Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-għajnuna soċjali sa l-aħħar ta' Diċembru 2006? Kemm kien hemm persuni li resqu quddiem il-bord ta' l-invalidita' fl-2005 u fl-2006 separatament? F'kull każ, kemm minn dawn il-persuni ma kkwalifikawx għall-pensjoni? Kemm kien hemm persuni jirċievu l-pensjoni ta' l-anzjani (OAP) sa l-aħħar ta' Diċembru 2006? Kemm kien hemm familji jirċievu l-allowance tat-tfal f'Diċembru 2005 u f'Diċembru 2006?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u twegiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-iskejjel li se jkollhom faċilita' ta' childcare? Meta se jibdew jintużaw dawn il-faċilitajiet u kif ġew magħżula l-iskejjel? Min se jieħu ħsieb imexxi dawn iċ-ċentri u għal min se jkunu miftuħa? Tista' tgħid ukoll jekk hux se jintalab xi ħlas għal min juża dawn il-faċilitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif diġa ħabbart, il-pjanijiet biex jinfetħu childcare centres fi skejjel statali għadhom qed isiru. Għalhekk, f'dan l-istadju, hu prematur li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tinformani jekk fil-blokk fil-qasam tal-bini tal-gvern f'Ta Xbiex, numerat F1, huwiex maħsub li jkun hemm lift istallat peress li hemm residenti li ma jistgħux jitilgħu t-taraġ kollha minħabba kondizzjoni medika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Bord dwar Diżabilita' fi ħdan l-Awtorita' tad-Djar approva l-istallazzjoni ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs tal-karozza uffiċjali tagħha u tas-second car tagħha matul is-sena 2006?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2006 l-ispiża għall-manutenzjoni/tiswijiet tal-karozza uffiċjali tiegħi kienet Lm723.27.
Rigward is-second car, din hi mikrija u l-ammont tal-kirja jinkludi wkoll l-imsemmija spejjeż.
Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali — Servizz ta' nurse
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta l-fondazzjoni għall-ħarsien soċjali se jimpjega s-servizz ta' nurse biex tieħu post in-nurse li rtirat is-sena l-oħra mill-adult training centre ta' Fleur-de-Lys? Għaliex fl-ATCs kollha m'hemmx is-servizz ta' nurse? Kemm hemm klijenti fl-ATCs li jieħdu mediċina waqt li huma jattendu l-ATCs u kemm hemm klijenti li għandhom bżonn is-servizz ta' nurse anke jekk dawn ma jieħdux mediċina?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-Ewwel u t-Tieni Parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li bħalissa qed isir eżerċizzju dwar il-bżonnijiet ta’ kull Ċentru nkluż is-servizz ta’ nurse, iżda f’każijiet ta’ emerġenza ċ-Ċentru ta’ Fleur-de-Lys jkun moqdi minn nurse f’Ċentri oħra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li b’kollox hemm 92 klijent li jingħataw il-mediċina waqt li jattendu ċ-Ċentru rispettiv tagħhom. L-Onor. Interpellant żġur li jifhem li l-bżonn ta’ nurse għall-klijenti li ma jieħdux mediċina jvarja minn jum għal jum skond il-kundizzjoni tal-klijent u għalhekk hu diffiċli li wieħed jgħid kemm hu n-numru ta’ dawn il-klijenti.
Tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni lil persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għas-sussidju ma' l-awtorita' tad-djar u wara li l-awtorita' aċċettat xi flus, qalulha li hi mhijiex intitolata għax xtrat dar oħra? Tista' din il-persuna tiġi nformata direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Waħda mill-kundizzjonijiet biex tibbenefika taħt Skema Z (Sussidju fuq Xogħlijiet ta’ Rranġar u Titjib f’Residenzi Privati Okkupati minn Sidien) hi li l-applikant ma jkollux fil-pussess tiegħu proprjeta’ mmobbli oħra fit-tlett snin qabel id-data ta’ l-applikazzjoni.
Ninsab infurmata li n-notifika ta’ l-Awtorita’ tad-Djar lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kienet tindika ċar li l-għoti tas-sussidju li minnu setgħet tibbenefika kien indikattiv u mingħajr preġudizzju peress li kien suġġett għall-ipproċessar u l-approvazzjoni ta’ l-applikazzjoni. Ninsab infurmata wkoll li l-flus li tħallsu min din il-persuna kienu dwar l-applikazzjoni u spejjeż tar-riċerki meħtieġa. Minn dawn ir-riċerki rriżulta li l-applikanti kellha proprjeta’ mmobiljari oħra fit-tlett snin qabel id-data ta’ l-applikazzjoni u għalhekk l-applikazzjoni ġiet miċħuda.
