Legislature:
Category:
Reset
Active:

Turiżmu u Kultura — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali tiegħu bħala Ministru u s-second car humiex "government owned" jew mikrija? F'każ li mikrija, kemm hu l-ammont, inkluż il-VAT, li l-imsemmija karozzi huma mikrijin kuljum? F'każ ta' "government owned cars" jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozza matul l-2004/2005? Jista' jgħid jekk matul l-2004/2005 keriex xi karozza għal użu tiegħu temporanjament u fil-każ li fl-affermattiv, kemm inkriet kuljum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li kemm il-karozza uffiċjali għall-użu Ministerjali kif ukoll is-second car huma government owned. L-ispiża għall-manutenzjoni/repairs ta' l-imsemmija karozzi jammonta għal: 2004 GM Car Lm 1435.26 2nd Car Lm 139.26 2005 GM Car Lm 2801.36 2nd Car Lm 21.62 Matul is-snin 2004 u 2005 ma nkriet ebda karozza għall-użu temporanju.

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw mobile phones għal użu personali tal-membri ta' l-istaff fl-uffiċċju tiegħu matul l-2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawn is-settijiet inxtraw fuq il-prezz ta' Lm50, Lm100, Lm150 u Lm200? Jista' jikkonferma jekk kienx hemm xi membri mis-segretarjat privat tiegħu li f'dan il-perijodu xtara aktar minn mobile set wieħed, kemm-il wieħed inxtara u kemm kienu l-prezzijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2003 inxtara mobile phone wieħed għall-użu ta' membru ta' l-istaff tiegħi. Dan il-mobile phone kien iqum inqas minn Lm50. Matul is-sena 2004 inxtraw 2 mobile phones għall-użu tal-membri ta' l-istaff tal-Ministru għat-Turiżmu u Kultura. Mobile minnhom kien jiswa Lm33 u l-mobile l-ieħor kien jiswa Lm115. Matul is-sena 2005 ma nxtara l-ebda mobile phone. Ninsab infurmat ukoll li f'dan il-perjodu ħadd mill-membri ta' l-istaff tiegħi ma nxtralu iktar minn mobile set wieħed.

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati settijiet tal-mobile phones bħala mitlufa, misruqa jew bil-ħsara minn membri ta' l-istaff privat tiegħu? Jista' jgħid kemm kien jiswa kull mobile in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2005 ma kienx hemm mobile phones irrapportati mitlufa, misruqa jew bil-ħsara mill-membri ta' l-istaff privat tiegħi.

Turiżmu u Kultura — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew hemmx, membru ta' l-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul l-2004 u l-2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Matul is-sena 2004 u matul is-sena 2005 ma kien hemm l-ebda membru ta' l-istaff privat tiegħi, li kellu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu.
Leg 10 PQ #16311 Sitting 338 2006-01-10 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dħul fil-Katidral ta' l-Imdina

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hu jew xi uffiċjal tal-Ministeru tiegħu u/jew ta’ Heritage Malta ġiex informat dwar id-deċiżjoni li se jibda jintalab ħlas għad-dhul fil-Katidral ta’ l-Imdina? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux xi talbiet mid-diviżjoni ta’ l-edukazzjoni biex gruppi ta’ tfal ta’ l-iskola jiġu eżentati minn dan il-ħlas?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onor interpellant japprezza illi l-Katidral ta' l-Imdina ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Gvern.
Leg 10 PQ #16170 Sitting 337 2006-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Kuntratti ta' Konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema dipartimenti governattivi jew enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament matul l-2004 u l-2005? Kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti, wieħed wieħed, f'dawn is-snin? Jista' jgħid liema dipartimenti governattivi u enti pubbliċi taw kuntratti ta' konsulenza lill-kumpannija Island consultancy services matul l-istess medda ta' żmien u kemm kienet l-ispiża ta' dawn il-kuntratti f'dawn is-snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ebda dipartiment jew enti pubblika fid-dekasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura ma taw kuntratti ta' konsulenza lill-persuna msemmija jew lill-Island Consultancy Services matul l-2004 u l-2005.

