijiet wara intervent kirurġiku tiġi mogħtija xi forma ta' kumpens? Qed nibgħat il-kunsens tagħha iffirmat under separate cover.
Response (DEGUARA, LOUIS)
M'għandi xejn xi nżid dwar dan il-każ iżjed minn dak li ikkomunika l-Assistent Avukat Ġenerali tar-Repubblika b'ittra lill-avukat tal-persuna konċernata f'Lulju 2001.
Ser ngħaddi b'mod konfidenzjli lill-Onor Interpellant, kopja ta' l-ittra tal-Assistent Avukat Ġenerali tar-Repubblika ħalli jagħraf jiggwida ruħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31174, ċioe peress ż-żewġ pażjenti li d-dettalji tagħhom qed ngħaddi separatament ilhom ħafna jistennew operazzjoni mhux urġenti iżda minħabba kundizzjoni ta' inkonvenjent kbir, jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi mistħarreġ il-każ tagħhom? Qed nibgħat il-kunsens tagħhom iffirmat under separate cover?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-każijiet imressqa mill-Onor Interpellant ġew investigati. L-urġenza tal-każijiet tiġi determinata mill-konsulenti rispettivi u ma jidhirlix li bħala Ministru għandi nindaħal fl-eżerċizzju tal-prijoritajiet.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 31223?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' impjieg li ngħataw mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi lil tmien (8) persuni fil-kariga ta' clerk fit-Taqsima A&E Department and Billing Section fl-Isptar San Luqa.
Dawn l-impjegati ġew magħżula minn Bord ta' l-Għażla mwaqqaf għal dan il-għan mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u għab-bażi ta' lista miksuba mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol u eliġibbli għall-intervista.
L-ismijiet u I.D. tat-tmien impjegati konċernati jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 31205?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li bħalissa qiegħed isir eżerċizzju mill-Medicines Regulatory Unit (MRU) dwar il-Provisional Licensing System, l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Huwa mistenni li risposta tingħata qabel tmiem dan ix-xahar.
Barra minn hekk ittamat illi tali informazzjoni tkun aċċessibbli fuq l-internet fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-dettalji tal-paga u tal-pakkett finanzjarju li ġew offruti liċ-CEO il-ġdid tal-isptar ta' tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Kap Eżekuttiv ta` l-Isptar il-Ġdid għandu salarju ta` LM15,000 fl-ewwel sena u LM16,000 mit-tieni sal-ħames sena f’kuntratt ta` ħames snin.
Hu għandu wkoll performance bonus sa massimu ta` 10%, karozza għax-xogħol u għall-użu personali, inkluż il-fuel, LM600 forma ta` expense account, LM200 professional membership fees, ħlas lura (reimbursement) ta` spejjeż konnessi ma` kontijiet tat-telefon tad-dar u tal-mobile, kif ukoll intitolat għal CPD (Continuous Professional Development) skond il-kriterji tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu meta jsiru testijiet fuq mobile phone antennae biex l-operaturi ma jkunux avżati minn qabel u jaġġustaw l-apparat biex ma jitqiesx ta' periklu għas-saħħa ta' min jgħix fil-qrib?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li t-testijiet isiru mid-Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy din il-Mistoqsija għandha tiġi referuta lill-Minsitru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-familjari tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar il-prospetti tagħha li tintbgħat għall-kura l-Ingilterra dwar minħabba il-frekwenza dejjem tikber ta' epileptic fits li qegħdin jagħtuha l-aktar billi ilha żmien twil tiġi mwiegħda mill-awtroitajiet li ser tintbagħat hemmhekk?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.