Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38657 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bord tal-Matsec

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista' ta' persuni mdaħħla fl-istrutturi tal- Bord tal-Matsec u anki fil-panels tal-issettjar tal-karti tal-eżamijiet tal-istess bord li għandhom xi pubblikazzjoni fis-sillabu li jridu jistudjaw l-istudenti għas-suġġetti fil-livelli Avvanzat, Intermediate u SEC suġġett, suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li xi membri tal-panels u/jew tal-issettjar tal-karti tal-MATSEC għandhom xi pubblikazzjoni f'xi wieħed mis-sillabi kif jidher hawn taħt flimkien ma' l-isem tal-pubblikazzjonijiet li jidhru fis-sillabi. Livell Avvanzat taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Sillabi 2002 - 2004 Malti Oliver friggieri (editur) Il-Poeżija Maltija Karl Borg (editur) Lingwa u Lingwistika* Filosofija Emanuel Agius Problems in Applied Ethics Joseph Friggieri In-Nisġa tal-Ħsieb Vincent Riolo An Introduction to Logic Peter Serracino Inglott Peopled Silence * Inkluż f'din il-lista għax fiħ kapitli miktubin minn diversi persuni li għandhom x'jaqsmu mal-MATSEC. Sillabi 2005 - 2007 Is-Sillabi taċ-Ċertifikat tal-Matrikola tal-2005-2007 għadhom kemm tressqu għall-approvazzjoni tas-Senat qabel ma jkunu ippublikati. Dawn is-sillabi fihom l-istess kotba tas-sillabi tal-2002-2004 u dawn t'hawn taħt: Ġeografija Deborah Chetcuti The Climate of the Maltese Anton Buhagiar Islands: a review Patrick Schembri Frank Ventura Ingliż Lydia Sciriha u Malta - A Linguistic Mario Vassallo landscape Taljan Joseph Eynaud Ciak, si legge! Livell Intermediate taċ-Ċertifikat tal-Matrikola Sillabi 2002 - 2004 u Sillabi 2005 - 2007 Malti Oliver Friggieri (editur) Il-Poeżija Maltija Filosofija Emanuel Agius Problems in Applied Ethics Joseph Friggieri In-Nisġa tal-Ħsieb Vincent Riolo An Introduction to Logic Systems of Joseph Giordmaina u Systems of Knowledge: Knowledge Louis Scerri (edituri) A guidebook (sa l-2005 Books 1 and 2 biss) Livell tas-SEC Sillabi 2002 - 2003 u Sillabi 2004 - 2005 M'hemmx pubblikazzjonijiet ta' persuni li għandhom x'jaqsmu mal-MATSEC.
Leg 9 PQ #38723 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

President's award — Uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra uffiċċju għall-istaff u office equipment tal-president's award għaliex il-bżonn għal dan huwa urġenti? Huwa possibbli li kamra fl-underpass ta' Birkirkara li hija vojta tintuża għal dan l-iskop?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li naqbel ma' l-Onor. Michael Asciak, li minħabba li l-programm tal-President's Award issa espanda konsiderevolment sew fl-iskejjel kif ukoll fl-għaqdiet taż-żgħażagħ, u għaldaqstant qed tinħass il-ħtieġa ta' ċentru biex iservi bħal uffiċċju kif ukoll bħala ċentru ta' taħriġ, inħoss li l-post indikat ma hux addattat, iżda għandhom jiġu konsidrati postijiet oħra.
Leg 9 PQ #38808 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MATSEC — Eżami fl-informatika tat-tekonoloġija

Question

F'hiex wasal ix-xogħol biex jibda jsir eżami fl-Informatika tat-Teknoloġija (IT) fil-livell SEC tal-Bord tal-MATSEC? Meta se jiġi offrut għall-ewwel darba lill-istudenti tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar id-dħul ta' l-Informatika tat-Teknoloġija bħala suġġett fil-livell tas-SEC.
Leg 9 PQ #38809 Sitting 874 2003-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsijiet — Technology Education