Turiżmu u Kultura — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kontijiet tad-dawl u ilma matul is-snin 2004 u 2005 fil-ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għandux pjan kif ser jassorbi ż-żieda tas-surcharge fuq id-dawl meta l-vot allokat għal konsum tad-dawl għal 2006 baqa' bħal dak tas-sena 2005? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fuq bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005? Jista' jgħid jekk hux qegħdin jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqas il-konsum tad-dawl u f'każ li fl-affermattiv x'miżuri qegħdin jittieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul is-snin 2004 u 2005 kienu ta' Lm 115,738 u Lm 94,665 rispettivament. In-nefqa tal-bozoz energy savers matul is-snin 2004 u 2005 kienet ta' Lm 829.32 u Lm 642.45 rispettivament.

Turiżmu u Kultura — Servizz ta' l-Internet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx uffiċjali fid-dekasteru tiegħu li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenzi tagħhom "minbarra dak provdut mill-MITTS" imħallas minn fondi pubbliċi? F'każ li fl-affermattiv, min approva s-servizz, għal min qiegħed jiġi pprovdut is-servizz u min hu l-ISP?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura li għandhom is-servizz ta' l-internet fir-residenzi tagħhom imħallas minn fondi pubbliċi huma kif ġej: Entita Min qed jirċievi s-servizz Minn min approvat ISP Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti Executive Director Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti Waldonet Teatru Manoel Artistic Director Teatru Manoel On Vol Teatru Manoel General Manager Teatru Manoel Maltanet Fondazzjoni Patrimonju Malti Chairman Fondazzjoni Patrimonju Malti On Vol MTA Uffiċjal inkarigat mill-e-marketing Executive Chariman MTA Maltanet MTA Manager IT Executive Chariman MTA Maltanet
Leg 10 PQ #16277 Sitting 337 2006-01-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti

Question

Jista’ il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dokument li tħejja mill-management efficiency unit dwar il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument intitolat Developing an Institutional Framework for the Malta Council for Culture and the Arts datat 27 ta’ Mejju 2005 u maħruġ mill-Management Efficiency Unit fuq talba tal-Ministeru tiegħi.
Leg 10 PQ #16294 Sitting 337 2006-01-09 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Rabat, Malta — Ċimiterju Santa Margherita

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15961, jista' il-Ministru jindika fiex waslu l-analiżi tas-Superintendence of Heritage, għaliex il-fatt li ġie mwaqqaf ix-xiogħol qed ikun ta' inkonvenjent serju għan-nies ta' l-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa qed ilesti il-proċess ta’ procurement ta’ riżorsi neċessarji għat-tkomplija tax-xogħol arkeoloġiku fuq dan is-sit. Dan ix-xogħol arkeoloġiku mistenni jieħu xi gimgħatejn. Ladarba id-dokumentazjoni arkeoloġika titlesta, ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq iċ-Ċimiterju jista` jitkompla, b'mod li ma ssirx iktar ħsara lill-fdalijiet arkeoloġici f’dan il-post.
Leg 10 PQ #16068 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Industrija turistika — Dħul tal-Euro

Question

Jaħseb il-Ministru li għandha titwaqqaf task force biex tistudja b'mod konkret l-impatt tad-dħul tal-euro fuq l-industrija turistika f'Malta u f'Għawdex u tirrifletti wkoll fuq l-esperjenza li kellhom gżejjer turistiċi ta' pajjiżi li diġa' għandhom il-euro, biex kemm jista' ikun jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi li jista' ikun hemm fuq it-turiżmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura qed jipparteċipa fil-proċess, li qed jitmexxa b'mod ċentrali, tal-bidla li trid isseħħ mill-lira Maltija għall-Euro.
Leg 10 PQ #16069 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Konferenza Annwali

Question

Jaħseb il-Ministru li tkun idea tajba li proprju fil-konferenza annwali tagħha "The Way Forward" l-awtorita' Maltija tat-turiżmu tindika b'mod konkret il-miri u r-riżorsi finanzjarji li se tonfoq fuq il-promozzjoni ta' kull segment imsemmi f'mistoqsija parlamentari 15837?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-konferenza annwali ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu saret fis 7 ta' Diċembru 2005.
Leg 10 PQ #16163 Sitting 336 2005-12-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Proġett tal-White rocks

Question

Jaqbel il-Ministru li għadda żmien biżżejjed biex jingħata l-"go ahead" għall-proġett tal-Whtie rocks, liema sit jinsab fi stat żdingat u mitluq u ta' ħsara ambjentali għall-inħawi ta' Pembroke?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern għadu qed jikkonsidra x'ikun l-aħjar proġett fl-interess ekonomiku tal-pajjiz, għas-sit inkwistjoni.
Leg 10 PQ #15946 Sitting 335 2005-12-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

