Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiet ordnata mill-qrati fil-31 ta' Mejju, 2000 tħallas Lm8.85 meta oriġinarjament kienet ġiet liberata fl-education sitting tat-23 ta' Ġunju, 1998 dwar l-assenteiżmu ta' binha?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mogħtija lill-Onorevoli Membru m`hix korretta. Il-persuna msemmija fil-fatt fit-23 ta` Gunju 1998 weħlet penali ta` Lm6 kif jirriżulta mid-dokumenti (komparixxi) tal-Qorti u li fuqha stess il-Kummissarju mmultaha Lm6. Is-sinjura ġiet avżata b`din il-multa mir-Revenue Section tal-Qorti u din baqgħet ma ħallsithiex u fill-fatt anke nħarġitilha ittra uffiċċjali fil-31 ta` Mejju 2000. Għalhekk illum is-somma dovuta hija ta` Lm6 flimkien ma` Lm2.85 spejjeż ta` l-ittra uffiċċjali li jammontaw għal Lm8.85.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17130, jista' l-Ministru jagħti każ b'każ x'kienet ir-raġuni li ngħataw il-maħfra? Min kien il-ministru tal-ġustizzja f'kull każ? X'kienet il-pożizzjoni tal-pulizija u l-Avukat Ġenerali każ b'każ? Min huma ċ-ċittadini Maltin u barranin, fejn joqogħdu u meta li mill-1987 gawdew xi forma ta' maħfra presidenzjali, amnestiji jew proklama? X'gawdew minn dawn il-maħfriet, amnestiji jew proklama? X'raġuni kien hemm għal din id-direzzjoni u x'kienet il-pożizzjoni tal-pulizija u l-awditur ġenerali każ b'każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qieghed nirrispondi d-domanda fl-istess ordni li tpoggew:(l) ir-ragunijiet ikunu specifiki ghal kull kaz (2) L-informazzjoni hi pubblika (3) Mhix prattika li jigu pubblikati pariri nterni jekk ikun hemm (4) il-lista annessa ma PQ 17130 tindika l-persuna u l-belt-rahal ta` residenza u hi hela ta` hin li jingabru l-indirizzi (5) l-informazzjoni hi diga moghtija ma PQ 17130 (6) ara r-risposta ghal (3).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jridu jgħaddu ġuri fuq pussess u traffikar ta' droga; traffikar ta' droga; akkużi oħra fuq droga? Kemm minn dawn il-ġurijiet jinvolvu persuni ta' nazzjonalita' barranija? Minn fejn? Kemm minn dawn il-ġurijiet ġew appuntati? Kemm ilu l-aktar ġuri jistenna biex isir?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni dwar din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata aktar il-quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti fuq qtil u attentati ta' qtil? Kemm hemm persuni ta' nazzjonalita' barranija akkużati f'dawn il-ġurijiet? Kemm minn dawn ġew appuntati? F'kull każ, kemm ilu l-aktar ġuri jistenna biex isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f` Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm kien hemm sentenzi tal-qorti fejn ġiet ikkonfiskata proprjeta'/flus eċċ meta akkużat instab ħati mill-qrati minħabba traffikar, pussess jew kultivazzjoni ta' droga? Dawn fil-fatt għaddew f'idejn l-Istat? Liema hi l-proprjeta' u x'ammont ta' flus fil-fatt saru ta' l-Istat?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni dwar din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata aktar `il quddiem.
Jista' l-Ministru jgħid mindu ngħataw il-kuntratti għas-servizz ta' wardens, kemm-il kunsill lokali: (a) temm dan is-servizz; (b) wera l-intenzjoni bil-miktub jew verbalment li ma jagħmlux użu minn dan is-servizz; (c) kemm-il kunsill qatt ma applika għal dan is-servizz ta' warden?
Fil-każ ta' (a) u (b) x'raġunijiet ingħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Sal-lum ma jirriżultax li xi Kunsill Lokali iddeċieda li jtemm dan is-servizz jew li ma jridx jagħmel użu minn dan is-servizz. Il-Kunsilli Lokali kollha ta` Malta w Għawdex iffirmaw co-operation agreements bejniethom li permezz tagħhom impenjaw ruħhom li jikkoperaw f`dan il-proċess ta` devoluzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru sindki, viċi sindki, kunsilliera jew impjegati oħra tal-kunsilli fuq attivitajiet uffiċjali konnessi mal-kunsill tagħhom? Minn liema kunsill kienu, fejn marru f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellan, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsilli Lokali konċernati.
Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni — Rapporti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm waslu rapporti dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni lill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum, u kemm minn dawn kienu sottomessi minn soċjetajiet, individwi privati, ittri anonimi u mill-media? Kemm minn dawn għadhom ma bdewx jiġu nvestigati u għaliex?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-1 ta` Jannar sal-lum waslu seba` każi quddiem din il-Kummissjoni.
Minn soċjetajiet ma wasal l-ebda każ, fil-waqt minn individwi privati kien hemm erba`, ittri anonimi kien hemm tnejn u mill-media każ wieħed.
Ħamsa minn dawn il-każi ġew konklużi, fil-waqt li tnejn oħra qed jiġu investigati.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-maħfriet presidenzjali kollha li ngħataw mill-1987 sal-1996? Lil min ingħataw? X'kienet l-akkuża u/jew akkużi? X'kienet il-piena inflitta? X'tip ta' maħfra ngħatat għal kull waħda? Fejn kienu jirrisjedu dawk li ngħataw il-maħfra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama ingħatat mill-1987 'l hawn? Met ingħataw u għal-liema raġuni? Minn fejn huma l-persuni?
Response (GATT, AUSTIN)
Fir-rigward ta` maħfriet presidenzjali nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għad-dettalji li ngħataw bi tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 17130.
Fir-rigward ta` amnestiji - proklami, nirreferi lill-Onorevoli Interpellanti għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Nru. 11387 fis-seduta 187 (F`Novembru tal-1999) fis-sens li hu l-Ministeru ta` l-Intern li jista` jagħti informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-priġunieri kollha li gawdew minn xi amnestija mill-1987, għaliex kienu qegħdin jiskontaw sentenza ta' ħabs, u kemm-il jum jew snin ta' priġunerija tnaqqsitilhom? Minn fejn huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Nru.17181.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-priġunieri jew ċittadini Maltin u barranin li gawdew minn xi maħfra presidenzjali, amnestija jew proklama mill-1987 'l hawn? Fuq xiex kienu nstabu ħatja? X'akkużi kellhom u x'inħafrilhom? Minn fejn huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija minni għall-
Mistoqsija Nru. 17130 fejn tajt id-dettalji dwar maħfriet presidenzjali.
Dwar amnestiji - proklami, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Nru. 11387 fis-seduta 187 (f`Novembru 1999) fis-sens li hu l-Ministru ta` l-Intern li jista` jaghti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx stabilita r-raġuni għaliex ma ħadimx il-generator tal-qorti meta kien hemm il-qtugħ estensiv ta' dawl madwar il-gżejjer Maltin dan l-aħħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem il-qorti ta' l-appell?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Interim
Ir-risposta għall-mistoqsija 17539 qed tingħata f`mistoqsija nru. 18234.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17181?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni waslet biex tinġabar kollha u risposta ser tingħata fis-seduta 333 ta` nhar it-Tnejn 3 ta` Lulju 2000.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu srvizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f` seduta oħra.