Question

Meta beda l-kors tat-Technology Education? Kemm kienu dawk li applikaw għalih u ġew aċċettati? Kemm waqqgħu l-kors sa issa u kemm għadhom jattendu? Għaliex qed ikun hemm min iwaqqa'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kors tat-Technology Education beda fit-23 ta' Settembru 2002. Kull min applika għall-Kors tat-Technology Education ġie aċċettat. Dan il-Kors qed isir fil-Fakulta ta' Edukazzjoni fl-Universita'. Bdew il-Kors 99 għalliem. Fost dawn 11 iriżenjaw. Bħalissa qed jattendu 88. Il-proporzjon illi rriżenjaw huwa baxx u r-raġunijiet huma varji imma l-aktar huma dovuti għal raġunijiet personali.
Leg 9 PQ #38588 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim għal persuni barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' skejjel biex igħallmu lill-barranin? Minn min saret kull talba? Meta saret? F'liema lokalita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm tliet applikazzjonijiet pendenti: 1. Waħda fl-4 ta' Novembru 2002 fi Gwardamangia għal estensjoni tal-liċenzja li diġa' teżisti biex jiġi offrut programm li jwassal għal Diploma/Grad fil-Computing u Information System ta' l-Universita' ta' Londra għall-Maltin u barranin. 2. Oħra fil-31 ta' Ottubru 2002 fil-belt Valletta għal 'University Foundation Courses' lill-Maltin u l-Barranin. Id-Diviżjoni irrakomandat l-applikazzjoni lill-M.E.P.A. 3. Oħra saret fit-8 ta' Mejju 2001 f'post mhux speċifikat. L-applikant ġie mgħarraf li qabel ma jingħata tagħrif dwar il-'premises' ta' l-iskola, l-applikazzjoni tibqa wieqfa (in abeyance). S'issa dan it-tagħrif għadu ma wasalx. Ma jidhirlix li hu sewwa nippublika l-ismijiet ta' l-applikanti f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #38617 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST/Istitut tal-bini u kostruzzjoni — Maintenance Grant

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex studenti li jattendu l-istitut tal-bini u kostruzzjoni tal-MCAST fin-Naxxar għadhom ma ħadux maintenance grant għall kors li qed jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uniċi studenti li ma kienux ħadu stipendju kienu dawk tal-Plasterers u Tilelayers minħabba raġunijiet tekniċi bejn l-MCAST u l-ETC. Dawn ġew solvuti u ser jieħdu l-istipendju minn meta bdew il-kors ta' studju tagħhom. L-arranġamenti ġew iffinalizzati nhar il-Ġimgħa 7 ta' Frar 2003.
Leg 9 PQ #38618 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Diffikultajiet finanzjarji

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed taħseb li tieħu l-Universita' biex tnaqqas l-ispejjeż tagħha minħabba d-diffikultajiet serji finanzjarji li għandha?

Response (GALEA, LOUIS)

L-ammont approvat mill-Parlament fil-Budget għas-sena 2003 kien ta' Lm 12,200.000. Tajjeb li ngħid ukoll li l-Universita' tagħmel minn kollox biex tattira fondi oħra minn sorsi oħrajn. Filwaqt li l-Universita' bħal kull entita oħra pubblika hi marbuta li tinvesti fl-edukazzjoni, taħriġ u riċerka l-flus mogħtija lilha bl-aktar mod effettiv, il-Gvern hu kommess li n-numru u l-kwalita' ta' l-istudenti li jkomplu l-istudji tagħhom vokazzjonali u terzjarji ikompli jitjieb u kien għalhekk li l-ispiża f'dan is-settur żdiedet b'mod sostanzjali f'dawn l-erba' snin. Gvern u Universita' ser ikomplu jaħdmu flimkien biex jinstabu l-aħjar sistemi għall-iffinanzjar adegwat ta' l-Universita' fid-dawl ta' l-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna
Leg 9 PQ #38619 Sitting 872 2003-02-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Nuqqas ta' nefqa