PBS — Public service obligation

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15618, peress li l-mistoqsija hija dwar public service obligation, jikkonsidra l-Ministru li għandu d-dmir jinforma lil dan il-parlament b'liema mod qed jintnefqu Lm500,000 mit-taxxi taċ-ċittadini biex il-PBS jonora l-public service obligation?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Skond il-kuntratt iffirmat bejn il-PBS u l-Gvern, sa tliet xhur wara li tagħlaq is-sena finanzjarja tal-PBS, il-PBS irid jagħti lill-Gvern rendikont awditjat ta’ kif intefqu il-flus. Is-sena finanzjarja tal-PBS għalqet f’Settembru u għalhekk fil-ġranet li ġejjin il-Ministeru se jkollu f’idejh l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant. Filwaqt li nerġa’ ntenni li ċerta informazzjoni ta’ natura kummerċjali m’għandhix tingħata, jien dispost, f’dak l-istadju, li nagħti ċifri ta’ kif intefqu l-flus a bażi ta’ ġeneri ta' programmi diversi.
Leg 10 PQ #15941 Sitting 334 2005-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Wirt storiku u kulturali

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15676 u jgħid mindu għaddejna l-liġi dwar il-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali, kemm-il darba ntużat s'issa l-għodda ta' inċentiv fiskali biex inġibu 'l quddiem il-wirt storiku tagħna? F'liema każi ntużat din l-għodda ta' inċentiv fiskali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Gvern qed jipprepara żewġ Avviżi Legali biex jinħolqu regoli għall-użu ta’ inċentiv fiskali għall-benefiċċju tas-settur tal-wirt kulturali. Ta’ min jgħid li din l-għodda legali tista’ tintuża kemm favur entitajiet kulturali pubbliċi kif ukoll għall- Non-Governmental Organisations kulturali reġistrati mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Leg 10 PQ #15945 Sitting 334 2005-12-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Utilities

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 15624, kif jispjega li bis-surcharge b'kollox il-Ministeru ser jerġa' jonfoq l-istess somma li nefaq fuq dawl b'surcharge iktar baxx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ċ-ċifri li qed jikkwota l-Onor Interpellant mhux tajbin għax is-somma allokata għall-item Utilities fis-sena 2005 kienet ta’ Lm 29,000, filwaqt li s-somma li ġiet allokata għall-istess item għas-sena 2006 hi ta’ Lm 35,000, żieda ta’ Lm 6,000. Barra minn hekk, il-Ministeru se jkun qed jieħu numru ta’ miżuri sabiex jipprova jnaqqas kemm jista' l-ispiża.

Private staff tal-Ministeru

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru bejn l-2004 u l-2005 l-membri tal-private staff tiegħu? Fejn marru? X'kienet ir-raġuni u kemm ħadu flus/ingħataw flus għal kull safra? Jikkonferma jekk kienx hemm xi ħadd minnhom li siefer first jew business class?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #14086 Sitting 332 2005-11-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Dokument tar-riċetti tat-tisjir ta' żmien il-Kavallieri f'Malta

Question

Jikkonsidra il-Ministru li jiġi pubblikat dokument tar-riċetti tat-tisjir ta' żmien il-Kavallieri f'Malta, ġaladarba jeżistu dokumenti t'hekk f'pajjiżna, li mbagħad jiġi reklamat bħala promozzjoni tal-wirt kulturali Malti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-waqt li nieħu din l-okkazjoni sabiex, f’isem kull min għandu għal qalbu l-kultura, nirringrazzja lil min jieħu l-inkarigu li jagħmel riċerki, ninforma lill-Onor Interpellant li qiegħed ngħaddi s-suġġeriment tiegħu lil Heritage Malta sabiex jiġi kkunsidrat.
Leg 10 PQ #15940 Sitting 332 2005-11-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għawdex — Casino

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern f'din l-aħħar sena s'issa biex jinfetaħ casino f'Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #15837 Sitting 331 2005-11-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA

Question

Minn Jannar sa Ottubru 2005, jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet fondi l-awtorita' Maltija tat-Turiżmu fil-promozzjoni ta' dawn is-segments: 1) xemx u baħar, 2) kultura, 3) meetings, incentive, conferences events, 4) diving, 5) teaching of English as a foreign language, 6) Għawdex, 7) cruises u 8) segments oħrajn?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant, jiġifieri Jannar-Ottubru 2005, il-promozzjoni ta' l-Awtorita' ma kienetx maqsuma skond is-segments imsemmija. Din is-sistema ser tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2006.