Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mit-talba tal-Kunsill ta' l-Imtarfa tar-residenti ta' l-Imtarfa u tiegħi sabiex tinfetaħ għassa tal-Pulizija fl-Imtarfa? Meta se tiġi milqugħa din it-talba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din il-proposta qed tkun ikkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sajjieda barranin li jużaw Malta bħala bażi minn fejn jaħdmu għandhomx bżonn ta' work permit? Jekk iva, kemm hawn bil-permess u minn liema pajjiż huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li s-sajjieda barranin li qed jirreferi ghalihom l-Onor. Membru m'ghandhomx bzonn ta' work permit biex isorgu f'xi port Malti.
Billi bħalissa hawn ajruplani barranin li qed jintużaw bħala spotters għal bastimenti tas-sajd barranin, jista' l-Ministru jgħid jekk il-piloti ta' dawn l-ajruplani għandhomx bżonn ta' work and residence permits, u jekk iva, kemm hu n-numru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tac-Cittadinanza u ta' l-Expatriates ma rcieva ebda applikazzjoni sabiex barranin jaghmluha ta' spotters.
Ninsab infurmat ukoll li jekk dawn il-barranin ikunu qed jezercitaw l-attivita` taghhom minn territorju Malti, prima facie jidher li jkollhom bzonn ta' work permit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammonta n-numru ta' gabbani li huma awtorizzati li jbiegħu ikel sħun? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet jinsabu? Jista' jgħid x'kontroll hemm fuq l-iġene u x'inspections isiru u minn min isiru f'dan is-sens? Jista' jgħid ukoll x'servizzi infrastrutturali għandhom, eż. dawl, ilma, drain, eċċ.
(PQ waslet 18/6/2001)
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f`Malta u Għawdex hawn 34 gabbana koperti b`liċenzja tan-negozju tal-Pulizija li jistgħu jbiegħu ikel sħun. Dawn jinsabu l-Armier, Buġibba, l-Għadira, Għajn Tuffieħa, Ġnejna, Gżira, Ħamrun, Marsalforn, Marsascala, Mġarr, Nadur, Qawra, Qormi, Dwejra, Sliema, San Ġiljan, Valletta, Xagħra, Xlendi, Żejtun. Dwar l-aspett sanitarju u infrastruttali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel dawn il-Mistoqsijiet lill-Ministri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk biċċa art li tintuża bħala parking area minn stabiliment tan-negozju, liema art tinsab wara Triq Stefano Erardi fl-Iklin, hijiex proprjeta' tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jikkunsidra l-Ministru li din l-art tiġi embellished u wżata bħala post ta' rikreazzjoni għat-tfal ta' l-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
L-Onor. Interpellant hu gentilment mitlub li jaghti aktar dettalji dwar l-art in kwestjoni, anki privatament, peress li donnu hemm iktar minn parking area wahda.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 26973, minħabba li permezz tal-ħajt li qiegħed madwar barumbara fi Triq ir-Redentur Ħaż-Żabbar spiss ikun hemm inċidenti li fihom korrew in-nies, u minħabba li dan il-ħajt iservi ta' inkonvenjent kbir għar-residenti, u in vista li r-road department ilu li talab għat-twaqqiegħ ta' dan il-ħajt mis-snin sebgħin, jista' l-Ministru jara għalfejn l-applikazzjoni għadha pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Il-pjanti li kienu sottomessi mill-applikant ma kienux juru l-oghli tal-hajt propost.
L-applikant intalab jissottometti pjanti godda li jindikaw l-oghli tal-hajt kif propost, 'large scale drawing' li juri l-materjali uzati u l-metodu ta' kostruzzjoni, u disinji godda fejn juru li l-hajt ma jispiccax f'nofs il-hajt ezistenti tal-barumbara.
Kif l-Awtorita` tircievi l-pjanti l-godda, u jekk dawn ikunu accettabli, jintbaghat ir-rapport dwar l-applikazzjoni (DPA Report) mill-aktar fis.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 26550?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' passaporti Maltin mahruga mill-Ambaxxati ta' Malta barra l-pajjiz lill-persuni li kkwalifikaw biex ikollhom cittadinanza doppja huwa kif jidher hawn taht:-
Kummissjoni Gholja Maltija fl-Awstralja 809
Kummissjoni Gholja Maltija fir-Renju Unit 457
Konsulat Generali ta' Malta fil-Kanada 478
Missjoni Permanenti ta' Malta, Nazzjonijiet Uniti 15
Ambaxxata ta' Malta: Ruma 20
Washington 18
Franza 5
Belgju 4
Cina 4
Germanja 3
Libja 3
Egittu 2
Grecja 1
Saudi Arabia 1
Spanja 1
Tunezija 1
_______
Total 1,822
_______
Billi ta' kull sena tfal taħt l-eta' qed joħorġu tqal, u dan in-numru qed jiżdied kull sena, jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq abbużi ta' din il-kwalita' kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma tinzammx statistika komputerizzata tat-taghrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant. L-istatistika li tinzamm tikkoncerna abbuzi ta' kull tip fuq tfal.
Ta' min jghid illi f'kaz ta' tqala li tkun rizultat ta' reat, biex il-Pulizija tkun tista` tipprocedi bil-Qorti jenhtieg il-kwerela tal-parti offiza sakemm l-eghmil ma jkunx sar b'abbuz tas-setgha ta' genitur jew ta' tutur, bi vjolenza pubblika jew flimkien ma' reat iehor li jolqot l-ordni pubbliku.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25375, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 29/5/2001)
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25821.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f`dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi sabiex ma jitħallewx jgħaddu trakkijiet kbar minn fuq il-pont ta' ħdejn il-knisja ta' l-Isperanza, Mosta, minħabba l-ħsara li dawn qed jikkawżaw lill-istess pont?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mit-Traffic Control Board.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25363, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 29/5/2001)
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25821.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f`dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-azzjonijiet li kellhom jittieħdu dwar il-ħajt tal-konkos li sar bla permess fil-By Pass ta' l-Imtarfa?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22935.