Il-persuna konċernata ġiet infurmata b’dan permezz ta’ ittra li ġġib id-data tas-16 ta’ Jannar 2006.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal kiri ta' karozzi u vetturi fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-mobile phones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għas-safar tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali tal-fuels tal-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Tista' l-Ministru tgħid matul is-sena 2006, kemm kienet in-nefqa globali għal użu tas-servizzi tat-telephones fil-Ministeru, dipartimenti, dekasteri, enti eċċ li jaqgħu taħt il-ministeru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid għaliex persuni oħra li rtiraw fl-istess sena u grad tiegħu qed jieħdu madwar Lm14 fix-xahar aktar minnu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslet it-talba għall-akkomodazzjoni minn single mother li r-riferenza tal-każ qed tintbagħat separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, li saret lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fl-20 ta' Diċembru 2006, ġiet emendata mill-istess persuna fis-26 ta' Jannar 2007.
Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni kif emendata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' l-Ministru tgħid jekk persuna li tkun ħadet plot taħt l-iskema ta' l-HOS jew tal-BDA u li tiġi biex tbigħ il-proprjeta' li nbniet fuq l-istess plot tkunx obbligata tirrifondi lura lill-awtorita' tad-djar xi tip ta' kumpens? Jekk fl-affermattiv, kif jinħadem dan il-kumpens?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li jekk il-proprjeta’ mibnija fuq plots taħt skemi ta’ Home Owneship, li ngħataw b’ċens u b’imgħax issussidjat fuq self mill-banek u, f’ċerti ħarġiet, ibbenefikaw minn għotja ta’ flus minflok is-sussidju, tinbiegħ lil terzi biex tintuza bħala dar ta’ residenza ma jkun dovut ebda ħlas lill-Awtorita’ tad-Djar.
Fil-każ li din il-proprjeta’ tkun se titwaqqa’ biex flokha jinbnew diversi appartamenti bl-iskop ta’ spekulazzjoni, min ikun ibbenefika mill-iskema jkun dovut iħallas lill-Awtorita’ tad-Djar 25% tal-valur ta’ l-art, kif stmat mill-periti ta’ l-Awtorita’.
Jekk il-bini ta’ l-appartamenti l-ġodda jkun se jservi bħala residenza għall-benefiċjarji ta’ l-iskema u għat-tfal tagħhom ma jsir ebda ħlas, iżda l-valur ta’ 25% ta’ l-art jitqassam fuq kull appartament li jkun ser jinbena u ssir ipoteka fuq kull post għall-ammont li jirriżulta’. Dan biex jekk xi appartament sussegwentement jinbiegħ lil terzi li ma jkunux it-tfal tal-benefiċjarji ta’ l-iskema, l-Awtorita’ titħallas dan is-sehem skond kif ikun jidher fl-ipoteka.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tal-BDA kienet ħarġet mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet u mhux mill-Awtorita’ tad-Djar.
Tista' l-Ministru tara x'pensjoni se tieħu l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' l-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma għandha ebda talba pendenti għall-pensjoni mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Ninsab infurmata wkoll li d-Dipartiment informa lil din il-persuna bil-miktub dwar il-każ.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija separata li ma tieħux manteniment, m'għandhiex flus il-bank jew xi dħul ieħor u qiegħda tirreġistra, tibda tibbenefika minn xi tip ta' benefiċċju soċjali? Tista' din il-persuna tiġi nformata direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara li l-Bormliż anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mill-inizjattiva care and repair għal tibjid u ħteġijiet oħra fil-fond li fih jabita?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' xebba Bormliża li ngħatat post temporanju fil-Belt u tħoss li qed tiġi njorata għat-talba tagħha biex tirritorna f'xi fond fil-Kottonera? X'passi qed jieħdu l-awtoritajiet tal-housing?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21443 f’Seduta 449, dwar l-istess persuna fejn infurmajtu li din il-persuna kienet ġiet offruta post f’Bormla f’Ottubru 2006, liema post hi rrifjutat.
Tista' l-Ministru tara li persuna Bormliża li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha kanċer, u għamlet talba quddiem l-Awtoritajiet tal-Housing tiġi milqugħa?