Question

X'passi se jieħu l-Ministru u l-oqsma li jaqgħu taħtu biex inaqqas in-nefqa għas-sena 2003 b'10% kif ordna l-Ministru tal-Finanzi skond MF Circular No2/2003 tal-24 ta' Jannar 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru tal-Finanzi fiċ-ċirkolari imsemmija ma ordnax it-tnaqqis imsemmi. Iċ-ċirkolari hi dwar 'variable budgeting' biex flus il-poplu jiġu użati b'mod aktar programmat.
Leg 9 PQ #38572 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Serq/vendikazzjonijiet fuq karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' serq u vendikazzjonijiet fuq karozzi ta' studenti u/jew staff ta' l-Universita' ta' Malta saru lill-awtoritajiet minn Ottubru, 2002 'il hawn? X'passi ttieħdu kemm bħala rimedju kif ukoll azzjoni bħala deterrent kontra dawn l-offiżi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1 ta' Ottubru 2002 l'hawn, il-Precincts Office rċieva ħames (5) rapporti ta' serq u vandaliżmu fuq karozzi stazzjonati fil-Kampus ta' l-Universita'. Bħala prekawzjoni dan l-uffiċċju introduċa sistema ta' rondi minn persuni pajżana biex jissorveljaw kemm id-dawra tar-ringroad kif ukoll il-Car Parks ta' l-Universita'. Il-Precincts Office ħareġ ukoll avviżi lill-membri ta' l-istaff kollu biex fejn jaraw xi ħaġa suspettuża jirrapurtaw lil dan l-uffiċċju kif ukoll lill-pulizija ta' l-Għassa ta' l-Imsida. Dan l-uffiċċju għamel ukoll kuntatt mal-pulizija tal-Mobile Squad sabiex huma ukoll jagħmlu rondi kull tant żmien iżda mhux fuq bażi regolari, biex iservu bħala deterrent għal min jagħmel dawn l-atti vandali. Minn meta ġiet fis-seħħ din is-sistema, naqqsu drastikament dawn l-atti vandali.
Leg 9 PQ #38577 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Aġenzija għall-ħarsien tal-patrimonju tagħna — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu ma' l-aġenzija għall-ħarsien tal-patrimonju tagħna? X'kondizzjonijiet, ħlasijiet u responsabbiltajiet għandhom f'kull każ? X'budget għandha din l-aġenzija biex twettaq il-ħidma tagħha tul is-sena 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa l-impjegati ma' din l-aġenzija huma 177, li lkoll ġejjin mid-Dipartiment tal-Mużewijiet ħlief iċ-Chief Executive. Il-kundizzjonijiet, ħlasijiet u responsabiltajiet għadhom kif kienu taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet, jiġifieri bħal ħaddiema tal-Gvern. Il-budget ta' l-aġenzija għal din is-sena huwa ta' : Rikurrent - Lm1,170,000 Kapital - Lm550,000
Leg 9 PQ #38578 Sitting 871 2003-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Żjara minn persuna mir-Renju Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew xi qasam li jaqa' taħtu, inkluż xi fondazzjoni, f'Jannar, 2003 ġab Malta lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament mir-Renju Unit? X'attivita' għamel waqt iż-żjara tiegħu? X'diskorsi għamel lid-diretturi ta' l-Edukazzjoni? X'qalilhom dwar is-sehem li għandu jkollhom il-kunsilli lokali fix-xogħol ta' l-iskejjel tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada stiednet lill-Professur Steven Male mill-Universita' ta' Leeds, biex jikkonduċi symposium fuq is-suġġett ta' Value Management. Kienu mistiedna għas-symposium diversi diriġenti tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, kif ukoll persuni relatati ma' xogħlijiet mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Informat li l-Professur Steven Male ma daħalx fil-mertu ta' x'sehem għandu jkollhom il-kunsilli lokali fix-xogħol ta' l-iskejjel tal-Gvern.
Leg 9 PQ #38535 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Resits — SEC u MATSEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk is-suġġetti li jiġu offruti bħala resits kemm fil-livell SEC kif ukoll dak MATSEC?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #38531 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xarabanks u minibuses — Skejjel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37994 u cioe' jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika kemm saru vjaġġi minn xarabanks u mini-buses biex iġorru tfal tal-iskola, kemm kien it-total li għandu jitħallas, diġa tħallas xi ħaġa, kemm u meta, jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali tiegħi għaliex it-tweġiba li ta m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'kull ġurnata skolastika bejn l-ewwel ġurnata tas-sena skolastika 2002 u l-Milied (63 ġurnata b'kollox), saru 752 vjaġġ kull filgħodu u l-istess numru ta' vjaġġi kull wara nofsinhar. Is-somma dovuta għal dan is-servizz tammonta għal Lm408,500, li minnhom tħallsu Lm306,229.73 sa' l-aħħar ta' Diċembru 2002 u Lm19,073 tħallsu f'Jannar 2003.
Leg 9 PQ #38534 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malti — SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi studjat mill-Universita' jekk l-eżami tal-Malti fil-livell tas-SEC għandhux jinqasam f'żewġ karti separati tal-lingwa u tal-letteratura kif inhu l-Ingliż? Jaf li numru ta' għalliema tal-Malti jippreferu li jsir hekk?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #38196 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Private Secretaries