Dwar meta jibda x-xogħol skond kif approvat mill-Awtorita`, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid wara is-sentenza numru 25. App. Nru 12A/00 mogħtija mill-Qorti ta' l-Appell nhar l-Erbgħa 30 ta' Mejju 2001 in konnessjoni mad-deċiżjoni tas-17 ta' Jannar 2001 tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar liema deċiżjoni tikkonċerna l-Applikazzjoni oriġinali PA 3027/98, x'passi ttieħdu sal-lum mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tiġi nfurzata sentenza tal-Qorti ta' l-Appell u b'hekk jiġi mrazzan b'urgenza dan it-tip ta' zvilupp li barra li hu llegali, illeċitu u abbusiv qed ikun ta' inkonvenjenza kontinwa għal numru sostanzjali ta' residenti tal-lokal?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara li ngħatat riċentement is-sentenza msemmija mill-Onorevoli Interpellant, l-Awtorita` għaddiet biex tieħu dawk il-miżuri neċessarji sabiex jitreġġa` s-sit lura għall-istat oriġinali tiegħu skond l-avviż ta` Twettieq diġa` maħruġ fil-12/01/98 (ECF 303/97). Dan jinvolvi t-tneħħija ta` ħammiem tal-kompetizzjoni. Is-sid, fil-preżenza tal-perit tiegħu, wiegħed li ser jikkopera sabiex jirregolarizza l-pożizzjoni. L-Awtorita` tat is-sid sat-28 ta` Lulju 2001 biex jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu, u ser tibqa` ssegwi l-każ sa ma jiġi konkluż skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal ta' San Ġwann m'hemmx kopja aġġornata tar-Reġistru Elettorali għal kull referenza jew ħtieġa oħra li tista' tinqala' f'kull żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-Reġistru Elettorali ta` April 2001, issa hu disponibbli fl-Għassa tal-Pulizija ta` San Ġwann.
Jista' l-Ministru jgħid wara l-verdett tal-ġuri ta' Meinrad Calleja fejn instab ħati ta' assoċjazzjoni ma' persuni oħra fi traffikar ta' droga, x'passi ttieħdu kontra Charles Muscat u Raymond Debono li ssemmew fl-att ta' akkuża li dwarha Calleja instab ħati? Jekk ma ttieħdux passi, għaliex? Se jittieħdu passi u meta se jittieħdu dawn il-passi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din l-investigazzjoni għad m`hix konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il test irriżulta posittiv għad-droga fil-Ħabs ta' Kordin wara eżamijiet li saru fuq priġunieri fl-aħħar sitt xhur? X'passi dixxiplinarji ittieħdu kontra l-priġunieri li rriżulta li testjaw b'mod pożittiv għad-droga f'dawn l-eżamijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar sas-26 ta` Ġunju 2001 instabu 19-il każ "pożittiv" għad-droga. Ittieħdu passi dixxiplinari fil-każijiet kollha. 3 każi inqatgħu b`effett ta` telfien ta` 168 jum remission; 15-il każ għadhom pendenti; f`każ ieħor priġunier ġie liberat.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha dwar l-istħarriġ li sar dwar it-traġedja ta' lejlet il-Milied 1996 bejn Malta u Sqallija? Min mexxa l-istħarriġ? X'laqgħat saru u meta barra minn Malta? X'irriżulta s'issa mill-istħarriġ li sar fejn fost dawk rapportati nieqsa hemm Marcel Barbara u Dionisios Averinou, ġrieġ miżżewweġ Maltija? Ta' min kienet il-lanca li intużat fil-każ?
X'passi ħadu l-pulizija wara l-artiklu li deher fil-ġurnal Kullħadd miktub mill-ġurnalista Joe Mifsud fis-6 ta' Diċembru 1998 bit-titlu, 'Iġsma, ħwejjeġ u żraben fix-xbiek tat-tkarkir'?
X'passi ttieħdu kontra l-Pakistani llum naturalizzat bħala ċittadin Malti Turab Ahmed Sheikh dwar dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Rigward dan il-każ hemm inkjesta mill-maġistrat inkwerenti. S`issa din l-inkjesta għadha mhux magħluqa. Nixtieq nassigura lill-Onorevoli Interpellant li kull informazzjoni li l-Pulizija Maltija rċeviet ġiet mistħarrġa jew permezz ta` l-Interpol kif ukoll permezz ta` sehem attiv f`laqgħat li saru kemm lokalment kif ukoll fil-Greċja ma` l-awtoritajiet Griegi u Taljani. L-investigazzjonijiet min-naħa tal-pulizija Maltija f`dan il-każ għadhom sejrin.
Ninsab infurmat li ttieħdu l-passi meħtieġa kontra Ahmed Turab Sheikh fil-Qorti wara li instab li kellu fil-pussess tiegħu apparat mingħajr fili mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa. Dan il-każ għadu mhux deċiż.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iddaħlux pulizija lura fil-korp li kienu ġew boarded out mill-istess korp dan l-aħħar? Jekk iva, kemm u għaliex il-persuna li qed insemmi separatament għada ma idaħħlitx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fir-reinstatements li saru fil-Korp tal-Pulizija f`Mejju li għadda, kien hemm persuna waħda li kienet ġiet boarded out u reġgħet ġiet reinstated, peress li din kienet tissodisfa l-kriterji meħtieġa, li kienu kif spjegajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25986. Infurmat ukoll illi, il-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant ma kienetx tissodisfa dawn il-kriterji.