Question

Jista' l-Onor. Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 37927 u ċioe' fil-preżent kemm hu n-numru ta' kuntratti għal securities privati li għandu l-Ministeru, dipartimenti, kumpanniji, eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru? Kemm kienet iċ-ċifra tas-sigħat u ta' flus li tħallsu għal dawn il-kuntratti matul is-snin 2002, 2001 u s-sena 2000 separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ħallsu l-ammonti li jidhru hawn taħt dwar kuntratti għall-provvista ta' servizz ta' sicurezza minn ditti privati:- Sena Ammont LM MCST 2002 3,176.36 P.B.S. * 2000 29,802 } 2001 30,473 } 2002 34,672 } Universita' 2000 21,054.88 & 2001 26,622.68 Junior College 2002 34,347.51 MCAST 2001(Nov) 3,960.70 2002 14,233.92 Patrimonju Malta 2001 17,806 (Muż. Nazz. ta' l- 2002 22,601** Arkeologija u ta' l-Arti) Informat ukoll li s-Segretarju Parlamentari għadu kemm iffinalizza kuntratt biex jiġu provduti s-servizzi ta' Security Officer. * F'dawn iċ-ċifri hemm inkluż is-sehem li l-PBS tħallas lill-Awtorita' tax-Xandir għas-servizz ta' Security fl-istazzjon tal-Għargħur. Is-sehem tal-PBS huwa ta' 30% ta' l-ammonti globali li l-Awtorita' tax-Xandir tħallas għal dan is-servizz. ** Ma jinkludix il-ħlas għal Diċembru 2002.
Leg 9 PQ #38348 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sustanzi abbużati — Pulizija u Sedqa

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 37864, jista' il-Ministru jgħid eżattament kemm kienu l-każi? X'kienu l-etajiet f'kull każ? Kemm kienu subien u kemm bniet? X'kienu s-sustanzi li ġew abbużati u dan dejjem fejn daħlet il-pulizija u s-Sedqa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm tmien studenti bniet u tmien subien li dwarhom kien hemm rapporti ta' suspetti ta' teħid ta' droga minn studenti. L-etajiet varja bejn 13 u 15 il-sena u s-suspett kien dwar ħaxixa jew ecstasy. Il-proċeduri li ttieħdu kienu dejjem skond iċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ u skond il-policy stabbilita fid-dokument ta' Settembru 2001 "Tackling Substance Abuse - Procedures for Schools".
Leg 9 PQ #38379 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żejtun — Palazz De Fremaux

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pariri kollha mogħtija mill-istrutturi kkonċeranti li saret referenza għalihom fil-mistoqsija parlamentari numru 38292?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix il-prattika li tintlaqa' talba bħal dik li qed jagħmel l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #38388 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Laqgħat dwar l-UE

Question

Jista' jiċċekkja jekk saritx laqgħa simili għal dawk imsemmija f'mistoqsija 38294, fit-28 ta' Jannar 2003 fl-iskola speċjali tal-Wardija? Min organizzaha? Min tkellem? X'kien is-suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ntalab permess mil Malta - EU Information Centre sabiex tintuża s-sala ta' l-iskola Dun Manwel Attard, Wardija fit-28 ta' Jannar, 2003, sabiex issir laqgħa ta' informazzjoni għall-bdiewa.
Leg 9 PQ #38390 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsilli skolastiċi — Riżultati/elezzjonijiet

Question

Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati ta' l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Skolastiċi li għadhom kemm saru?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar mill-iskejjel konċernati fejn kien hemm elezzjoni.
Leg 9 PQ #38393 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju — Infiq ta' flus

Question

X'passi ħa l-Ministeru biex jirregolarizza l-kontijiet minfuqa fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju li ġibed l-attenzjoni għalihom l-Awditur Nazzjonali fl-aħħar rapport tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Kultura ħa l-passi indikati kif ġej: L-erba' ħlasijiet doppji li ħarġu lill-kuntratturi privati li ħadmu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju ġew mgħarrfa b'ittra uffiċjali u ntalbu jroddu lura l-flus fi żmien stipulat mill-liġi. Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Kummissarju tad-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ġew mgħarrfa bil-ħlasijiet kollha li ngħataw lill-individwi u kumpaniji li wettqu xogħol varju fiċ-ċelebrarzzjonijiet tal-millennju. Ingħata rendikont lill-Uffiċċju ta' l-Awditur dwar l-assi li kienu fi ħdan il-Kumitat taċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju.